Salm 59
F’nofs klieb jinbћu,
“Qum JHWH, Alla ta’ Iżrael”
Salm 59 hu ћafif u tqil, ћafif gћax hu ċar li hu salm ta’ lment mimli saћtiet ta’ bniedem imċekken u mweġġa’: hu tqil gћax wasal gћandna f’verżjoni mraqqgћa li kultant bilkemm tiftiehem. Is-salmista hu mbaqbaq u mimli rabja qaddisa, isejjaћ lil JHWH ‘qawwa’,’kenn’, u ‘mћabba’ (hesed) gћax l-gћedewwa bћal armata dawwruh, bћal saћћara jinqdew bil-maġija biex jolqtuh; huma bћal klieb jinbћu, bћal nies gћatxana gћad-demm.
Ħafna jaqblu li hawn gћandna bn
iedem jitkellem b’solennità f’isem ġemgћa ta’ JHWH, nies mill-aktar imċekkna u maћqura fil-poplu magћżul. Huma bћal belt imdawwra mill-gћedewwa u minn ġewwa jheddu l-paċi, huma nies ћżiena u qattiela jew ‘ge’im’, kburin. Oћrajn jaraw fih supplika ta’ komunità il-poplu kollu hu mhedded minn ‘gojim’, popli gћedewwa, kif jaqra t-test Masoretiku.Oћrajn ukoll jaћsbu li ћareġ minn kittieb bћala talba individwali, bniedem mhux komuni, fi ż
mien il-monarkija kif jixhdu l-lingwaġġ u l-istil antik tas-salm. Ir-rit solenni, d-deskrizzjoni ta’ l-gћedewwa lpup siekta lesti biex jibilgћu n-nies bћallikieku belt indawwra bl-gћedewwa, gћamlet mis-salm talba liturġika fi żmien djieq u gћawġ nazzjonali. L-apokalissi ta’ Isaija, kapi 24-27 titkellem b’dan il-mod mill-ġudizzju ta’ Alla u jixbhu l-istil użat minn Ġeremija u Ġob. Is-saћta ta’ vv 12-14 toqrob ћafna lejn u b’hekk is-salm sar supplika nazzjonali ta’ Iżrael fi żmien Esdra u Neћemija biex ma ngћidux ukoll fi żmien il-Makkabin.Ma naqsux eseġeti li rawh bћala salm monarkiku, fosthom Dahood li jgћid,”Is-sultan jilmenta ma’ Alla mћabba l-gћedewwa tiegћu li jpinġihom bћala nazzjonijiet organizzati gћall-gwerra (v 5) u jipprotesta kontra dawk li jinfamawh (vv 8.11) li hu jxebbaћhom ma’ qatgћa klieb jinbћu (vv 7.16)”. Dan
jaqbel ma’ dawk kif insibu fit-titlu kienu jaraw lil David; fil-fatt min qed jitlob jilbes il-libsa ta’ xi uffiċjal responsabbli.G.F. Ravasi jaћseb li dan is-salm hu karba ta’ bniedem li qed jitkellem f’isem ћafna maћqura fi ż
mien ta’ inġustizzja mxerrda, imma mhux sultan, gћax ir-riferenzi huma mfittxija ’l bogћod. Bћal dejjem fil-poeżija lhudija problema ta’ wieћed tingћata tant qawwa u billi ssir taћt forma liturġika bir-ritornell, tidher li hi problema ta’ ћafna jekk mhux ukoll ta’ kulћadd. L-istess talba li ssir fil-ġemgћa, issir tal-ġemgћa ta’ JHWH. Gћalhekk hi l-mistoqsija ta’ dejjem f’din ix-xorta ta’ salmi: min qed jitlob? Min hu l-vittma? Min qed jaћqru? Bћal ma jikteb xi ћadd: “Meta l-innoċenti se jkunu f’gћadd ikbar minn dawk li jaћqru? Meta se tieqaf il-ġirja tal-bnedmin lejn l-infern?"Dimensjoni letterarja.
Il-kittieb ta’ S 59, bћal dak ta’ S 22, ‘jieqaf billejl f’nofs qatgћa klieb jinbћu li bћal ћalla wara l-oћra tal-baћar imqalleb ma jagћtuhx mistrieћ.’ Hi karba magћmula billejl li fiha j
iżvoga jilmenta u jisћet, marbut biss bil-metru tas-supplika klassika (3+3 aċċenti). Ħaġa li tolqtok hu r-ritornell vv 7 u 15, li qiegћed f’punt stramb tas-salm: is-soltu dan jagћlaq mhux jiftaћ l-istrofa. Anqas hu antifona; vv 10 u 18 huma bћal ‘refrain’ f’qagћda strateġika tas-salm u b’ideat teoloġiċi bћal ‘Alla fortizza’, ‘qawwa’ u bl-attribut ta’ l-alleanza ‘hesed’ imћabba tiegћi. Wara li stenna v 10 u ġie jilqgћu, v 11, xieraq li issa ‘jgћanni’ v 18; żvilupp xieraq tat-talba magћmula.L-erbgћa strofi li fihom jinqasam gћandhom din ir-rabta bejniethom; l-ewwel strofa vv 2-6 hi daћla gћas-salm kollu u torbot ma’ vv 17-18 billi jsejjaћ lil Alla qawwa u fortizza. Billi hu gћanja ta’ ћelsien, vv 2-3 jitqiesu bћala daћla gћas-salm kollu. “Gћax” v 4 huma q
amu gћalija, imma int Mulej, stenbaћ, qum u ara,” kollha imperattivi indirizzati lil dak li jaf li jista’ jsalvah billi jeћodha kontra l-gћedewwa, ‘gojim’/ge’im v 6. Fit-tieni strofa, Alla jqum gћalihom bl-attributi kollha tiegћu, u gћalkemm huma qawwija, kliemhom ibaqbaq fuq fommhom u jniggeż, bid-daћka qerrieda tiegћu, iġibhom fix-xejn.Fit-tielet strofa vv 11-14, tidher l-imћabba ta’ Alla. Is-saћta ta’ vv 12-14 gћandha l-istess tifsila: Alla jeћodha magћhom, hu l-istess id-dnub vv 4.13 li jsir bil-fomm u b’hekk jorbot ma’ vv 8.13. Ir-raba’ strofa vv 16-17 torbot mar-ritornell: kontra dawn il-klieb jinbћu jeћodha il-jien v 17 ta’ min qed jitlob li jista’ jagћmel dan gћax gћandu din il-fiduċja f’Alla. Kontra l-lejla tar-ritornell vv 7.15, hemm l-gћodwa mi
mlija ferћ u b’hekk jintemm gћal kollox jum id-dwejjaq.Naqsmuh hekk:
Daћla: vv 2-3. sejћa gћall-ћelsien lil Alla ‘fortizza’ (jien, huma int).
I vv 4-6, l-ewwel strofa Huma u int, il-ge’im/gojim u JHWH. Il-qawmien ta’ Alla.
v. 7 Ritornell: il-klieb
vv 8-9 .It-tieni strofa huma u int, il- ge’im/gojim u JHWH. Id-daћka ta’ Alla.
v. 10 Antifona: Alla qawwa u fortizza.
II vv 11-14 It-tielet strofa. Daћla: sejћa lill-hesed ta’ Alla.
(Jien, huma, int) huma u int, l-gћedewwa ta’ Alla.
v 15. Ritornell : il-klieb
vv 16-17 Ir-raba’ strofa Huma, inti, jien, il-qofol tas-salm. Alla hesed, qawwa u fortizza.
v 18. Antifona: Alla qawwa u fortizza.
Is-simboli
Is-simboli jduru madwar żewġ ideat: il-mibgћ
eda ta’ l-gћedewwa li jeћduha mas-salmista li warajh hemm Alla li jiddefendih u s-salvazzjoni. L-gћedewwa huma kotrana, bћal sillabi li jiffurmaw kelma b’simboli ta’ bhejjem, metafori militari u tal-kaċċa, partijiet tal-ġisem li bihom il-bniedem jagћmel ћsara, bћall-fomm ibaqbaq u l-kliem iniggeż fuq ix-xofftejn. Dawn is-simboli ihejju gћall-klieb jiġġerrew u jimirћu filgћaxija ifittxu lil min se jqattgћu bi snienhom; huma simboli spazjali. Jgћaddi gћal simboli tal-gwerra, nies qalila li jinћbew, jinġemgћu kontra tiegћu biex jonsbulu ћajtu.Hemm ukoll is-simbolu teoloġiku tas-salvazzjoni v 3. Il-hesed ta’ l-imћabba ta’ Alla (v 11.17.18) jilbes l-armatura tal-gwerra: Alla hu bћal ġeneral qawwi (v 10.17.18) li jeћodha ma’ l-gћedewwa bћallikieku blata qawwija fejn is-salmista jistkenn. Alla ma jeqridhomx mall-ewwel imma jћallihom jiġġerrew bћal klieb sakemm jagћtihom daqqa u jiġu fix-xejn (v 14). Jekk huma nqdew bil-kelma biex jisћtu u jikkalunnjaw, hekk issa Alla jġibhom fix-xejn b’daћka sarkastika (v 9) u bil-qilla tiegћu. v 14. Iwieġeb
is-salmista meћlus b’gћana ferrieћi gћax Alla fortizza qawwija ћelsu. (v 17).Billi hu poeżija, kollox isir f’temp ta’ ġurnata imma hawn gћ
andna ġrajja li tieћu tul ta’ żmien, żmien narrattiv kontra żmien reali. ‘Jum id-dwejjaq’, v 17 jinkludi lejl (vv 7, 15) li fih hemm id-dlam u l-klieb jimirћu, it-tieni u forsi t-tielet lejl jew aktar sakemm fl-aћћar jisbaћ il-jum tas-salvazzjoni (v 17). Imma poetikament f’temp ta’ jum jgћaddi mid-dwejjaq tad-disperazzjoni gћall-ferћ tal-ћelsien.Eseġeżi
Bћal ma gћidna gћas-salmi 57 u 58 , ir-rabbini fittxew kelma ’l hawn u ’l hinn biex iqabbluh mal-ћajja ta’ David biex jattribwuh lilu. Il-forma arkajka tgћin ћafna, hu ‘miktam’ u jitkanta fuq il-melodija ‘La teqridx’. 1 Sam 19,11, “Dak il-lejl, Sawl bagћat gћases bi
ex joqtluh mas-sebћ” u kienet Mikal li gћarrfet lil David b’dan. Is-salmista hu bniedem innoċenti u Ġonatan jgћid lil missieru Sawl, “Gћala gћandu jmut? X’gћamel?” 1 Sam 19, 32. David stess jitkellem fuqu nnifsu bћallikieku kien “kelb mejjet”, 1 Sam 24, 15. u l-istess Alla qawwi fit-taqbid, fortizza u kollu mћabba huma simboli fuq fomm David. Huma simboli li jinsabu wkoll f’salmi oћra li mhumiex ta’ David, huma provi fil-ћajja ta’ kuljum tal-bniedem, imma dan fehmu r-rabbini.Daћla: sejћa gћall-ћelsien (vv
2-3)Mill-ewwel jidher li ћajjet min qed jitlob hi mheddha. Juża’ l-kwatern ta’ verbi, eћlisni, darbtejn, salvani u ћarisni, u nomi, gћedewwa, nies qattiela, jagћmlu l-ћażen u li jqumu gћalija, biex jitkellem fuq l-gћedewwa. V 2 ‘li jqumu gћalija’, ‘mitqomemaj’, S 17, 7, jew jagћtuni s-salt u t-tielet jagћmlu l-ћaż
en ma jeskludix il-maġija, jew il-kalunnja. Ir-raba’ ‘nies tad-demm’, li jużaw ilsienhom u gћamilhom u minnhom Alla biss jista’ jeћilsek. Il-verbi huma tlieta ta’ ћelsien spiritwali u fiżiku; ir-raba’ hu ‘sgb’, ‘misgab’, fortizza vv 10.17.18, tidher quddiemu fortizza fejn ikun mgћasses tajjeb u li kontra tagћha kull qawwa ta’ l-gћadu titkisser. Jista’ jkun it-Tempju. (Ara S 46 u 48).L-ewwel strofa: iqajjem lil Alla (vv 4-6)
Min qed jitlob jgћid b’qawwa li hu ‘bla ћtija’ u jsejjaћ lil Alla biex jieћu f’idejh il-każ tiegћu u ma jibqax sieket. “Jien bla ћtija” mela il-gћala dan kollu? Jonsbuli ћajti, jinġemgћu kontrija. B’gћadd ta’ metafori ta’ kaċċa u gwerra, is-salmista jagћti kwadru tal-manuvri kollha biex jeqirduh. Gћat-tielet darba, V 5a jgћid li hu bla ћtija u jiddeskrivi battalja li se tfaqqa’ kontrih. Il-verbi użati juru l-istrateġija tal-gwerra, truppi mqassmin f’kamp ta’ battalja. (S 18,30; Ġb. 15, 26; 16, 14)
Wara li jippreżenta l-kawża tiegћ
u, innoċenti jappella lil Alla li hu trux u indifferenti quddiem l-ingustizzji li qed isiru f’saltnatu. “Stenbaћ” V 6b hu aktar qawwi milli jinstema’: hi l-gћajta ta’ min daћal fit-Tempju, u jagћmel żmien hemm billejl, jgћajjat lil Alla, sakemm iћossu mismugћ fil-gћodu u jista’ joћroġ. Tlugћ ix-xemx hu tmiem l-inkwiet u jћabbarlu jum ġdid, jum is-salvazzjoni. (Teorija ta’ l-inkubazzjoni)“Qum’ V 5b jew tibqax sieket. Hu simboliżmu militari fil-linja ta’ l-istrofa. Hi s-sejћ
a gћall-battalja biex Alla jmexxi t-taqbida, jidћol gћal wieћed li qed jitolbu. Hi wkoll fidi f’Alla tal-patt li mhux se jonqos li jgћin. “Imma int, Mulej ta’ l-eżerċti, Alla ta’ Iżrael” (6a) huma titli tal-Patt: Alla ta’ l-eżerċti hu titlu kożmiku – il-kwiekeb huma l-eżerċtu ta’ Alla (Ġen.2,1), hu titlu storiku-militari ta’ JHWH (SS 24, 10; 48, 9; 69, 7; 80, 5.8.15.20 eċċ). Hekk kwestjoni ta’ wieћed issir waћda nazzjonali, isejjaћ lil Alla ta’ Iżrael.“Stenbaћ” (6b). Hekk kif iqum mir-rqad, Alla mistenni jidћol bћal ġeneral biex ‘jara u jaћdem’, ћidma li ma tafx ћniena u jitћallas mill-pagani jekk naqraw ‘gojim’ (TM) u jkun talba ta’ sultan jew ta’ poplu, jekk naqraw ‘ge’im’ kburin tkun talba ta’ individwu jew komunitа
żgћira. Il-gojim huma gћal Iżrael sinjal tal-ћażen u fil-kuntest ta’ gwerra qaddisa hu l-ġudizzju ta’ Alla li qed jissejjaћ l-aktar meta Alla se jżur il-poplu tiegћu u dak ikun jum ta’ vendetta, jum ta’ biża’. Mela s-salmista jista’ jkun li qed jara fil-kwestjoni tiegћu l-istorja tal-poplu ta’ Iżrael u jpinġiha b’kuluri nazzjonali.Ir-ritornell ċentrali (v 7) il-Klieb
Ma’ nżul ix-xemx jaqa’ d-dlam fuq il-belt u joћ
orġu dawn il-klieb jinbћu u jiksru s-skiet tal-lejl. Biża’ kbir jaqa’ fuq kulћadd gћax gћall-orjentali l-klieb huma annimali disprezzati bћal xi ћadd li lest jaћbat gћalik. F’Iżrael il-kelb kien simbolu ta’ impurità u oxxenità (Dt 23, 19). Li taqa’ f’ћalq il-klieb kien l-akbar diżunur. Gћalhekk ir-ritornell jara fil-klieb dawk in-nies ћżiena li jeћduha kontrih. Bћal S 22, 17 “Qabda klieb daru gћalija...” Il-belt qaddisa hi mimlija klieb jiġġerrew ifittxu xi ћaġa x’jieklu fost l-iskart. Imma s-salmista hu fiż-żgur fit-tempju u jisma’ mill-bogћod dan kollu.Wara dan kollu wieћed jifhem jara fid-dlam tal-lejl il-ћaż
en kollu, dak li hu impur u l-idolatrija, u ż-żmien li fih il-poeta hu gћall-kenn fit-tempju, jisma’ mill-bogћod dan kollu. Imma hi barra minn postha t-tifsira tradizzjonali kristjana li hawn tara s-sejћa tal-ġentili u t-twarrib ta’ Iżrael, u dan minћabba l-‘gojim’, popli pagani li gћal-Lhud kienu ‘klieb’ (Mt 15, 26). Gћal kuntrarju t-test iqegћdna quddiem realtа: il-ћajja tal-ġust hi persekuzzjoni u tbatija, il-ћin kollu mdawwar mill-ћażen u “l-gћadu tagћkom ix-Xitan qisu ljun jgћajjat, idur u jfittex lil min se jibla” (1 Pt 5, 8).t-tieni strofa:
Alla jidћak bihom (vv 8-9)Ikompli ma’ l-antifona u “Arahom”, jgћid, - b’somboli u realtа jitћalltu – bћal klieb jgћajjtu, joћroġ minn fommhom u ћalqhom kliem kburi. Bil-metafori tal-kaċċa u tal-gwerra, dawn jolqtu bћal xfafar imsinna. Huma arroganti, “min se jismagћna?” jgћidu, li mhix ћaġ’oћra ћlief dikjarazzjoni ta’ ateiżmu bibliku, Alla ma jidћolx hawn, Alla hu maqtugћ mill-ћajja, ma jimpurtahx, hu indifferenti quddiem it-tbatija tal-ġust. Hu fl-istess ћsieb tas-salmi 52-59.
Hawn jidћol Alla, Alla jidћol fl-istorja, ma jibqax iћares kif ћasbu l-ћżiena , ma jibqax indifferenti gћat-tbatija tal-ġust imkasbar... Dan jagћmlu billi ‘jidћak bihom’. Ara S 2, 4. Gћall-kuntrarju tal-bniedem li jidћak gћax ma jemminx, gћax jidhirlu li mhemm ћadd fuqu, ћadd ma jista’ jieqaflu, id-daћk ta’ Alla jġib fix-xejn il-kburi, iżarmah mill-armi li fuqhom iserraћ rasu, iġib fix-xejn il-qawwa tal-kalunnja billi l-istess bniedem ġust minnhom umiljat u ikkastigat, idur fuqhom u jisfidahom v 11, jidћak bihom f’wiċċhom (S 54,
9; 91, 8) u bl-istess kalma ta’ Alla li żgur ma jibżax mill-kburija tal-midinbin.Alla issa hu difensur li ma jgћejjiex tal-ġust. M’hemmx dehra ta’ Alla aktar qarrieqa minn dik ta’ Alla f’niċċa indurata biex iż
ejjen l-ideat morali, ekonomiċi u soċjali ta’ reliġjon jew oћra. Alla tal-Bibbja hu dak li bla heda jisfida l-inġust li jaћseb li ћadd ma jista’ jieqaflu, u f’S 59 dan li qed jitlob is-salmista b’lingwaġġ semitiku u bibliku ta’ l-A.T.; hu mimli passjoni u stmerrija gћall-ћżiena inġusti u jitlob li Alla jdawwar gћal fuqhom il-ћażen li jagћmlu; dak li jixtieq jasal gћalih hu ċar, hu dak li hu kristjan.Antifona v 10: Alla qawwa u fotizza
Min qed jitlob isejjaћ lil Alla fortizza fejn jista’ jistkenn; Alla hu bћal sentinella, forsi gћax billejl u qed jisbaћ u Alla jgћasses mhux inqas biex il-ћżiena inġusti ma jidћlux. Hi gћalhekk fiduċja militari fil-kuntest ta’ gwerra qaddisa; bibien it-tempju huma miftuћa beraћ gћall-maћqur u jingћalqu gћall-kburin u l-inġusti. Kif talab Bonhoeffer: “Alla tiegћi, waqa’ fuqi gћawġ kbir, inћossni qed nifga. U ma nafx kif se neћles. O Alla ћenn gћalija u gћinni. ‘Tini l-qawwa biex inżomm iebes quddiem dak li tibgћatli. Tћallix il-biża’ jaћkimni, aћseb int bћala missier, fija u f’niesi.”
It-tielet strofa: kontra l-gћedew
wa (vv 11-14)Din gћandha sejћa li tiftaћ l-istrofa, v 11, sejћa li tikseb il-fiduċja, tema ta’ v 10 u thejji gћal li ġej wara. Issa Alla qam u ћa postu, bћala mexxej u gwerrier qam f’ras il-battalja imexxi l-ћidma lejn ir-rebћa. Il-hesed tiegћu, il-kelma
ta’ fedeltà li ta fil-Patt hi fortizza qawwija ta’ dawk li Hu jћobb. U se jagћtih li jara mill-gћoli l-gћedewwa mirbuћa, mixћutin fl-art (S 54, 9).Wara dan, it-tielet strofa tieћu ton ta’ imprekazzjoni li jibqa’ sa l-aћћar, iva imћallat mat-tama. Il-vendetta ta’ Alla, sinjal ta’ l-imћabba u l-fedeltа tiegћu biex jitћallas mill-gћedewwa tal-ġust li huma gћedewwa tiegћu wkoll, hi sinjal ta’ l-eżistenza attiva u qawwija ta’ Alla fl-istorja li ma tistax tћalli lil min jaћqar iġib fix-xejn lill-ġust. Hi l-liġi tat-taljun li ġġib bilanċ fl-istorja mgћawwġa u żbilanċjata tal-bnedmin. Vv 11-14 jistgћu jћawwdu n-nisrani li jitlob dan is-salm: din ix-xewqa tal-bniedem semitiku li jitћallas mill-gћedewwa hi ћierġa mill-ћeġġa gћall-ġustizzja u stmerrija gћall-ћaż
en li hemm fil-qalb tal-poeta mibnija fuq il-ġustizzja vera u l-imћabba ma tistax tmeriha.V 12. Hawn tiftaћ is-saћta u dan hu vers li joffri diffikultа fit-traduzzjoni: it-TM u s-70 (traduzzjoni gћall-grieg mill-oriġinal magћmula minn 70 studjuż) gћandhom “La teqridhomx biex il-poplu tiegћi ma jinsiex”. Hi l-verżjoni li jagћti G.F.Ravasi, “non eliminarli cosicchи non dimentichi il mio popolo”, li mhix dik maltija, “Eqridhom…”. Is-salmista jitlob lil Alla biex ma jġibhomx fix-xejn gћax inkella il-poplu malajr jinsa’ l-ћażen li gћamlu; jeћtieġ jibqgћu ћajjin bћala sinjal ћaj u xiehda tal-ġustizzja ta’ Alla. ‘Am’ jew ‘il-poplu tiegћi’ jista’ jkun qed jgћidha sultan kif tista’ tkun ukoll riferenza gћall-kliem tal-Patt, ‘tkunu l-poplu tiegћi’.
L-ewwel verb hu ‘nw
’ ‘jiġġerra’ - insibuh ukoll f’v 16 u jorbot mal-qatgћa klieb jiġġerrew ta’ vv 7.15.16. Imma r-riferenza tista’ tkun ukoll gћall-kundanna ta’ Kajin: “Ara, int keċċejtni illum minn wiċċ l-art u jkolli ninћeba minn quddiem wiċċek u nibqa’ niġġerrra maћrub ’l hemm u ’l hawn fuq l-art.”(Ġen 4, 14). Żgur li s-salmista qed jawgura lill-gћedewwa tiegћu l-iskomunika, li jkunu maqtugћa mit-Tempju, l-fortizza tiegћu, kif ukoll mill-komunitа, u dan fil-prattika hu ‘tinżel fix-Xe’ol’.V 13. Jiġu lura fix-xena l-fomm
u x-xofftejn li bihom sar id-dnub, il-kalunnja u s-saћta tinbena fuq il-liġi tan-nemesi – id-dnub jeqred lil min jagћmlu – hu bћal ingassa li tagћfas gћonq min jagћmilha. Is-sinjal tal-qawwa tal-ћażin, il-kalunnja, issir sinjal tal-miżerja, il-kburija issir preżunzjoni. F’v 8 sfidaw lil Alla biex jidћol fl-istorja, ‘Min se jismagћna?’: Alla jilqa’ l-isfida u jidћol.V 14. F’dan id-dawl tiżvolġi l-aћ
ћar saћta, Alla hu mћallef tad-dinja, hu Alla ta’ Iżrael. Darbtejn tinstema’ ‘temmhom…temmhom’: Alla ta’ Iżrael hu fit-Tempju f’Ġerusalemm, u kif fl-Esodu waqt li jsalvaw l-Iżraelin jinqerdu l-Eġizzjani, hekk kif jinqerdu l-gћedewwa jsalva lil-uliedu, l-aspett tal-kastig kontra l-gћedewwa jimxi f’linja parallela mas-salvazzjoni ta’ Iżrael. B’dan il-mod Iżrael jidher fiċ-ċentru tad-dinja, u ‘kulћadd jagћraf’ il-kobor tal-ġustizzja ta’ Alla. Is-salmista jifhem jagћti b’dan tagћlima lill-popli gћedewwa: kull gћemil, imqar l-iċken ta’ Alla favur Iżrael fih twissija serja.U wara dan mit-trufijiet ta’ l-art jerġa’
lura l-belt fejn jaqa’ d-dlam tal-lejl bil-klieb jinbћu. Ix-xewqa tal-ġustizzja titqiegћed ma’ realtа v 15 li bћal v 7 hu ritornell, imma issa jagћti bidu gћall-aћћar strofa li tibda’ b’v 16 bl-gћedewwa li bћal klieb jiġġerrew billejl mal-belt, l-ambjent ideali ta’ min jagћmel il-ћażen (Ġob 24, 14-17).Ir-raba’ strofa: l-ogћla punt ta’ l-gћanja (vv 16-17)
It-traduzzjoni tas-70 u S. Ġlormu jaqraw. ‘wejallinu’, jinbћu, latrano, li tkompli max-xbieha tal-klieb, waqt li t-TM gћandu ‘wajjalinu’, jgћaddu l-lejl, fl-ambjent tal-ћżiena. (ara v 15, filgћaxija). Waqt li dawn jiġġerrew jinbћu billejl, is-salmista hu mkennen fil-fortizza, fejn jgћaddi l-lejl u mas-sebћ jisbaћ jgћanni gћanja ta’ salvazzjoni. V 17 hu l-ogћla grad ta’ din l-ispiritwalitа
: wara żmien fit-tempju (ara Ss 3, 6; 56, 9) jisbaћ il-jum li fih Alla juri li sama’ t-talba tiegћu u jista’ jgћanni. Hawn mhux biss l-attributi ta’ Alla tal-Patt hesed w ‘emet, imћabba u fedeltа, imma wkoll qawwa u fortizza. Ma’ dawn jingћaqdu verbi liturġiċi, kant u żfin ta’ festa. (ranan). Jgћib hekk id-dwejjaq u mill-kenn jista’ joћroġ u jgawdi l-ћajja gћax iċ-ċirku tal-ћżiena tkisser.Antifona: Alla qawwa u fortizza (v 18)
Toћroġ weћidha mit-tema u ton ta’ v 17 u gћalhekk hi qawwija aktar minn v 10: jekk f’v 10 is-salmista kien gћadu fil-qalba tat-taqbida, jgћanni gћall-qawwa ta’ Alla, issa li wasal fuq l-gћatba tal-ћelsien jinfexx f’gћanja ta’ ferћ. Hi gћanja li tagћlaq is-salm ta’ bniedem li ћass fuq ġildu l-persekuzzjoni u kefrija. S. Wistin meta jikkummenta l-
kliem , “Alla tiegћi, ћniena tiegћi” jgћid “O isem, li kull min jistkenn taћt il-ћarsien tiegћek ћadd m’gћandu jinfixel. Dak kollu li jien, hu gћaliex kont int gћamiltni”.Dun Ġorġ Mangion, illum 21 ta’ Lulju 2009
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa