Salm 39
Ħajjitna qasira u kollha frugћa
L-awtur tas-Salm 39 jistaqsi lilu nnifsu mistoqsija ta’ qsim il-qalb, li bosta matul l-istorja tal-bniedem staqsew u ppruvaw iwieġbu: il-miżerja tal-bniedem, fiżika u morali. Hu gћ
anja ta’ mewt u l-ћażen tal-ћajja, hu salm awtobjografiku (jirrakkonta ћajtu fl-ewwel persuna), test ta’ ћsieb profond (jgћid Castellino), innu lil-limitazzjoni u l-ћtija tal-bniedem.M.Mannati jikteb fuqu: “Il-valur ta’ Salm 39 mhux biss letterarju, jew gћax jagћti tweġiba gћall-mistoqsija ta’ dejjem u ma taqtax dwar il-ћajja tal-bniedem li hi qasira, imma bћal fil-każ
tal-ktieb ta’ Ġob hu, li jġib il-kundizzjoni vera u reali tal-bniedem u gћalhekk iqajjem mit-telqa spirtiwali u jfakkar fir-realtа traġika tal-mewt…".Hu gћanja jew meditazzjoni fuq is-sens li gћandha l-ћajja tal-bniedem quddiem l-iskandlu ta’ l-inġustizzja li tittrijonfa. Hu appell gћar-riflessjoni fuq il-mewt u l-limiti tal-bniedem bћala maћluq fid-dawl tal-fidi f’JHWH, fidi iebsa u li ttertqek, imma xorta waћda fidi,
u gћaldaqstant miftuћa gћat-tama.Il-poeta hu bniedem li jemmen, mqar jekk pessimist u gћalhekk se nqabbluh ma’ nies bibliċi. L-ewwelnett Gob u mhux biss gћat-talba ta’ l-gћeluq, talba drammatika u ta’ qsim il-qalb li jagћmel lil JHWH, it-tama waћdanija tiegћu, imma wkoll gћax it-tnejn li huma jagћtuna ritratt ġewwieni tal-bniedem li qed ibati, xi jћoss bniedem inkwetat, dgћajjef, u qrib il-mewt. Ma jasalx fejn jasal Ġob hekk li jipprotesta ma’ Alla, u waqt li jћossu magћfus minn dan Alla misterjuż, ma jgћajjatx bћal Ġob:
“Se twarrab ћarstek minn fuqi gћallinqas sakemm nibla’ r-riq tiegћi?” (7,19).
Alla hu fuq Ġob bћal kaċċatur fuq il-priża, bћal armata li tassedja belt, iћallih bla nifs
Hemm xebh poetiku bћal dak ta’ 10, 21-22:
M’hux ћaġa żgћira huma jiem ћajti?
Erћini, mela, ћa nduq ftit l-hena,
Qabel immur u ma niġix lura,
Lejn l-art id-dlam u dellijiet,
Art mgћargћra fis-swied u t-taћwid,
Fejn id-dawl hu nnifsu dalm.
V 14 “Warrab ћarstek minn fuqi, biex nieћu n-nifs,
Qabel ma nitlaq u nintemm gћa
U ma jasalx l-awtur li bћal Ġob jisћet jum twelidu, Kap 3,
Qerda gћal jum twelidi…. v 3
L-awtur ta’ Salm 39 jagћraf li l-ћajja tal-bniedem ma tistax torbot fuqha u gћalhekk jaqbel ma’ Kohelet, ћuh ideali, li bћalu gћandu sens qawwi tal-ћajja tal-bniedem li hi bћal nifs, riћ jew dell li jgћaddi, frugћa jew ‘hebel’, duћћan li jisfuma fl-arja ma’ tlugћ ix-xemx. (vv 6. 7. 12) Gћas-salmista JHWH mhux trux mqar jekk ma jidћolx fl-istorja u l-bniedem ikollu jmur lejn l-abiss tax-xejn u l-mewt.
Ħdejn Sa
lm 37 li hu mixja mimlija tama f’dinja ordnata, S 39 jaqbel aktar ma’ S 38 fejn is-skiet hu miksur, fejn hemm sens qawwi ta’ dnub u l-id ta’ Alla li twissi u twiddeb, fejn il-biża’ tax-xejn u l-mewt huma msieћba mat-turment tar-ruћ desolta. S 39 gћall-kuntrarju ta’ Ġob, gћandu qawwa u fidi li jasal biex jagћraf it-tmiem ta’ kollox bћala ћidma ta’ Alla. Hu salm traġiku u kuraġġuż fl-istess waqt, ta’ min ipoġġih fi żmien wara David, inqas glorjuż minn żmien David. Vv 2-3 huma awtobiografiċi li juru tbatija spiritwali li tfakkrek fl-istqarrijiet ta’ Ġeremija 20. Hu fil-fatt xhieda ta’ dik il-karba li qatt ma tehda li tinstema’ fuq l-art.Binja u simboli.
Il-monologu awtobiografiku ta’ vv 2-4 joћloq mumenti ta’ intensitа qawwija u wara jidћol fi djalogu ma’ Alla mimli riflessjoni. Bћal Ġob (2, 13), jisforza biex jiskot quddiem il-misteru tal-ћażen u ta’ l-assurd, imma jinfexx fi protesta qisha xmara mimlija u qerrieda, qisha ћuġġieġa nar, v 4. Is-salmista bћal Ġob (7, 19) jitlob lil Alla jћallih fil-paċi u ma jkomplix jaћqru gћax insejken. Widnejn Alla jisimgћu l-ilfieq ta’ dan il-bniedem li jћossu barrani f’dinja li ma jifhimhiex. Il-mewt hi mixja lejn art ta’ dlam u ċpar (Ġob, 10, 21), bla ebda tama li wieћed jerġa’ lura, hi siġill ta’ eż
istenza iebsa li tintemm fix-xejn.Fl-ewwel parti simbolika, skiet u kliem
, l-awtur quddiem il-ћażen iżomm is-skiet, v 3 sakemm ikollu jiftaћ ћalqu v 4 gћax is-skiet ma swielu xejn jew swielu agћar v 3. Siket quddiem l-imġieba insolenti tal-ћżiena li jiċћdu t-teżi tar-retribuzzjoni, v 2, u tkellem biex iserraћ qalbu gћax l-uġigћ aktar ћraxlu v 3; u l-kelma ssir bћal nar v 4 u jitkellem f’lament komuni gћall-bnedmin kollha.It-tieni parti simbolika hi l-ћajja,
teżisti jew ma teżistix. Irid jara kif jimxi v 2, kif iġib ruћu sewwa, imma hu mhedded mill-qosor tal-ћajja u mill-fraġilitа tagћha vv 5-6; jaћżen il-ġid u ma jafx min gћad jiġbru v 7. Isib ruћu quddiem il-Mulej li jurih il-prekarjetа tal-bniedem, it-tmiem, xibrejn jiem jew tant qasira biex titkejjel v 6. Gћalhekk kollox ‘qisu xejn’ quddiemek’ v 6 kollox ‘hebel’ (frugћa) u l-istess bniedem jgћaddi qisu ‘dell’ v 7 jew idea tal-ћajja tal-bniedem li taћrab bћal dell. Din ix-xbiha nsibuha fil-Bibbja (Salmi 102, 12; 109, 23; 144, 4; Ġob. 8, 9; 14, 2; 17, 7; Koh. 6, 12; 8, 13) u mhix barra minn lokha r-riferenza gћal Ġen. 1, 27 ‘xbieha ta’ Alla ћalqu’ xbieha, ‘selem’ jiġifieri ikona, hawn imniżżla gћal-livell ta’ dell, dehra li taћrab.It-tielet simbolu hu antropomorfiku,
Alla bћallikieku bniedem qed jagћfas fuqu bil-qawwa bћal piż, bћal id li qed tikkaġuna pjagi v 13, u widnejn jew Alla trux gћad-dmugћ. Hu bћal kamla li tgerrem is-sigurtа falza tal-bniedem,v 12 li twasslu biex jifhem kemm ma jiswa’ xejn, kemm m’hu xejn.Kif jinqasam is-salm.
Vv 2-7. Tul xibrejn.
c. Tul xibrejn gћamiltli jiemi - vv Kollox hu frugћa.
Vv 8-14 L-Istennija ta’ JHWH
Eseġeżi.
“Li wieћed jagћraf lil Alla bla ma jagћraf il-miżerja tiegћu, twassal gћas-suppervja. Li wieћed jagћraf il-miż
erja tiegћu bla ma jagћraf lil Alla, tnissel id-disperazzjoni. L-gћarfien ta’ Ġesщ Kristu huwa l-mezz ġust biex wieћed jagћraf lil Alla u l-miżerja tiegћu” - Pascal. Dan hu dak li jifhem is-salmista fl-ewwel u t-tieni parti; aћrab is-suppervja u ћares ruћek mid-disperazzjoni.Is-salmista jgћid lilu nnifsu li aћjar jiskot, u jћares ’l imġiebtu gћax il-ћżiena gћajnejhom fuqu biex imaqdru l-isem ta’ Alla minћabba l-miżerja li fiha sab ruћu. Quddiem il-ftaћir ta’ min ma jż
ommx lil Alla quddiemu, jiskot u jindokra fommu biex ma jagћtix żvog gћat-tbaija tiegћu, imma jћoss l-uġigћ aktar jiћraxlu v 3. Bћal S 37, 7 hu apoloġetiku u jitqies att meritorju li jiskot gћax inkella l-ћżiena jifirћu u jaћsbu li tassew Alla nsieh, ћallih jitgћerra fil-miżerja tiegћu jekk ma jaћsbux ukoll li ma jeżistix. Imma ma swielu xejn li siket. Wara s-skiet b’qima lejn Alla , is-skiet mwieled mill-biża’ tal-ћżiena jsirlu bћal nar ġo fih. L-istess Ġeremija 20, 9:“U jien gћidt: ‘Ma nsemmihx aktar, ma nitkellimx aktar f’ismu,’ Iż
da f’qalbi hemm bћal nar jaqbad, magћluq f’gћadmi. Gћejjejt inżommu magћluq ġo fija, ma niflaћx aktar gћalih”.In-nar ћeġġeġ ġewwa fija u l-uġigћ ћraxli vv 3-4,
Skiet u kliem, jitkellem waћdu u jiddjaloga; hekk hi l-bidla. Jitkellem ma’ dak il-waћdieni li hu biss jista’ jfissirlu s-sens ta’ ћajtu bla sens f’din il-qagћda ta’ qalb maqtugћa. Hu ћaseb fil-fond u mix-xejn tiegћu tela’ lejn Alla, mill-vojt tat-tbatija qarsa gћal tama ta’ l-gћaqda ma’ Alla bil-ferћ u t-tama v 8.
Il-mistoqsija waћdanija nsibuha fil-v 5 fej
n jitlob lil Alla jurih min hu u x’inhu; imma hu diġà jaf. Alla jgћinu jidћol fil-fond tal-esseri tiegћu biex jifhem il-limiti tiegћu bћala maћluq – darba beda jgћix, diġа qed imut. Ma jaqbilx gћalhekk li wieћed jinsa dan il-limiti u jintilef f’dak li ma jwassalx gћall-hena veru, ġid li jidher ’il bogћod u mitluf. Alla se jurih it-tmiem, tul jiemu u x-xejn tiegћu v 5.It-tweġiba jew tagћlima tasal f’vv 6-7 bis-simboli dell, frugћa, xibrejn – kapitlu ta’ filosofija biblika mill-aktar wesgћin u skunċertanti; min-naћa tgћolli l-fatt tal-kobor ta’ l-eżistenza, mill-oћra l-fraġilitа tal-bniedem u ta’ kull maћluq.
L-art int waqqaftha sa mill-bidu:
Gћemil idejk huma s-smewwiet.
Huma jgћaddu imma inti tibqa’;
Bћal libsa huma lkoll jiqdiemu … S 109, 26 -27
Eћfef minn mekkuk gћaddew jiemi,
U bla tama ntemmu.
Ftakru li ћajti buffura riћ (ruah)
U gћajnejja ma jerġgћux jaraw ir-riż
q…L-gћajn li kienet tarani ma tilmaћnix iż
jed.Bћalma ddub sћaba u ma tidherx iż
jed,Hekk min jinżel fil-qabar ma jerġax jitla’. Ġob 7,
6-9Hi filosofija tal-moralisti ta’ Iżrael bћ
al Kohelet: “Rġajt ћarist u rajt frugћa oћra taћt ix-xemx: wieћed waћdu, bla tfal u bla aћwa, u b’danakollu qatt ma jehda mit-taћbit u lanqas ma jixbgћu gћajnejh bil-gћana.”(Koh. 4, 7, 8). U Bin Sirak jsemma minn qabel il-parabbola ta’ l-gћani iblah (Lq. 12, 16-21): “ Hemm min jistagћna gћax gћaqli u jfaddal, u dan ikun sehem xortih; meta jgћid: Sibt il-mistrieћ, issa noqgћod niekol mill-ġid li gћandi, ma jafx kemm se jgћaddi żmien u jћalli warajh lill-oћrajn u jmut.” (Sir. 11, 18-19). B’mod l-aktar qasir u qawwi, il-Ġdid Testment jiġbor kollox fil-kelma ta’ Ġakbu, 4, 14: “ Gћax x’inhi ћajjitkom? Intom fwar li jidher gћal ftit u mbagћad jgћib”.L-Istennija ta’ JHWH (vv 8-14)
Wara li ћaseb fil-fond fuq Alla issa jagћmel talba lil Alla biex jinżel fil-fond u joћroġ gћad-dawl (gћarrafni v 5) il-problema ta’ l-eżistenza tiegћu. Biss billi jintelaq f’Alla jista’ jagћmel dan v 8. It-tbatija gћandha skop pedagoġiku (ta’ tagћlim); ara Elihu f’Ġob 32-37. u bosta Salmi. L-gћemil ta’ Alla mal-bniedem gћandu skop ta’ tisfija u ћelsien mill-ћtija vv 9-12, u hekk il-limiti, t-tbatija u l-uġigћ huma bћal banju ta’ tisfija biex ireġġgћu l-bniedem fil-qies tiegћu ta’ bniedem. Il-mewt hi frott id-dnub (Gћerf 2, 23-24) It-te
oloġija ta’ l-Antik Testment tara rabta bejn il-fraġilità tal-bniedem u d-dnub. Meta Alla jikkastiga jerġa’ jdaћћal dan il-qjies tal-limitat f’moћћ il-bniedem u b’hekk jasal biex jifhem min hu quddiem Alla. v 12 “Bћal kamla tgћarraqlu ġmielu”. Mbagћad jeћles miż-żebliћ ta’ l-iblaћ v 9.Is-salmista jerġa’ jiskot v 10 imma issa quddiem ‘l-gћemil ta’ Alla’; Ġob ukoll jgћid ‘Ikolli nqiegћed idi fuq ћalqi’, 40, 4. L-uġigћ, id-daqqiet, u s-swat m’humiex ћlief pjaga ġejja minn Alla li ġġiegћel lill-bniedem jinћeba, hi l-id tas-setgћani li tagћfas u twasslu biex jinqata’ mill-bnedmin: hu l-ġudizzju ta’ Alla. Fl-Ittra lil-Lhud naqraw: “Hu gћall-edukazzjoni tagћkom li intom qed tbatu. Alla qiegћed jimxi magћkom ta’ wlied. Min hu dak l-iben li missieru ma jwiddbu
x?...Alla jwiddibna gћall-ġid tagћna, biex aћna niksbu sehem fil-qdusija tiegћu. “ (Lhud 12, 7-11) .“Isma’ Mulej it-talba tiegћi.” v 13; jerġa’ lura jsejjaћ lil Alla, bћall-iben il-ћali ta’ Luqa. Hu mistieden jew pellegrin, jitlob kenn, mhux ċittadin; hu barrani, m’gћandux dritt ta’ ċittadinanza. “Missieri kien minn Aram jiġġerra minn post gћall-ieћor” (Dt. 26, 5). Il-ћajja instabbli ta’ qabel Iżrael daћal fl-art, tibqa’ simbolu tal-ћajja tal-bniedem fid-dinja. Il-Kristjaneżmu ћa din l-istess xbiha ta’ ћajja ta’ pellegrin fil-kelma parroċċa, “paroike”, ‘Knisja li tgћix f’art barranija’ (S. Polikarpu). U Pietru jikteb, “Ħuti gћeż
ież, nitlobkom bћala barranin u gћorba tiċċaћdu mix-xewqat tal-ġisem…” (2, 11).Bћal Ġob jitlob lil Alla jitbiegћed minnu biex jieћu daqsxejn tan-nifs. Il-ћarsa ta’ Alla inkurlat hi tqila gћall-bniedem, teqirdu. Jitlob li jkollu ftit tal-mistrieћ qabel ma jintemm gћal kollox, jitlaq lejn ix-Xeol v 14. Jispjega kollox kliem Ġob: “Erћini, mela, ћa nduq ftit hena, qabel ma mmur u
ma niġix lura, lejn art id-dlam u d-dellijiet, art imgћargћra fis-swied u t-taћwid, fejn id-dawl hu nnifsu dalm” (Ġob 10, 20-22)In-nisrani hu konvint li l-ћniena u l-qawwa ta’ Alla jixћtu ћarsa fuq il-bniedem dgћajjef u msejken biex ifejjquh; gћas-salmista gћadha tama fiergћa u jista’ jkun ukoll illużjoni. Pascal jgћid li “mhemm xejn fuq l-art li ma jurix jew il-miżerja tal-bniedem jew il-ћniena ta’ Alla; jew li l-bniedem bla Alla hu impotenti jew il-qawwa tal-bniedem li gћandu lil Alla miegћu” .
Dun Ġorġ Mangion, illum 12 ta’ Frar 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa