Salm 52

Iċ-ċiniku hu bћal xafra taqta’,

il-ġust bћal siġra taż-żebbuġ tћaddar.

Hu l-ewwel minn erba’ salmi b’ton sapjenzjali (maskil) b’ritmu ta’ lamentazzjoni (qinah) jgћallem gћad li mhux ċar kif gћandu jitkanta. Jibda’ ћabta u sabta tant li xi eżeti ћasbu li l-bidu hu xi glossa ta’ skriba li daћlet fis-salm. Kraus jaraha iebsa tiddetermina l-linja letterarja waqt li Dahood jiddeskrivih bћala salm sapjenzjali u lamentazzjoni personali b’taћlita xejn ċara u b’ton ġenerali ta’ sarkażmu u niggieżi, maġenb stqarrija mћeġġa ta’ fidi fit-tjubija ta’ Alla.

Lancellotti jxebbhu ma’ salm 1 – it-tajjebu l-ћażin, iż-żewġ toroq. Imma l-ћsieb tal-ġustizzja divina m’gћandux x’jaqsam mal-problema li gћandu l-kittieb; huwa jistaqsi lill-ћażin ‘int’ u jheddu bћala bniedem indifferenti vv 3-7. Xi wћud xebbhuh mal-konfront ta’ Isaija u Sebna, (22, 15 - 23) jew dak bejn Gћamos u Amasja, (7, 10-17), jew Ġeremija u Pasfur (Ġer 20), Neћemija u Sanballat (Neћ 6).

Is-salmista jagћti nota awtobijografika, “jien bћal żebbuġa tћaddar fid-dar ta’ Alla”, jew aktarx li hu levita u min hu ‘int’ mhux ċar. Tgћid xi membru ieћor minn fost il-qassisin? Is-saћta “jaqilgћek ’il barra” v 7 tirrferi gћall-avversarju li hu mill-istess familja; kien wieћed bћalu li jgћix gћad-dell tax-Xekinà u jixtieqlu li jkun skumnikat, jinqered mill-art tal-ћajjin. Xi wћud jippreferu li dawn is-saћtiet jinqraw b’mod ġeneriku, hekk li ma jiftiehmux bћala kwestjoni klerikali fi ћdan il-klassi levita.

It-titlu “meta Duweg ġie gћand Sawl … “jirreferi gћal 1 Sam 21, 8 u 22, 6-23, u juri kwadru ta’ levita kontra ieћor f’talba aktarx ċinika, li t-tradizzjoni rabbinika fehmitha fil-kwadru tal-ġlieda bejn Sawl u David, l-aktar meta nafu li Sawl f’kull ma gћamel kontra David kien ikun maћkum minn spirtu ћażin. Imma anqas dan ma jissodisfa gћax l-avversarju mhux spija jew traditur imma ‘giddieb’ vv 5-6.

Is-salm hu lment li fih tlett persuni tas-soltu, min qed jitlob, avversarju u Alla. Min qed jitlob hu wieћed mill-ġemgћa tat-tajbin ‘ћassidim’ . L-istil hu dak tal-profeti ta’ qabel l-eżilju, msejjes fuq it-teorija tar-retribuzzjoni. G.F. Ravasi ma jaqbilx li v 3 hu żjieda, glossa gћax ma’ v 4 jifforma deskrizzjoni ta’ bniedem qarrieq u jorbot ma’ v 9, bniedem li jittama sћiћ fil-ġid, u fl-gћana kbir tiegћu u mhux f’Alla. ‘Int tћobb il-ћażen’ gћandha ‘int tћobb kliem ta’ ћsara’ bћala parallella; dan hu l-avversarju.

F’v 7, bl’ ’Imma’ jidћol Alla mdawwar mill-ġusti kontra l-avversarju u tibda t-tieni strofa, deskrizzjoni ġenerali tal-bniedem ћażin, u dak li hemm jistennieh. Gћal kollox kontra hu l-ġust ta’ l-aћћar strofa vv 10-11. Mela l-avversarju jagћmel il-wisa’ gћal Alla li hu mal-ġusti u fl-aћћar jitkellem il-‘jien’, li hu s-salmista, nota awtobijografika.

L-ewwel kwadru: Int : ir-ritratt tal-ћażin vv 3-6.

Daћla, v 3

Akkuża: vv 4-6, ilsien ћażin, iћobb il-ћażen, kliem ta’ ћsara, qarrieq.

It-tieni kwadru: Alla mdawwar bil-ġusti jċanfru l-ћażin, vv 7-9.

X’jgћidu l-ġusti fuq il-ћażin: vv 8-9.

It-tielet kwadru: Jien; ritratt tas-salmista, jew tal-ġust. vv 10-11.

Il-ћasidim jittamaw fit-tjieba ta’ Alla.

Is-simboli

L-ewwel post tieћdu l-kelma, il-mezz ta’ kommunikazzjoni bejn il-bnedmin, v 4, li tuża x-xbieha klassika ta’ xafra misnuna jew sejf, xabla li tinfed. (Lq 2, 35). Il-Bibbja titkellem fuq l-ilsien li joffendi b’mod negattiv jew il-kelma tal-ћażin u b’mod pożittiv, mill-kelma ta’ Alla. “U gћamlu minn ilsienhom qaws miġbud. Il-qerq, u mhux is-sewwa, isaltan fil-pajjiż”. (Ġer 9, 2.7). Ir-rabta bejn il-gidba u s-simbolu militari hi ċara.

Lhud, 4, 12: "Il-kelma ta’ Alla hi ћajja u qawwija, taqta’ aktar minn xabla b’żewġt ixfar; hija tinfed sa fejn tifred minn xulxin ir-ruћ u l-ispirtu…u tagћrbel il-ћsibijiet tal-qalb”.

Salm 52 jorbot ma’ l-ilsien il-gidba, kliem ta’ ћsara, qerda u ġid maћtuf.

Hawwah ta’ vv 4 u 9 jfisser ‘velenuż’, il-velenu tal-gidba: fl-ebrajk debre’ bala’ hu kliem ta’ telfien, ta’ rovina, kliem ta’ nawfraġju, skont S. Wistin, Ilarju u Atanasju, ‘verba submersionis’, bala’ jew tibla’ bћal qiegћ il-baћar jew Xe’ol, (fomm giddieb).

Fit-tieni strofa vv 7-9 hemm it-trijonf militari bl-erba’ verbi: l-ewwel ‘natas’ tiksir wara ћidma militari, it-tieni, ‘hatat’, tqatta’, taћtaf, (simbolu tal-kaċċa), it-tielet, ‘sahah’ tiknes, jaqilgћek ’il barra, ir-raba’ ‘sarar’ jaqla’ mill-gћeruq, bћal siġra li gћall-kuntrarju l-ġust hu bћal żebbuġa mћawwla li tћaddar fid-dar ta’ Alla. Xi esiġeti jifhmuha fis-sens ta’ razza jew familja, ‘mhux li kien Alla jċaћћdek mill-ulied’, u hekk v 7 jkun bћal saћta skond ma ћaqqu l-ћażin gћal gћemilu. Il-ġudizzju ta’ Alla jidher fil-fatt li l-ġusti jidћku bћal ma jidћak Alla, “Min hu fis-smewwiet jidћak bihom”. (S 2, 4; 37, 13).

It-tielet strofa vv 10-11 hi liturġija ta’ kant jew ‘todah’ gћax hu proklamat l-isem ta’ JHWH li hu salvazzjoni (S 19, 5). Hemm kuntrast bejn din l-istrofa b’Alla fiċ-ċentru u v 3 fejn il-ћażin jiftaћar b’dak li jmissu jistћi minnu. Ix-xena tas-sliem fid-dar ta’ Alla hi bћal ћdura ta’ ћxejjex, ta’ żebbuġa tћaddar, simbolu ta’ ћajja, simbolu ta’ Iżrael (Rum 11, 16-24), ta’ żmien il-messija (Żak 4, 3, 14 u Apk 11, 4) u tal-ћajja mimlija li wieћed jista’ jgћix ma’ Alla u ma’ Alla biss (S 35; 36; 42-43; 61; 63).

Esiġeżi

Is-salm joffri diffikultà fl-ewwel vers gћaliex fejn soltu f’salmi ta’ ilment is-salmista jdur lejn Alla biex jgћinu hawn idur u jindirizza lill-avversarju u b’qawwa jfisser il-protesta tiegћu. Dan il-bniedem ċiniku u prepotenti jagћmel lilu nnifsu eroj, ‘gibbor’ saћansitra quddiem Alla li hu tjieba u fedeltа (hesed ‘el), li terġa’ tidher f’vv 10-11 fil-ћasidim. Hi korretta; imma x’inhi s-soluzzjoni? Il-ћażin hu prepotenti u jiġi mistoqsi: “gћaliex tiftaћar b’dak li hu ћażin? Il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ gћal dejjem” - hekk it-test Masoretku. Hu bniedem ta’ wiċċ b’ieћor li jћallat ir-reliġjon mal-perverżjoni; “Gwaj gћal dawk li jsejjћu tajjeb il-ћażin u ћażin it-tajjeb.” (Is 5, 20). F’vv 10-11 is-salmista jgћid min huma t-tajbin u x’jagћmilhom tajbin, ћasidim, Alla li hu ћesed, ‘hesed ‘el’.

V 4 jgћaddi biex jagћmel attakk sistematiku kontra l-gibbor li jista’ jkun wieћed mill-istess klassi tal-leviti; huma manuvri ta’ gideb u kalunnji biex jeqred lill-avversarju - “ilsienek xafra taqta’, ja qarrieq”. Kontra dan il-ћażin tinxteћet sensiela ta’ akkużi – qed taqleb ta’ taћt fuq il-valuri ta’ mġieba u morali. Il-ћażin hu l-istess strument tal-malizzja tiegћu, ilsienu; hu l-istess dnub ta’ l-ilsien personifikat. Mal-ћżunija u l-ingann jissieћbu l-gidba u l-kliem ta’qerda, (debre’ bala) Mhux kliem biss imma mġieba kollha ћażen (seqer) kontra l-fidi u l-fedeltà tat-tajjeb titlob li wieћed ikollu min jgћinu quddiem l-imћallef fil-qorti. Kliem ta’ ћsara, kliem bl-idea ta’ mewt u qerda, jitolbu li Alla, mћallef ġust, ma jiddawwarx ma jidher fix-xena.

It-tieni kwadru. Alla u l-ġusti quddiem il-ћażin (vv 7-9)

U Alla jidher, ma jibqax sieket, ’il bogћod indifferenti quddiem it-tbatija tal-ġusti. Huma tlett verbi ‘ћalli jxejjnek, jaћtfek, jaqilgћek’ b’qawwa ta’ saћta, kastig mistћoqq. Veru li jfakkrek fil-kliem ta’ Isaija kontra Sebna (Is 22, 17-18). Huma f’sens ta’ battalja; it-tkeċċija mid-dar ta’ Alla, mit-Tempju, skond it-teorija tar-retribuzzjoni “il-ћżiena mill-art jitqaċċtu u l-qarrieqa jinqalgћu minnha’. (Prov 2, 22). U ‘jinqerdu mill-art tal-ћajjin’tissiġilla s-saћta, li l-midneb ikun imkeċċi mid-dar tmiem ir-rapporti familjari u soċjali. Il-mewt li l-aћћar u l-aqwa saћta mfissra fil-qerda ‘minn art il-ћajjin’, bћal siġra maqlugћa li hi l-oppost taż-żebbuġa mћawwla v 10, simbolu ta’ mewt u ћajja. Fuq kollox l-akbar hu t-tkeċċija mit-Tempju, mill-preżenza ta’ Alla. It-teżi ta’ Scharf li jaqta ‘hatak’ – imċaћћad mill-missier/ iben – bћala saћta li tgћaddi sat-tielet nisel, hu kastig xieraq gћad-dnub.

Il-ġudizzju ta’ Alla hu milqugћ tajjeb mill-ġusti li ‘jћarsu miblugћa u jidћku’ vv 8-9. Tara u tibża’ (S 40, 4) bћal min jilqa’ b’fidi l-ġudizzju ta’ Alla, jikber fil-fidi u fil-biża’ ta’ Alla. Il-ћżiena m’gћandhomx biża’ ta’ Alla (S 64, 5). Jidћku ma’ Alla li jidћak b’dawk li jaћsbu li ћadd ma jista’ gћalihom. Id-daћk joћroġ l-ironija tal-ġusti kontra l-prepotenti, li m’gћamilx lil Alla fortizza tiegћu imma lill-ġid v 9, u hawn hu tmiem il-ћażin.

It-tielet kwadru: Jien; ritratt tal-ġust (vv 10-11)

Jiftaћ issa l-orizzont imdawwal u kollu sliem tal-ġust. ‘Imma jien’, jimmarka bidla, dehra pożittiva tal-ġudizzju ta’ Alla li jagћti stabbiltà lill-ġust li jkun bћal siġra taż-żebbuġ imћawwla u tћaddar fit-tempju. Hi tip tal-protezzjoni tal-monarkija ta’ dar David (SS 27, 5; 61, 5) , żebbuġa ћajja, friska u eterna li bћall-ġust hi darbtejn imwaqqfa ‘gћal dejem ta’ dejjem’ u ‘gћal dejjem’ (vv 10 u 11). Raћeb ta’ Qumran japplika dan is-simbolu gћalih u gћall-komunitа u jikteb, “ћawwilt masġar, siġar tal-ћajja ћdejn in-nixxigћat misterjużi biex jagћtu l-frott gћal dejjem…”.

U l-gћeruq li jagћtu l-ћajja liż-żebbuġa huma l-fidi (batah) kollha tama fit-tjieba (ћesed) ta’ Alla, il-virtщ ta’ l-alleanza ta’ dan is-salm u tas-salterju kollu. Gћalhekk fomm il-ġust ifaћћar lil Alla fil-ġemgћa tal-ћasidim v 11 il-parallel tal-fiduċja sћiћa u gћal dejjem tfaћћar u trodd il-ћajr gћal dejjem; hu it-tieni att tat-tifћir, u gћax inti tajjeb ‘tob’. L-isem hu l-persuna, inti tajjeb jew tjubija, sbuћija, qawwa, perfezzjoni tjubija morali. L-ankra tat-tifћir hi l-ћidma salvifika ta’ Alla. Inrodd ћajr lill-ismek gћax hu tajjeb” (54, 8).

Miegћu jingћaqdu l-ġusti (16, 10); u dan is-salm li fetaћ bl-istqarrija kuraġġuża ta’ dak li hemm fil-qalb tal-ћażin jagћlaq bl-gћanja li tfaћћar it-tjieba ta’ Alla li jsalva l-ġusti. Il-bniedem ta’ Alla hu ġust u jemmen f’Alla mhux fil-manuvri tiegћu, jittama fit-tjieba ta’ Alla. K. Barth jgћid: “il-fidi hi l-konverżjoni, l-orjentament ġdid tal-bniedem li jiġi gћeri quddiem Alla, li biex jirbaћ il-ġawhra ta’ prezz kbir jiftaqar, li gћall-imћabba ta’ Alla lest jitlef ћajtu. Il-fidi hi l-istess fedeltа ta’ Alla…".

Dun Ġorġ Mangion, illum 9 ta’ Frar 2009

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa