Salm 49
Il-Bniedem li gћandu l-ġid ma jifhimx,
hu bћal bhima li tispiċċa fix-xejn
Rabbi Mosè Lob jgћid:” Kemm hi ћaġa ћafifa li l-fqir jintelaq f’Alla: f’min barra minnu jista’ jafda? U kemm hi iebsa li bniedem gћani jafda f’Alla; il-ġid li gћandu jgћidlu: Afda fija”.(Buber M. Rakkonti tal-Hassidim). Gћal M. Mannari hu ‘gћanja tal-mewt’ u fil-fatt matul is-salm jiġi fuqek tkexkix tal-mewt. Fih atmosfera ta’ mewt; il-ġid u l-ћajja komda gћandhom dudu li jeqridhom, il-qabar, 10, 12, u l-imwiet (Xe’ol) li jidhru kemm-il darba.
Il-ġid u l-gћana li miegћu rabat qalbu, jitfgћu ftit dawl roż
a u jpetpet; kollox kien issagrifikat, ġustizzja, onestà, l-istess ћajja u relazzjoni ta’ mћabba. Il-mewt teqred kollox, kollox iġġib fix-xejn kif jgћid Koћelet: “Gћax jiġri li wieћed. li jkun ћadem bil-gћaqal u l-ћila u b’suċċess, ikollu jgћaddi sehemu lil ћaddieћor li xejn ma tћabat gћalih (2,21). Gћall-bniedem gћidt ġo fija: “Alla jrid iġarrabhom biex juri li huma nfushom bћall-bhejjem. Dak li jiġri lill-bniedem jiġri lill-bhima, gћax it-tnejn tmiem wieћed gћandhom, bћal ma tmut il-bhima jmut ukoll il-bniedem.” (3, 18-19). U dan kien l-gћerf ta’ Iżrael, kritku u iebes kemm trid.Imma hemm tmiem li jaћsdek, f’v 16, li l-mewt tiftaћ orizzont sabiћ gћall-ġust, pass ċkejken lejn soluzzjoni gћall-iskandlu li l-inġustizzja ssaltan fid-dinja. Il-ġust jaf li ladarba hemm Alla u dan jiddefendih, mhux mitluq gћal kollox f’idejn il-mewt. Xorta waћda tћares lejn il-jum ta’ Ġesщ
Kristu (1 Kor. 15, 26). Salm 16, 9-11“Gћax int ma ti
tlaqnix fl-imwiet,ma tћallix il-maћbub tiegћek jara l-qabar”.
Dahood jagћti interpretazzjoni gћal kollox pożittiva u jgћid: ”il-ġenna li ћejja JHWH tilqa’ l-ġust li jittama aktar fih milli fil-ġid ta’ l-art u l-pjaċiri.” Dwar v 10 li jorbtu ma’ S 16,10 jgћid li, l-immortalitа hi gћal dawk kollha li jittamaw fih. Imma Gunkel jgћid li l-idea wara s-salm hi li l-mewt iġġib il-bnedmin indaqs u l-istess. It-tama waћdanija tal-ġust hi li ma jmutx qabel iż
-żmien. L-intimitŕ ma’ Alla timlieh tant li ma tiġi qatt fix-xejn imma twarrad f’gћaqda sћiћa u misterjuża ma’ Alla. Ktieb il-Gћerf jiżviluppa dan it-tagћlim (ara Gћerf 2, 23-24; 3, 1-15; 4, 1-19).Gћalhekk Salm 49 hu meditazzjoni sapjenzjali fuq il-valuri veri tal-ћajja: L-iskala tal-valuri hi aktarx assurda u titkejjel mill-gћana u s-suċċess. Kien gћalhekk li daћlet it-teorija tar-retribuzzjoni; il-ġid u l-ġustizzja jissarfu f’qagћda tajba u progress. Bћal Gob u Koћelet jikkonkludi li bniedem gћani u inġust ifissru l-istess. Imma jmur aktar ’il bogћod u
jrid iwaqqaf ġerarkija ta’ valuri mibnija fuq ir-realtà u l-istorja; hi l-mewt li tqiegћed kollox f’postu. U hekk l-ordni jinbidel, jitwarrab l-gћana u tidћol il-ġustizzja. V 11 jantiċipa Lq 12, 20 “Iblah li int ! Dan il-lejl stess jitolbuk ruћek lura’. U ћwejjeġ li ћejjejt gћalik, ta’ min ikunu?”. U v 18, il-logion tal-ftuћ: “Iftћu gћajnejkom u ћarsu rwieћkom minn kull regћba, gћax imqar jekk wieћed ikollu bir-radam, ћajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu” Lq 12, 15.Is-simboli sapjenzjali tas-Salm
Din i
t-talba hi qrib ћafna ta’ SS 37 u73 u gћandha lingwaġġ sapjenzjali mћallat ma’ ironija minn fuq s’isfel.Jidhru gћalhekk il-koppji sapjenzjali tas-soltu : gћerf (hakam) u bluha (kesel), l-gћaref u l-iblah, l-gћani u l-fqir v 3, flimkien ma’ bene-ix u bene-adam ulied il-bniedem (in-nobbli u l-baxx) li Targum jagћtihom bћal ġust u inġust. (Is 53, 9; Prov 11, 7). Il-kliem użat hu wkoll sapjenzjali: li tkun gћaref , v 4 u li tifhem vv 13.21 flimkien ma’ masal, v 5 li tiġbor fiha kull kitba ta’ din ix-xorta, minn proverbju sa metafora u oraklu. L-gћani jixbah lil bhima (vv 13.21) u l-istess gћanja hi ‘nimsal’, xebh, waqt li dak li jrid jgћid jgћidu b’tixbihat, v 5 u jkantah fuq iċ-ċetra. Jistieden gћas-smigћ bi kliem profetiku, ‘isimgћu’ v 2, (66 fil-profe
ti, 3 fis-salmi) u agћtu widen’ (61 fil-profeti, 3 fis-salmi),v 2.5, u Tibżgћux, vv 6.17.Is-simbolu tal-ġisem
jiftaћ bil-widnejn li jisimgћu v 2, il-fomm v 4 li jitkellem l-gћerf, jew jitgћaxxaq bi frugћatu v 14. Il-qalb v 4 taqra fil-fond u l-gћajnejn li jaraw il-qabar v 10 u l-gћorrief imutu bћall-iblah, v 11. L-gћani u l-inġust ikollhom tmiem wieћed, 13,21 u x-Xe’ol jhedded lil kulћadd. JHWH biss jista’ jeћles lill-fqir u l-ġust. Gћandna wkoll ġudizzju aћrax kontra kontra l-inġust u l-gћani, u l-gћana mhux aktar sinjal ta’ barka skond it-teorija retributtiva, imma sinjal ta’ inġustizzja u dnub. L-istess bћal fit-tieni parti tal-Ktieb tal-Proverbji, imsejjћa ta’ Salamun, fejn l-gћani se jkollu ġudizzju iebes minn JHWH li dejjem hu fuq in-naћa tal-fqir (17,5; 21,13; 22,1) u min ibati inġustizzja, sfruttament. (18,23; 19,4.7; 22,7). L-gћonja jiddandnu b’ġidhom u minnu jieћdu l-glorja, l-ġieћ (kabod) 17,18; din issir piż u liturġija idolatrika ta’ l-gћana. Pawlu f’Kol. 3,5 jikteb: “...u r-regћba li hi idoltrija".Is-simbolu ta’ l-annimali hu mdaћћal f’sens negattiv; fir-ritornell 13, 21 l-gћani hu bћal bhima li taћtaf u tmiemu hi l-qatla. Koћelet hu aktar radikali : “Dak li jiġri lill-bniedem jiġri lill-bhima, gћax it-tnejn tmiem wieћed gћandhom; bћalma tmut il-bhima jmut ukoll il-bniedem, gћax l-istess hu nifs il-ћajja li hemm fihom ilkoll...” 3, 19.
L-ewwel mis-simboli eskatoloġiċi hu ix-Xe’ol li jissemma tlett darbiet (darbtejn f’v 15, u 16) li hu bћal id li taћtaf bћallikieku d-dwiefer ta’ bhima selvaġġa, hu ћalq miftuћ li ‘qatt ma jgћid; “Biż
żejjed!” (Prov 30,16). Hu f’linja vertikali sa fil-qiegћ ta’ l-art, gћalhekk ‘tinżel’ v 18, maġenbu hemm il-Mewt (mot) vv 15.18., il-fossa v 10 u ‘jintemm’. Imma hu post fejn wieћed jgћix gћal dejjem f’gћaqda mal-familjari vv 9.12, 10, 20, gћax hi dar il-missirijiet, hu post mudlam, v 20, fejn wieћed jista’ jorqod r-raqda fit-tul gћax fuq l-art dan ma jistax jagћmlu.Imma hemm tama gћall-ġust; u hawn qegћda l-oriġinalitа tas-Salm 49. Waqt li l-gћani ma jistax jieћu miegћu lill-idoli ekonomiċi imma jћallihom warajh u jinżel fix-Xe’ol idu f’idu, il-ġust hu maћtuf v 16, minn Alla minn id il-mewt bћal Enok (Ġen 5, 24) u Elija (2 Sl 2, 1-12). U wara d-dlam u l-mewt tax-Xe’ol, tfeġġ tama, gћelm ta’ komunjoni ma’ Alla: hekk il-linja vertikali minn isfel gћall-fuq tasal sa Alla.
Hawn jidћol il-verb ekonomiku-teoloġiku, ‘tifdi’, fidwa, riskatt.(vv 8, 9.16). Il-bniedem hu bћal wieћed ikkundannat gћall-mewt jistenna min iћallas prezz biex jinћeles. Dan jista’ jagћmlu biss min hu aqwa mis-setgћa li tikkundanna, aqwa mill-istess mewt. JHWH feda l-poplu mill-Fargћun gћax kien aqwa minnu, ġieb fix-xejn il-jasar ta’ l-Eġittu u ta’ Balbel gћax hu s-sid ta’ l-istorja, jmexxi l-istorja. Hu interessanti li S 49 darbtejn isemmi lil
Alla: f’v 8 u 9, ћadd ma jista’ jixtri lil Alla imma Alla hu li jixtri, jirriskatta l-bniedem, iћallas prezz daqs kemm tiswa’ l-istess ћajtu.Il-poplu ta’ Iżrael wasal gћ
all-idea ta’ l-immortalità minn triq iebsa; kif jista’ Alla ta’ missirijietna jippermetti li dawk li mietu jittamaw fih jieћdu l-istess xorti tal-ћżiena u l-persekuturi?Il-Binja tas-Salm
A.“Gћax gћandi nibż
a’? vv 6-9 B’. Ix-Xe’ol u kif jibla’. Vv 14-16.Il-ġid ma jistax jeћilsek mill-mewt Alla biss jista’ jeћlisna.
B. Ix-xe’ol jibla’ vv 10-12. A’. “Tibżax !” vv 17-20.
Ħadd ma jista’ jeћles, Il-ġid bl’ebda mod ma jeћilsek mill- mewt ‘u ma jara qatt’.
Antifona. v 13. Antifona: v 21.
Eseġeżi.
Preludju solenni vv 2-5.
Il-ftuћ tas-salm hu fi stil sapjenzjali (Ġen. 4, 23) u profetiku, sejћa gћas-smigћ (Is 1,2; Mi 1,2) u jifhem isejjaћ il-bnedmin kollha. Isejjaћ tlett koppji ta’ semmiegћa; l-ewwel lil dawk li jgћixu issa (heled), li hi espressjoni rara li tfisser il-fraġilitа
tal-bniedem. It-tieni koppja hi bene-ix u bene-adam, in-nobbli u n-nies komuni (ġusti u inġusti jekk trid), imma dejjem bnedmin b’rabta ma’ l-art. ‘Ix’ hi rari fis-salmi, bene-adam tidher 23 darba. It-tielet koppja hi gћonja u fqar v.3.Mbagћad jippreżenta lilu nnifsu, v 4 f’forma sapjenzjali. L-gћerf (hokmot) fih innifsu hu dak kollu li jista’ joffri lid-dixxiplu, il-fehmiet ta’ qalbu; it-talba tipika ta’ l-orjentali ssir bl-esseri kollu tal-bniedem, (gћalhekk jiċċaqlaq qisu bniedem bir-rogћda) u hawn isemmi l-fomm u l-qalb. (ara Is 1,2; Mik 19,15) Ankи l-intelliġenza hi fil-plural (tebunot) biex ifisser kemm daћal fil-fond tar
-realtà biex jagћraf sal-qiegћnett dak li se jgћallem dwar l-imġieba dritta u korretta.‘Maxal’ hu t-teminu sapjenzjali klassiku mogћti lill-Ktieb tal-Proverbji. “Agћti widen” v 5 dejjem gћandu bћala suġġett lil Alla; gћalhekk wieћed jissopponi oraklu div
in, messaġġ soprannaturali u misterjuż, mhux sempliċi proverbju. Mela hemm il-kapaċitŕ tal-bniedem megћjuna mill-grazzja ta’ Alla. ‘Hidah’ hi xi ћaġa tqila biex tifhimha, ‘enigma’, forsi v 13 jew 21; imma il-problema li s-salmista gћandu hi sa fejn jaslu l-limiti bejn it-tajjeb u l-ћażin, bejn il-ћajja u l-mewt kif jarahom hu: dan ifissru bil-kant fil-liturġija.L-ewwel Kwadru. (vv 6-12)
“Gћax gћandi nibża’” jgћid is-salmista lilu nnifsu f’dan il-kwadru dominat mill-mewt li ġġib lil kulћadd l-istess. Wara jgћid lil kulћadd, “Tibż
ax" v 17.Fl-ewwel xena, vv 6-9, l-gћana ma jeћilsekx mill-mewt, jgћid li mhemmx is-saћtiet tal-profeti jew l-iskandlu ta’ l-inġustizzja u kif Alla jissaportiha. Billi l-mewt tillivella l-bnedmin, gћalhekk ma jbeż
żgћux l-inġustizzji tal-ћżiena. ‘Il-jiem ћżiena’ jiġu fix-xejn quddiem l-imћallef ġust meta jidher. Iћossu mdawwar mill-ћżiena li jfittxu jaqilbuhielu, (ġb l-gћerq tal-kelma Ġakobb); hu ritratt tas-soċjetа dominata mill-gћonja.V.7 Jagћti ritratt ta’ dawn l-gћonja il-veri ateji, l-idolatri per eċċellenza. Il-verb tal-fidi, fiduċja tagћhom (bth; 35 fis-Salterju) iserraћ fuq il-‘grass’, it-tifћir fuq l-gћana. U jgћaddi gћall-qalba tar-riflessjoni f’vv 8-9, ma jistgћu qatt jirbћu jew jixtru l-mewt (Ftakar f’Lq 12, u 16).
Ir-riskatt (pdh’ 17 fis-salterju) hu dak li wieћed jista’ joffri (kofer) biex jeћles minn kundanna, mill-mewt, mid-dnub. Il-Jom Kippur Lv 16 kienet il-festa tat-tpattija, tal-maћfra, permezz ta’ riti stabbiliti minn Alla li kellhom valur, imma ebda ћlas ma jilqa’ Alla bi bdil mal-mewt jew il-ћajja (1 Sam 2,6; Dt 32,39). L-istess jgћid Ġesщ (Mt.16,26).
It-tieni xena: vv 10-12. Hawnhekk tiftaћ ix-xena tal-mewt biex wieћed itiegћem dak li jiflaћ iż
omm quddiem ir-realtà vera tal-ћajja: ћadd ma jista’ jeћles mix-Xe’ol li jibla’. Il-mewt ma teћlisha lil ћadd, hi gћal kulћadd; teżi gћal qalb Kohelet (2,14-16; 9,1-6) u l-gћana ma gћandu ebda siwi v 12. Il-verb jara, jew sperimentajt, kulћadd, gћorrief u boloh sejrin lejn il-qabar u jћallu ġidhom warajhom. L-gћonja ta’ S 49 jaћsbuha ftit jew wisq bћall-gћani tal-parabbola Lq 12, 16-20, “Ruћi! gћandek ћażna kbira ta’ ġid..mela strieћ,kul, ixrob ixxala..” , jew ta’ S 39,7. F’v 12 l-idea hi ċara, il-kbarat li bnew palazzi u taw isimhom lil bliet u artijiet mietu u ntesew. (S 34,17; 2 Sam, 12,28).“Qabarhom hu darhom gћal dejjem” jista’ jkollha tifsira tal-bniedem li hu mill-art u lejn l-art jerġa’ jmur (Ġen. 3, 19. Adam-bniedem imur lejn adam-art. Gћani u fqir imorru lejn, ix-Xe’ol , minn fejn beda, hemm jintemm. U hekk jagћlaq dan il-kwadru, bil-mewt; baqa’ biss il-qabar. U jerġa’ jinstema r-ritornell.
L-antifona v 13.21.
Il-bniedem hu bћall-bhejjem gћax l-eżistenza tiegћu hi fraġli u gћax ma jifhimx. (ara. 2 Pt 2,12 u Ss 32,9; 73,22). Imma hawn gћandna ‘jali
n’ (ma jaqbiżx il-lejl) flok ’jabin’ (ma jifhimx); l-gћani ma jdumx, malajr jgћaddi, fraġli. Il-bniedem jixbah lill-bhejjem gћax l-gћana jagћmlu hekk u ma jifhimx li bћal bhima hu sejjer gћall-qatla. Mela injoranza (jabin) u fraġilitа (jalin) huma żewġ punti li jorbtuna mal-bhejjem meta l-ġid u l-gћana jagћmuna u jagћmluna indifferenti gћall-fqir.It-tieni kwadru. vv 14-20.
L-ewwel xena, vv 14-16, gћandha fil-qalba tagћha x-Xe’ol li jibla’. ‘Min jittama fih inifsu’ hu bћal nagћaġ sejrin gћall-qalta immexxija mill-mewt bћal ragћaj. Waqt li l-ġust jittieћed minn Alla lejn il-mergћat ta’ dejjem (S 23) , l-gћani inġust imur fix-Xe’ol, bogћod mill-gћamara mhejjija gћalih. U dak li jeћles il-fqir hu Alla v 16. Hemm ‘triq’ li tieћu lejn il-qabar, niż
la qawwija u wieqfa differenti minn dik l-gћonja ћolmu; il-ġid ma jiswiex biex wieћed isib jogћla lejn Alla. Ix-Xe’ol hu post fejn mhemmx kuluri, kliem, hena u ћajja bћal hawn fl-art gћax mhux art. Bil-mod il-mod qed isir infern, mhux aktar post fejn gћonja u foqra jkunu flimkien imma post l-gћonja inġusti. (Lq 16, 19-31).Din xortih , hekk jintemm. v 14.V 16 hu xi ћaġa ġdida, daћla f’komunjoni ma’ Alla ’l hemm mill-qabar. Jekk fil-ћajja l-ġust kien imdaћћal fl-etern u fid-divin, wara l-mewt ma jistax jitћalla fis-setgћa tagћha, gћax iż
-żerriegћa ta’ l-etern ma tћallihx. Gћalhekk S 49 mhux stqarrija ta’ fidi fl-immortalitа kif mhux sempliċi stqarrija ta’ ћelsien mill-mewt; il-kwestjoni tibqa’ gћal issa mistura f’misteru.Din il-fidi ta’ min gћadu fil-bidu gћandha tlett mottivi. L-ewwel tinsab fil-verb ‘padah’ li f’vv 8 u 9 kien imfisser bil-maqlub. L-gћana. Alla biss jista’ jifdi lill-bniedem mill-mewt kif ћeles lill-Iżrael mill-jasar ta’ l-Eġittu; l-gћana ma jistax. Il-Ġ.T ta’ S 49 meta f’Rum. 3, 25 Pawlu jara fi Kristu mejjet u rxoxt “vittma ta’ espjazzjoni”. It-tieni, jaћtafni (laqah), mill-mewt u jerfagћni bћal Enok u Elija; terminu spazjali bejn il-mewt u l-glorifikazzjoni. It-tielet hi ‘s-setgћa jew l-id tal-mewt’ (v 16; S 89,49 u Hos 13,14) gћax il-ġust hu
meћlus mill-mewt gћax gћandu xi ћaġa li ddaћћlu fl-isfera ta’ Alla, il-fidi u l-ġustizzja.It-tieni xena vv 17-20 tieћu x-xena vv 6-9 u tibda wkoll, ‘Tibżax’, bit-tema li l-gћana ma jixtrix il-mewt. Wieћed li jiġri wara l-ġid u jara kif jistgћana u fih iqiegћed il-glorja (kabod) tiegћu, ‘ xejn ma jieћu f’mewtu, gieћu ma jinżilx miegћu’ v 18. “Il-glorja tal-bniedem titla’ ma’ min jitla’, ma tinż
ilx ma’ min jinżel” (S. Ambroġ). Jinżel waћdu fix-xe’ol. Il-ġust ikun maћtuf, merfugћ. Ara Koh 5,14 u 1 Tim 6,7.9. L-gћani m’gћandux ‘wara’, lejn xiex iћares, ‘ġieћu ma jinżilx miegћu’ , imma l-ġust iva, gћandu ġejjieni.V 19 jerġa’ jeћodna lura gћall-ћajja ta’ l-gћani bћall-gћani iblah ta’ Lq 12,19, li jgћid lilu nnifsu li jfaћћruh gћax jgћaddiha tajjeb. Ibierek lilu nnifsu, u ssir saћta tiegћu nnifsu, dagћwa. Il-verb ‘barak’ (barka) ġej minn ‘derek’ ( rkobba) li jfisser ‘nisel, ulied, u hekk isir sinjal tal-preż
enza ta’ Alla jew adorazzjoni. Insibuha 75 darba fis-salmi. (Alla li jsalva ibierek :S 5,13; 28,9; 29,11; 37,22; 45,3; 65,11; 67,2.7.8; 107,38; 109,28;112,2; 115,12.13.15; 118,26; 128,4.5; 129,8; 132,15; 134,3; 147,130 jew barka lil Alla (16,7; 18,47; 26,12; 28,6; 31,22; 34,2; 41,14; 63,5; 66,8,20; 68,20.27.36; 72,18.19; 89,53; 95,6;96,2; 100,4; 103,1.2.20.21.22; 104,1.35; 106, 48;113,2; 115,18; 119,12; 124,6; 134,1.2; 135,19.20.21; 144,1; 145,1.2.10.21.) Hawn li tqim lilek innifsek, hu att sataniku, idolatra. (ara S 10, 3). It-tmiem ta’ dawn hu traġiku, “It-telfien gћad ikun tmiemhom; alla tagћhom hu żaqqhom, jiftaћru b’dak li jmisshom jistћu minnu; u moћћhom biss fil-ћwejjeġ tad-dinja” Fil 3,19.Antifona ta’ l-gћeluq. V 21
Is-salm jagћlaq b’antifona sapjenzjali fit-tieni persuna appell lill-gћani iblah. Hi parir li juri d-destin tiegћu bћala gћani iblah; Int m’gћamiltx is-sewwa gћalhekk tispiċċa fix-xe’ol, ma tarax id-dawl. Hekk gћandna d-destin ta’ gћani li jmur lejn il-post mudlam u d-destin tal-ġust li jinћataf minn Alla minn ћalq il-mewt i
mur jara d-dawl, u jkun fis-sliem. U jwassalna biex niskopru mas-salmista: “Tgeddsux gћalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ћallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgћu gћalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ћallelin jinfdu u jisirqu. Gћax fejn hemm it-teżor tiegћek, hemm tinsab qalbek.” Mt 6, 19-21. B’dan il-mod Alla tkun id-destin tagћna fl-eternitа, gћax miegћu ngћaqadna bl-imћabba f’din id-dinja.Dun Ġorġ Mangion, illum 30 ta’ Settembru 2008
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa