Salm 42-43 (41-42)
Il-lejl mudlam tar-ruћ ’il bogћod minn Sijon
Hawn jibda it-tieni ktieb jew is-Salterju Elohista, minn 42 sa 83, gћax l-isem ta’ Alla mhux JHWH imma Elohim, isem komuni gћad-divnitа
fost il-popli semitiċi. Ma nafu bl-ebda raġuni soda gћall-użu ta’ dan l-isem li kemm-il darba joћloq diffikultà: hekk f’S 53 li hu riedizzjoni ta’ S 14, u f’S 70, li hu riedizzjoni ta’ S 40, 14-18. Xi studjużi jaћsbu li b’qima lejn l-isem ta’ Alla JHWH, jintuża Elohim f’edizzjonijiet reċenti. Oћrajn li dan sar biex jaћbu l-identità tal-lhud tad-djaspora mill-pagani. Oћrajn jgћidu, biex dawn it-talbiet ikunu jistgћu jingћadu minn popli mhux lhud. Aћjar ngћidu, jikkonkludi G.F. Ravasi li ma nafux; il-proporzjon hu ta’ 3 gћal 1, JHWH u Elohim.Il-ktieb tas-sal
mi jinqasam f’ћames kotba bћall-ћames kotba ta’ Mosè, il-Pentatewku: ћames kotba Torah-kelma, ћames kotba salmi-kelma, u hekk jinbena id-djalogu ta’ l-gћaġeb bejn Alla u l-bniedem. Interessanti ћafna dak li jgћid Dietrich Bonhoeffer, teologu żagћżugћ luteran li inqatel minn Hitler ћamest ijiem biss qabel tmiem it-tieni gwerra dinjija: “Wieћed jiskanta ma’ l-ewwel daqqa ta’ gћajn, li fil-Bibbja nsibu ktieb ta’ talb. Il-Bibbja mhix fil-fatt kollha kemm hi kelma li aћna nindirizzaw lil Alla? Issa wkoll, it-talbiet huma kliem il-bnedmin u gћalhekk kif jistgћu qatt isibu ruћhom fil-Bibbja? Imma l-Bibbja hi kelma ta’ Alla wkoll fis-salmi; gћalhekk ukoll it-talb li bih induru lejn Alla hu kelma ta’ Alla? Nistgћu nifhmu dan il-fatt biss jekk naћsbu li Ġesù Kristu kien il-waћdieni li seta’ jgћallimna nitolbu kif imiss; gћalhekk fil-fatt nifhmu li t-talb hu kelma li l-Iben ta’ Alla l-ћaj meta kien jgћix fostna l-bnedmin kien igћolli lejn il-Missier li jgћix fl-eternità. Ġesù Kristu wassal quddiem Alla l-Missier it-tbatija, il-ferћ, il-gratitudni u t-tama tal-bnedmin. Jekk fil-Bibbja hemm ktieb ta’ talb , ikollna nikkonkludu li l-kelma ta’ Alla mhix biss dik li hu irid jgћidilna, imma wkoll dik li Hu jrid u jistenna li gћandna ngћidu lilu, billi din hi l-kelma ta’ Ibnu l-Maћbub.”Is-Salterju ta’ wlied Koraћ. (
42-49). Dan Koraћ qam kontra Mosè u Aron (Num. 16) u ikkontesta s-saċerdozju tagћhom. “Il-Koraћin kienu jieћdu ћsieb ix-xogћol ta’ gћassiesa tal-bieb tat-tinda bћalma missirijiethom kienu l-gћassiesa tad-dћul tal-kamp tal-Mulej. (1 Kron 9, 19). Fi żmien David kienu purtinara u jieћdu ћsieb il-kult liturġiku (1 Kron.26, 1-29) imma s-salmi huma tant raffinati u t-teoloġija tant żviluppata madwar Sijon li jġagћluk taћseb li nkitbu fi żmien wara l-eżilju.Salmi 42-4
3 huma salm wieћed, l-istess id, ћsieb u lingwaġġ: S 43 hu l-uniku salm bla titlu fil-ktieb kollu. S 43 kien jingћad f’riġlejn l-artal fil-quddiesa skond ir-rit tal-Missal tal-Papa S. Piju V. (sar-riforma liturġika tal-Konċ. Vat. II)Hekk kif is-salm j
iftaћ, issib ruћek bћal gћażżiela imxennqa gћall-ilma f’deżert jikwi, niexef qoxqox. F’din ix-xewqa ћierġa mill-qalb insibu nota mill-aktar personali tal-poeta bћal dik ta’ Salm 63, 2:“Alla, Alla tiegћi int; lilek ћerqan infittex.
Ruћi bil-gћatx gћalik,
Gћalik imxennaq jiena
Bћal art niexfa, maћruqa bla ilma.”
Hu gћatx gћal Alla, gћatx ta’ dejjem tal-bniedem,
gћat-tempju, ferћ, tama, l-aћћar u l-akbar xewqa tal-bniedem, akbar minn dik ta’ 1 Pt. 2,2: "Bћal trabi tat-twelid, ixxenqu gћall-ћalib safi, il-ћalib tar-ruћ….” Hi x-xewqa tal-mistiċi bћal San Ġwann tas-Salib, "eżiljat, ’il bogћod minnek, inћossni mmut gћax ma nistax immut" u S.Tereża ta’ Avila, "Ajma, Mulej, kemm hu twil dan l-eżilju! L-gћatx li gћandi li narak isirli mrar, il-ћajja tidher twila gћar-ruћ li tgћanet li tara ’l Alla tagћha. Gћalfejn tibqa’ f’dan l-eżilju? Ittama, ittama, ruћ tiegћi; ma tafx il-jum u s-siegћa, ishar, kollox jgћaddi malajr”.Jagћmel kuntrast qawwi ma’
Salm 84 fejn il-poeta jgћid, "tixxenaq u tinfena ruћi gћat-tempju tal-Mulej, ...sa l-gћasfur isib fejn jgћammar, il-ћuttafa ssib il-bejta..." waqt li f’S 42-43 hu wieћed mifni li jinsab ’il bogћod mit-tempju, u bis-skiet ta’ Alla. Fix-xenqa ta’ l-gћażżiela imxennqa gћall-ilma tifhem it-traġedja ta’ ruћ eżiljata, imxennqa gћat-tempju ta’ Alla gћajn tal-ћajja. Din hi r-reliġjon vera, l-gћatx gћal esperjenza qawwija ta’ Alla ћaj u veru. Hemm nostalġija li tkidd is-salmista, ma jistax imur fit-tempju gћax jgћix ’il bogћod, jew imxekkel, ma jistax jingћaqad mal-poplu miġbur u jgawdi x-Xekina li joffri t-tempju. U dan isir aktar drammatiku jekk hu qassis jew levita mill-Galilija ta’ fuq, ‘minn art il-Ġordan u mill-Hermon, mill-muntanji ta’ Misgћar’.
Gћalhekk hu diffiċli tagћti ż
mien meta nkiteb; Kraus jgћid li hu ta’ qabel l-eżilju, oћrajn bћal Wenke ta’ wara l-eżilju, kif jaћseb l-istess Ravasi.Binja letterarja.
Din l-eleġija fl-ewwel persuna gћandha riferenzi awtobjografiċi, 42, 5.7. li juru li hi gћanja ta’ bniedem maqtugћ barra mill-ћajja komunitarja li
tiltaqa’ fit-tempju f’Sijon gћad-dell tax-Xekina, l-gћajn ta’ l-ilma ћaj. Hi supplika personali. Kien eћfef li bћal SS 23 u 51 jinbidel f’talba li tingћad f’isem il-poplu kollu fil-jasar ta’ Babel. Imma le!Il-binja fi tlett strofi hi imqassma minn ritornell li jidher tlett darbiet (42, 6.12; 43,
5). It-tlet strofi huma waћda aqwa mill-oћra, bit-tielet, S 43, jilћaq klimaks gћax jasal fuq l-gћolja li fuqha hi mibnija d-dar ta’ Alla. Hekk li r-ritornell iżid il-qawwa tiegћu minn darba gћal oћra. L-istess isem ta’ Alla li jidher 22 darba jkompli jqawwi is-sejћa bl-użu tal-pronomi, ‘Alla tiegћi’, ‘Alla tiegћek’, Alla ferћ u hena , Alla gћajnuna tiegћi.Simboli tas-Salm.
Iż-żmien fi tlett qisien (tridimensjonali) l-imgћoddi, il-preżent u l-ġejjieni: it-tif
kira ta’ l-imgћoddi ddallam il-preżent, waqt li tirfed il-ġejjiena b’tama ta’ bidu ġdid. Kien jimxi ‘qalb folla ferћana fost gћajat ta’ ferћ u ta’ radd il-hajr sad-dar ta’ Alla’ (42,5). Din l-esperjenza ma titћassar qatt u tista’ terġa’ ssir realtà li ‘hu l-gћajnuna tiegћu’ (v.7.)Hemm nisġa bejn it-tlett żminijiet li xi awturi bћ
al Kessler jarawha f’kull strofa.Simbolu h
u l-ispazju – fiżiku, tal-post ’il bogћod minn Sijon u psikoloġiku , fil-preżenza u assenza ta’ Alla. Waqt li jiġġerra bil-ћsieb ‘minn art il-Gordan, mill-Hermon u Misgћar, minn irdum gћal irdum’, tistћajjlek tћoss ‘l-ilmijiet, il-ћalel u l-imwieġ’, hemm in-nuqqas ta’ Alla “Gћaliex tlaqtni?” v 10. Ma jћossux imma mhux gћalhekk qed isofri. Dak li qed jikkaġunalu ansjetà u dulur jinsab fil-kuxjenza tiegћu. L-gћedewwa jżidulu t-tbatija ta’ din l-assenza u jqajjmulu ћsibijiet ta’ nostalġija.Ir-ritornell antifonali hu xiehda ta’ bniedem stakkat mill-ispazju u minn dak li gћaddej fl-intimu tiegћu. Hu jistaqsi lilu nnifsu “Gћaliex tintelaq, ruћ tiegћi, u titћawwad ġewwa fija?” Il-Lhudi ma kienx jaf b’din il-ћarsa fl-intimu tiegћu, jgћid Gunkel, u jista’ jfisser li s-salmista hu wieћed li kien qrib il-mewt, qrib ix-Xeol. Dan it-tbandil bejn assenza u preż
enza, bejn tama u disperazzjoni, bejn fiduċja, u nostalġija, bejn Sijon u żona barranija hi ћarsa fl-intimu tal-bniedem rari ћafna, jgћid Ravasi. Imma Delitzsch jgћid li tlett darbiet id-dulur inissel l-ilment u kull darba l-leћen isejjaћlu biex jidћol fih innifsu. L-ispiritwali jirbaћ fuq in-naturali. Il-verb ‘niġi’ (42, 3) jfakkru li n-nostalġija tintrebaћ meta jkun jista’ jerġa’ jmur fit-tempju u l-preżenza fil-fatt li jkun fit-tempju, issir preżenza ta’ Alla fir-ruћ ukoll.Is-simbolu ta’ l-ilma – li hu Alla, li gћalih jixxennaq, hu l-ilma waћdani li gћalih sar ukoll ikel tiegћu, jew id-dmugћ. (42,
4). L-ilma jista’ jkun simbolu ta’ ћajja jew ta’ mewt; ifittex ilma li jaqta’ l-gћatx u ma jsibx ћlief ћsejjes qawwija, ћalel u imwieġ (42, 8) jew tempesta. Alla jidher ukoll fit-tielet strofa bћala dawl u verità, fid-dawl tal-pajsaġġ li jdawwru b’muntanji u widien li tgћaddi minnhom l-gћażżiela hi u tfittex l-ilma li jaqta’ l-gћatx; hemm dramm spiritwali tal-bniedem. Il-Ġordan ifakkar fl-ilmijiet tal-bidu meta Alla firidhom biex tidher l-art. (Ġen. 1, 6-7) jew id-dilluvju (Ġen. 7, 11). L-ilma jinżel u jeqirdu; hi t-tbatija tas-salmista. “Li ma kienx il-Mulej magћna, ћajjin kienu jibilgћuna... l-ilma kien jgћerriqna, il-wied kien jgћaddi minn fuqna.“ (S 124, 2, 4).Nistgћu naqsmu s-Salm 42-43
hekk:L-ewwel xena:
L-imgћoddi nostalġiku 42, 2-6L-gћanja ta’ l-ilma.
L-gћanja ta’ l-ikel
. v 4 “fejn hu Alla tiegћek”L-gћanja tat-tempju. v
5Antifona v 6
It-tieni xena :
il-preżent traġiku (42,7-12)L-gћanja ta’ l-ilma vv
7-8L-gћ
anja ta’ ilment. vv 9-10 gћedewwa u blataL-gћanja tal-gћadam v
11 "Fejn hu Alla tiegћek?Antifona v. 12
It-tielet xena : Il-ġejjieni mdawwal (43)
L-gћanja ta’ ilment vv
1-2: gћedewwa u kennL-gћanja tat-tempju vv
3-4Antifona v.5
Eseġeżi.
Gћandna hawnhekk
ritratt ta’ bniedem bil-gћatx, bniedem orjentali biss jista’ jagћmel din l-esperjenza, u juri fl-istess waqt gћatx tal-mistiku gћal Alla, fl-gћatx reali gћall-ilma. Ravasi jidhirlu li nkunu qed inċekknu dan jekk naraw biss allegorija tal-magћmudija jew tat-talb; hemm xenqa aktar profonda fil-bniedem gћal Alla.L-gћaż
żiela tfittex l-ilma fin-nixxiegћa u ssibha niexfa qoxqox; il-bniedem ifittex lil Alla u ma jsibux gћax inћeba, sieket. L-gћażżiela hi deluża, u hekk ukoll il-bniedem. Ġeremija gћandu ritratt ta’ din in-nixfa f’kap 14, 5 u tidћol l-gћażżiela:
“Gћax imqar l-gћaż
żiela wildet fir-raba’,u telqet il-wild waћdu,
gћax ћdura ma kienx hemm.
v 5Fit-test oriġinali hemm kurżit
à – gћandna ċerv li hu maskil u warajh verb fil-femminil. Fit-traduzzjoni aktarx issib ċerva; imma s-sens hu biex il-verb jagћti aktar l-idea ta’ karba, tnehida milli xenqa gћall-ilma. Tradizzjoni rabbina tgћid li ċerv fil-maskil hu l-bniedem jew il-poplu fir-realtà ta’ ġisem li qed ifittex l-ġid materjali, waqt li l-verb fil-femminil jfakkar il-poplu fir-realtà mistika ta’ min qed ifittex is-salvazzjoni. It-tensjoni u l-appell imqanqal isir aktar qawwi bl-isem ta’ Alla li jidher erba’ darbiet. ‘Ruћi’ (nefes) hu l-esseri tal-bniedem li qed ifittex ‘lil Alla ћaj’ , lil Alla ta’ Iżrael. Mela mhux ilma qed ifittex daqskemm it-tempju fejn jagћmel esperjenza unika ta’ Alla u ta’ ћajja, v 3. ‘Niġi’ ћa nitla’ fit-tempju fejn ‘nara wiċċ Alla’, nidћol gћal esperjenza ћajja.V 4. ‘Lejl u nhar’
, ћajti kienet storja waћda ta’ ћajja bla tama, ‘fejn hu Alla tiegћek?’ Flok l-ikel tas-sagrifiċċju, dan il-bniedem hu mġiegћel jiekol l-imrar imћallat bid-dmugћ."
sqejthom id-dmugћ bix-xaba’’ (S
80, 6)
L-ateji kienu jżidul
u n-niket bl-insulti meta jistaqsuh; "Fejn hu Alla tiegћek?” Sarkażmu dwar Alla li hu ’l bogћod, indifferenti: dan iżid it-tbatija ta’ min jemmen. Is-skiet ta’ Alla u l-umiljazzjoni tal-ġust jittieћdu minn dawk bla alla, bћala prova li Alla ma jimpurtahx mix-xorti tiegћu jew ma jista’ jagћmel xejn biex jgћinu.V
5. Gћanja ta’ wieћed li qed ibati aktar gћax qed jiftakar f’dak li gћex fit-tempju, meta kien wieћed minn folla ta’ nies f’festa, tkanta ferћana u tiżfen, miexja lejn it-tempju; gћal-Lhudi dan kien l-ideal ta’ ћajtu u xejn iżjed. Mod ieћor kien mewt, Xeol.V 6.
‘Ruћ tiegћi’, (nefes), Hu il-jien profond, l-esseri tiegћi kollu; b’dan Alla li qed inћossu ’l bogћod minni, jien bniedem ta’ ћajja bla sens, (il-vojt ta’ ġewwa).Quddiem dan kollu jitta
ma f’Alla. ‘Nibqa’ nfaћћru’ , mhux fil-ћajja li ġejja imma f’din il-ћajja, gћax se jidћol u jsalvani. Dan ir-ritornell jieћu qawwa ma’ kull darba li jingћad u jidher bћal gћanja ta’ qawmien persunali u nazzjonali. L-Evanġelisti Mark (14, 34) u Ġwanni (12,27) fehmu li dan il-kliem twettqu f’Ġesù fil-Passjoni.Il-Preżent Traġiku, (42, 7-12).
U l-pajsaġġ naturali li jdawwar is-salmista hu rappreżentazzjoni simbolika ta’ l-esseri l-aktar intimu tiegћ
u. Ir-ruћ (nefes) , il-jien, li f’v 6 hu diġà mћawwad fih innifsu, issa hu mitluq (gћaliex tintelaq?) hu l-verb li juri min qed jitlob mixћut minn tulu fl-art bћal Ġesù fil-Ġetsemani. Il-muntanji mill-Ħermon, mill-ikbar sa l-iżgћar, Misgћar, fl-art tal-Ġordan ifakkruh fl-gћolja ta’ Sijon, l-gћamara ta’ Alla ћaj li ruћu tixxennaq.
Ix-xena ssir aktar skura f’v
8 bil-ћsejjes jidwu minn irdum gћal irdum, bil-ћalel u l-imwieġ li gћaddew minn fuqu; ifakkruk f’Ġona 2, 4,“l-imwieġ il-kbar u l-ћalel kollha tiegћek, gћaddew minn fuqi.”
Il-poeta jinsab fl-inћawi tal-Ġordan – 400 metru taћt il-livell tal-baћar. Il-post hu simbolu tax-Xeol u l-ilmijiet huma simbolu tax-xejn, tal-qerda; hi esperjenza personali u interjuri tal-poeta. Mhux barra minn loku taћseb fil-ġudizzju ta’ Alla, skond il-liġi retributtiva gћad-dnub u jidћol minnufih mottiv penitenzj
ali – ‘il-Mulej juri ћniena’, v 9. Gћalhekk il-pajsaġġ jirrifletti t-tbatija intima tas-salmista, pajsaġġ estern u intern, ġrajja naturali u personali morali li toћloq tensjoni spiritwali u emozzjoni psikoloġika.V 9.
Il-ћin tal-jum bil-maqlub, lejl u nhar flok nhar u lejl, hi teknika biex ifisser azzjoni kontinwa: nhar jew sbiћ il-jum meta Alla jibgћat il-ћniena tiegћu bћal messaġġier, il-lejl hu l-ћin meta wieћed isejjah lil Alla gћax in-nuqqas ta’ dawl ifisser ћin ta’ prova, mewt, eżilju, ћin meta wieћed jishar jitlob u jistenna. ‘Hesed’ u gћana hu talb lil ‘Alla tal-ћajja’ (darbtejn insibuha fil-Bibbja, hawn u Sir. 23, 4) juru li min-naћa tas-salmista hemm talb ta’ qalb maqsuma, talb ma jaqta’ xejn, u mill-oћra Alla li ma jidher imkien u sieket, hu ћaj u qed jaћdem b’riżq is-salmista.Il-Hassidim jgћidu, ‘jiena nnifsi jien talba’. Rabbi Bunam qal: “Hu bћal tallab li ilu tlett ijiem ma jduq xejn u bi ћwejġu mqattgћin, jidher quddiem is-sultan: tgћid jeћtieġlu jgћid x’jixtieq?
Hekk kien jidher David quddiem Alla; hu nnifsu kien talba"X’jitlob? ‘Gћaliex tlaqtni?’ v 10. S’issa kollox kien jiċċaqlaq, imma tidher ‘il-blata’. Min hu mitluq, minsi, hu bћal bniedem mejjet, fix-Xeol. X’ma jgћajjattx? X’ma jipprovax iqabbad mal-blata
! Hu f’mixja ’l isfel, fid-dwejjaq. U madwaru jfiġġu l-gћedewwa fl-iskema tas-soltu, Jien – Alla – l-gћedewwa, li jgћajjruh u huma vjolenti u gћat-tieni darba jistaqsuh: “Fejn hu Alla tiegћek?” Mistoqsija atea u sarkastika. Min-naћa tal-bnedmin ukoll kollox hu dlam, imrar u bla faraġ li jġegћlu jixxennaq it-tempju. v 5.V 12. L
-antifona gћat-tieni darba tiżra’ fil-preżent iż-żerrriegћa tat-tama.Il-ġejjieni mdawwal, S. 43.
Hu talba ћerqana mimlija tama u stennija ta’ Alla mћallef li jaqleb il-qagћda tal-ġust mixli mill-gћedewwa qarrieqa. Il-ћsieb imur f’Iż
rael itturufnat li jixxennaq gћal artu u l-gћolja ta’ Sijon v 3, immexxi mill-messaġġiera ta’ Alla, id-dawl u s-sewwa, sa ma jasal fit-tempju, ћdejn l-artal ta’ Alla ferћ u hena tiegћu. Sijon mhix l-art il-mitlufa daqskemm l-art tmiem il-pellegrinaġġ.V 1.
Hawn insibu tlett verbi ta’ proċess ġudizzjarju, agћmel ћaqq, iddefendi u eћlisni; Alla hu l-protagonista li se jeћles il-ġust billi jiddefendih kontra l-inġusti billi jagћmel ћaqq minn dawk li ikkundannawh gћal mewt ċivili u ċaћћduh minn wiċċ Alla.V 2
jieћu l-istess l-appell ta’ v 10 fejn il-fiduċja f’Alla ‘kenn’ tidher fl-iskantament li gћadu mwarrab, imdejjaq u mgћakkes, jistaqsi, Gћaliex? Il-Bibbja ma tippreżentax il-fidi f’Alla bћala droga li fit-tama tal-futur iġġib fix-xejn it-tbatija ta’ issa; gћal-kuntrarju hi taqbida, tiftix ta’ sens fil-ћajja u fl-istorja, talba, protesta u ġustizzja.V. 3. Id-dawl u l-verita’, żewġ attributi ta’ Alla se jmexxuh u jwassluh sat-tempju. Id-dawl
hu sinjal li Alla jridlu l-ġid, is-sewwa (‘emet) hi fedelta’ (hesed):”miegћi jimxu t-tjieba u l-ћniena”. (S 23, 6). Mbagћad kollox jinbidel f’ferћ u kant meta jidћol fit-tempju.Is-salm 42-43 nistgћu narawh bћal metafora tal-ћajja tal-bniedem u t-tama nisrani
ja: meta ’l bogћod minn Alla wieћed iћossu mitluf u mћawwad, il-fidi tgћaddi minn prova, imma hemm tama li twieżen il-mixja tiegћu, Ġerusalemm tas-sema. L-istess jingћad gћall-Iżrael eżiljat u t-tieni esodu lejn l-art tmiem il-mixja iebsa tiegћu. Tiġbor ukoll it-teoloġija tas-salvazzjoni minn Ġesù Kristu, mid-dnub ewlieni (Gen. 2-3) u l-istorja tal-bniedem, imżewwqa, qdusija- dnub u grazzja.L-aћћar strofa
, v 5, tikxef il-velu u tidher it-tama li tirbaћ kull nostalġija, dwejjaq u qtigћ il-qalb biċ-ċertezza li l-gћajn ewlenija tal-ћajja hi, gћal min jemmen, tfaћћar, tћobb u tara wiċċ Alla gћal dejjem.Dun Gorg Mangion, illum 29 ta’ Marzu 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa