LUDHER

L-EWWEL ATT

ĠANNI jinsab bilqegћda, sieq fuq sieq, bi skript f’idejh, daru lejn il-platea, wiċċu lejn il-palkett. L-Arloġġ tat-Torok qed idoqq is-sagћtejn.

ERSILIA, bi ftila f’idejha, gћadha kemm temmet tixgћel il-fanal ta’ fuq il-palkett. Tinżel bi tbissima lejn ĠANNI, tgћaddi minn warajh bejnu u l-platea filwaqt li tmellsu ћafif minn spalla gћal spalla u ddur miegћu biex tgћaddi minn quddiemu. Hemm titfi l-ftila, titbissimlu, u tibda ћierġa lejn il-lemin.

ERSILIA

(ma’ l-aћћar tokk) Issa l-kafè!

ĠANNI

Ħallik mill-kafè. Isa, ћa nibdew. Diġà daqqu s-sagћtejn.

ERSILIA

(ћierġa lejn il-lemin) Ejjew ћa nibdew, Martin, Katrin, daqqu s-sagћtejn!

ĠANNI

(fil-pront mix-xellug jidћlu jiġru id f’id MARTIN u KATRIN) Hawn! X’minnkom?

GERIT

(li dejjem tinstema’ mill-bogћod, mis-sular ta’ fuq) Siegћa w siegћa jagћmlu tnejn, u Luteru bejn ћaltejn.

ĠANNI

Ma, dawn mhux affarijiet taċ-ċajt. Xi tgћid kieku kelli ngћidlek xi ћaġa fuq missieri?

MARTIN

Kieku nafu x’inhu kwiet f’din id-dar. Ħlief storbju f’dan il-gorboġ ma tismax.

ĠANNI

Hemm mnejn ġejjin? Mhux tieklu d-deżerta ћallejtkom?

MARTIN

U kilniha, ingћid. (jaqleb il-vuċi) Ħrieġna mit-tieqa, missier...

KATRIN

u morna ngћidu erba kelmiet wara l-bieb ta’ barra, papа....

ĠANNI

bejn bewsa w oћra, nista’ nimmaġina.

GERIT

Ħallik mill-bews, se ddum tgћir? X’ћin ġej dak il-kafи?

ĠANNI

Ara, ejja ћa nibdew. Illum noqgћod jien narratur.

MARTIN

Se nibqgћu in medias res?

ĠANNI

Lestejt daћla ...

MARTIN

li toћorġok minn but u ddaћlek f’ieћor ...

ĠANNI

li toћloq atmosfera tas-sejċento, skola tan-novizzi ...

MARTIN

kotba kbar u Gregorjan ...

ERSILIA

(tidol b’gabarrè) Wasal il-kafè, tћalluhx jiksaћ.

ĠANNI

Lill-ommi tellajtilha?

ERSILIA

Qabel ma ġibt lilkom, Ġann. (toћroġ)

ĠANNI

Ah, kemm taћseb fiha, l-gћażiża ommi!

KATRIN

Forza! Prologu, u m’hemmx aktar argumenti.

ĠANNI

(tiela’ fuq il-palkett) Ara se jagћlaqlek Paceville u l-ћwienet ta’ ġo fih!

MARTIN

Fiż-żmien, erba’ passi ‘l bogћod kien hawn id-Dui Balli. Tiftakar, missier?

ĠANNI

(jieћu postu fuq il-palkett, pawsa) Issa serjetà. (jibbies) Mela tlaqna!

MARTIN

Xixxi kwieti... Isimgћu l-oraklu.

ĠANNI

(ikarwat, ikaxkar)

Daћal Fra Piet, quddiem klassi ta’ gћoxrin,

Kollha bilwieqfa, qamu jsellmu fil-ћin.

Ħarsa w tbissima lejn ulied felћanin,

’l Ruћ-il Qodos flimkien talbu twajbin.

MARTIN

(flimkien ma’ ĠANNI)

’l Ruћ-il Qodos flimkien talbu twajbin.

Qisna sejrin bit-tebut, Pà. Qed tkaxkar wisq.

ĠANNI

(iћaffef ftit iktar)

Kull żmien jaf f’tebqa jdur, qal ġwejjed Fra Piet,

kif miegћu aћna lkoll, miż-żriegћ sa l-imwiet.

Rasna kemm inwebbsu, u dan ta’ sikwiet,

f’toroq li ma jwasslux...

GERIT

ћlief f’baћar ta’ inkwiet... (tidћak)

KATRIN

(tippassiġġa min-naћa gћall-oћra b’subgћajha maqfulin fuq rasha, tkompli l-linja li tagћmel mal-vers ta’ qabel)

Ta’ ћutna mifruda fit-Tramuntana,

din hija l-ġrajja fi ftit kliem minn tagћna.

ĠANNI

(lil KATRIN) Kollox sew itla int u kompli n-narrazzjoni. Tajjeb li dan il-passaġġ tirrakkontah mara. Gћandna bżonn ta’ xi ftit tenerezza fih, u jekk m’gћandekx ara mnejn se ġġibha!

GERIT

His Master’s Voice, ћej. Gћax issa ћa post missieru!

MARTIN

(fuq il-palkett, KATRIN tagћmel inkin u mossa qisha qed tifrex id-dublett hekk kif ĠANNI jieћu postu ћdejn MARTIN) Ready?

KATRIN

Steady, Go!

Kien f’nofs ta’ lejl ћarifi, f’Eisleben fit-Turingja,

li Margaretta Ludher welldet liċ-ċkejkna tarbija.

L-gћada l-qaddis imfakkar kien l-isqof raћeb Martin,

u ras it-tifel tnaddfet u nkiteb ma’ l-imgћammdin.

ĠANNI

Daż-żewġ versi gћalija. Irrid ngћid x’ћass Ħans. (iћarbex fuq l-iskript b’lapis oћxon)

Kien is-seklu ћmistax, is-sena tlieta u tmenin,

Ħans feraћ bl-ewwel wild, x’jisboq l-erwieћ ċkejknin?

MARTIN

Jien, kont fraћt bija, papа, meta wasalt?

ĠANNI

Kompli, Katrin. L-istorja ta’ familtu.

KATRIN

Ħans Ludher u Margaretta minn Moћra kienu ġew,

nisel il-bdiewa, ћienja, ta’ sengћethom midћla sew.

F’Mansfeld Martinu kiber, gћerfu dejjem ikattar,

sakemm Ħans ta gћall-minjieri, u qagћdtu tejjeb aktar.

MARTIN

Il-Ħadd wara nofsinhar. Mur obsor!

ĠANNI

Mela gћamel biċċa int, ibni, forsi tieqaf tgerger.

MARTIN

Hemm bżonn nitla’ fuq il-palkett, papŕ? Ma nagћmlulux il-ћsara tnejn flimkien, hux?

ĠANNI

Isa, kompli, mastru paroli.

MARTIN

(jaqbad skript u jitla’ hdejn KATRIN, jagћtiha ћarsa ta’ sabar meћtieġ u jibda jipproklama b’mod ultra drammatiku)

Bil-ġid mela l-kupru lil Ħans kollu foћrija,

u baqa’ miexi aktar sa m’gћamel fonderija.

Ħans stagћna bit-tidwib sa ma kellu xi sitt ifran,

u ћallas gћal kull tagћlim tant kemm ra ’l Martin ћerqan.

GERIT

Prosit, Ġann! Tassew taf tikteb, inghid. Jaqaw din tfakkrek f’missierek, kemm ћadem gћalik sa nofs il-lejl, dejjem iћarbex il-kontijiet? Biex mbagћad gћal wiċċ dik ix-xaћma mank dћaltlu l-universitа.

MARTIN

X’inhi din, Pà?

ĠANNI

(jgћajjat lejn ommu) Is-sigrieti tal-familja inżommuhom gћalina, Mà. Lanqas ћaqq xi ġġiegћel lil ibni jaћseb fuq ommu.

MARTIN

La storia si ripete. Attenta Katrin gћax dan jista’ jiġri lilna.

KATRIN

U ejja ћa nkomplu. Gћax sewwa jgћid missierek, Paceville se jagћlaq!

ĠANNI

Kompli. Irridu nisimgћuk taqra mhux tlablab fil-vojt.

GERIT

Min ћadhieli t-tromba, jew forsi ћadtuli widnejja?

ĠANNI

(jagћmel b’idu sinjal ta’ tkomplija lil MARTIN)

MARTIN

Bilkemm ta’ seba snin, beda jitћarreġ fil-Latin;

U f’Magdeburg ta’ tlettax, mar jisseddaq mat-twajbin.

Kienu mingћajr Ordni, l-Aћwa tal-Ħajja Komuni,

magћhom qdusitu kattar bla ebda paraguni.

(Iћares lejn KATRIN, jehmiżha u jiftaћ idejh. L-arloġġ idoqq is-sagћtejn u kwart)

ĠANNI

Ejja nkomplu, il-ћin gћaddej. Kliem bil-fomm biss, ebda tehmiż, sinjali jew bużullotti oћra. Li gћandkom tgћidu ’l xulxin morru gћiduh barra, meta tlestu.

MARTIN

Gћaliex din l-ebusija kollha, missier? Trid trabbini bћal Luteru forsi, jew gћandek xi rimors gћal li gћamlitlek ommi?

ĠANNI

Ilek iżżommha dal-ћin kollu fil-komma? Darb’oћra żvoga mill-ewwel. Aћjar milli taqa’ gћall-pilloli.

KATRIN

(tonfoћ) Uff! Jien se nkompli, jmissni jew ma jmissnix.

F’Eisenach kien korist u fehem x’kienet l-armonija;

gћalaq it-tmintax, wasal żmien il-filosofija.

Kemm-il torri kellha Erfurt, belt l-università!

Hemm Martin saћaq, u ta gћall-intellettwalitа.

ĠANNI

Dejjaqtuni. Martin, ersaq gћan-nofs. U int Katrin, inżel u oqgћod fejn ma jistax jarak. (KATRIN tinżel)

MARTIN

Agћmel kif qallek. Storja ta’ l-irћib din, fil-veru sens tal-kelma, qisni se niżżewweġ xi soru u jkolli xi sitt itfal.

ĠANNI

Jekk inhi r-rieda ta’ fuq hekk ikollu jsir. Issa kompli.

MARTIN

Tal-Klassika sar midћla u tgћallimha bћal’arti,

Moћћu w lsienu mћarrġin sew, f’dibattiti ћa parti.

Ta’ biss wieћed u gћoxrin sena, ta’ l-arti sar mastru:

Fuq dan il-pedament, gћerfu bena bћal pilastru.

GERIT

Kien mastru twil, mela, biex gћerfu laћћaq fuq pilastru.

MARTIN

U ejja, Nann, ittellifniex, forsi nfittxu mmorru.

(ĠANNI jxejjer idu biex MARTIN ikompli)

Pjanijiet kbar Ħans ћejjielu, gћax tad-dritt xtaq jagћmlu duttur,

iżda b’nofs qalb biss l-iben tћarreġ, biex fil-liġi jsir matur.

ĠANNI

Kompli u tiġrix. Hawn mhux qed intellqu.

MARTIN

Moћћu kien beda jberren, fuq ћajjet-il bniedem u l-imwiet,

gћax ġrajjiet nies tfulitu kienu biss fuq Żmien is-Swied.

 

(iddoqq il-qanpiena tal-bieb, l-ewwel qanpiena miġbuda b’katina u dritt wara waћda elettronika b’noti moderni)

KATRIN

(lil ERSILIA li tiġi tiġri minn ġewwa) Tal-ġenn din id-dar.

ERSILIA

(ferћana se ttir) Wasal Leo! Ħa niftaћlu jien!

ĠANNI

X’ћeġġa u entużjażmu, lanqas li kien il-Papa.

KATRIN

(minn barra) Gћaddu, gћaddu, kif intkom? Ħallu l-kowt hawn.

Hawn Teresita.

LEO

(ġewwa, flimkien ma’ TERESITA) Kif intom? Kollox sew, ћi? Martin, Katrin.

ĠANNI

Kulћadd jiekol.

MARTIN

Qed niltaqgћu ta’ spiss, zi.

ERSILIA

Ħa nidћol ġewwa nagћmlilkom ftit kafи. Hemm ћafna kesћa barra.

LEO

(lil MARTIN) Mhux hekk gћandu jkun? Hekk jew hekk irrid nara ’l ommi. Kif inhi llum?

ĠANNI

Ittaqtaq daqs serduk; u ajma, mhux bћas-soltu?

GERIT

Waћdek Leo, jew gћandek xi waћda ġdida?

LEO

(lil TERESITA) Twaqqali wiċċi l-art din ommi. (jgћajjat, lil GERIT) Iva, Mà, hawn Teresita, friends kif ngћidu.

TERESITA

Hallo kulћadd. (tieћu b’idejn kulћadd) Togћġobni n-nuqqas ta’ formalitа kif tћabbru l-viżitaturi. Paġġ u trumbetta jonqoskom.

LEO

U ejja tieћux gћalik. Dak biex nuruk li lqajnik fil-familja.

MARTIN

Pà l-parti tagћna lesta?

LEO

Hawn mhux dejjem naqsmu u nћalltu biex naraw ’il min toqgћod l-aћjar? Illum anki ’l TERESITA nagћtuha parti ћa naraw toqogћdilhiex.

GERIT

(iċċapċap) Gћoġbitu, u jrid iżommha, bis-saћћa ta’ Luteru.

 

(tidћol ERSILIA bil-kafи) Gћal tlieta ġibt. Naf li Martin daqt ћiereġ.

KATRIN

A nice send off. Gћax mhux Martin u Katrin? Ejja ћa mmorru, Martin.

ĠANNI

Fejn sejrin?

MARTIN

Dawra mas-swar, ovvja bil-karrozza, sakemm il-veloċità toћroġna mill-orbita tagћna u titfagћna ’l hinn minn Marsamxett gћal fuq Gћar id-Dud...

LEO

Oqogћdu attenti gћall-kampnar ta’ l-Ingliżi, ma tmorrux tieћduh magћkom.

MARTIN

... u minn hemm gћal Fond Gћadir...

KATRIN

Kiesaћ. Gћidilhom Paceville mal-ewwel. Sejrin nieћdu drink.

ĠANNI

Morru mela, la ma tћobbux il-kafи bl-ilma żgћar. U la x-xorb irqiq jiġikom aћjar.

MARTIN

U isa, Pà, żmien il-birra bajda u n-niskata gћadda, tafx? (isellmu, ћafna ingliżati, u joћorġu jiġru u jiżfnu kif jafu, id f’id)

LEO

Jidhru miġbudin sew lejn xulxin, Ġann, ma taћsibx?

ĠANNI

Ta’ namrati li huma. Ħa jidћlu fl-gћerusija, u jibdew jaћsbu bis-serjetа. Wara ż-żwieġ, jekk gћad jaslu s’hemm. Mbagћad naraw.

LEO

Imm’int gћadek xettiku, Ġann, b’dak li ġralek.

ĠANNI

Mhux dik t’hemm fuq tellfitli kollox.

LEO

Bl-indћil tagћha.

ĠANNI

Omnia Mater, trid tlaћћaq ma kollox.

LEO

Ippruvat tagћmilli l-istess lili.

ĠANNI

Imma int volpi. Ħdimtha u tlaqtilha.

LEO

Tgћid ma jiddispjaċinix? Iż-żmien li gћamilt ma rridx naf biha, immur inkiss inkiss fl-uffiċċju ta’ missieri, dan kollu biex ma niltaqax magћha, sakemm darba ... (jieqaf)

TERESITA

Sakemm darba? (tmur ћdejh, tpoġġi idha fuq spalltu)

LEO

Sakemm darba sabitni hemm u gћamlitli xenata papali.

ĠANNI

U ta’ din ma taћfrilha qatt ...

LEO

Jew taparsi ћfirtilha, biex ma nibqax miksur magћha.

ĠANNI

U iva, ћi, kull deni ћudu b’ġid.

TERESITA

(tћares lejn LEO b’affezzjoni) Gћax ma jafx iqalleb id-dinja fuq fusha kif jaqbillu. Jekk irid anki l-poli jaf iġibhom fuq l-ekwatur.

LEO

Kif? Teresita!

ĠANNI

U ejja, lanqas li ma tiftakarx kif ġiet tikkonslak l-iskrivana ta’ fuq il-mejda biswit missierek. Kemm kont gћamilt magћha mbagћad? Sitt xhur?

LEO

Tassew?

ĠANNI

U bis-saћћa t’hekk missierek gћamel paċi m’ommok gћax kont sraqthielu.

LEO

Xi sraqtlu?

ĠANNI

Mhux qalb l-iskrivana, tgћid?

TERESITA

Iktar, John, iktar. Qisni qed nara xi telenovela. (lil LEO) Dawn m’gћidthomlix, sinjur.

LEO

Daqskemm int gћidtli tiegћek. Barra minn hekk, gћadna fil-bidu.

TERESITA

Mhux sitt xhur oћra gћidtli, hekk kif insibu dar u ngћammruha?

LEO

(bi ћlewwa kbira filwaqt li jaqbadha minn dirgћajja) Dak li jingћad bejn tgћanniqa u oћra kollu jisfuma fix-xejn qabel ma nkun naf sewsew x’hemm moћbi fuq dik it-takkuna u taћt dik l-eleganza.

ĠANNI

Ara tibdewx minn issa, tafux, anki jekk f’din id-dar il-kliem bћall-murtali.

LEO

Ommi, x’sar minnha? Xejn gћadni ma smajt leћinha llum.

ĠANNI

Mur kellimha. Fuq qegћda. Jekk ma marritx gћajnha biha.

LEO

Heqq, meta l-ikel jinżel ’l isfel hemm jagћmel tiegћu.

TERESITA

(tippontifika) Wied-id demm gћan-niżla u jdgћajjef tbaqbiq-il moћћ.

LEO

Tajba din, jaqaw se tilћaq flok ommi?

TERESITA

Antipatiku.

ĠANNI

Qiskom xi żewġ filosfi fl-Assemblea ta’ Worms tqattgћu ’l xulxin bi lsienkom. Mur ġibkom taћt l-istess saqaf xi darba min hawn u sena oћra. Ħoll xagћrek ...

LEO

u ġib in-nafta.

ĠANNI

Din missieri kien jgћidha, u ma gћandek ebda dritt gћaliha, int.

LEO

Drittijiet ta’ l-awtur, xejn iżjed u wisq inqas.

ERSILIA

Tidћol ERSILIA, b’gabarrи vojt biex tiġbor il-kikkri tal-kafè.

Sa ftit tal-ћin ilu smajt ћafna nћir fuq. Issa donna qamet gћax smajt il-purtiera tinġibed. Trid taraha, Leo?

TERESITA

Leo?

ĠANNI

Hawnhekk la gћandna swar u lanqas fosos...

LEO

Imma ġenn biss. Mela morna, la gћandna mmorru. (lil ERSILIA) X’se ntellgћulha magћna? (joћorġu flimkien)

 

ĠANNI juri pultruna lil TERESITA, u waqt id-djalogu li ġej huwa joqgћod jinnaviga ma’ dak li gћandu x’jaqsam mal-palkett u d-dramm, filwaqt li TERESITA toqgћod tqum u toqgћod minn fuq il-pultruna skond iċ-ċirkostanzi tad-diskors.

TERESITA

Gћandkom il-kwiet hawnhekk? Mhux kollha hekk il-Belt.

ĠANNI

Hawnhekk b’mod speċjali. Din xaqliba kwieta hafna, sakemm ma nirbћux il-premiere league jew nitilfu l-elezzjoni.

TERESITA

Mhux kullimkien hekk, mbagћad kull post gћandu l-fattizzi tiegћu.

ĠANNI

Li jinżlu ma’ l-irdumijiet sa qiegћan il-belliegћa tan-nar.

TERESITA

Din mill-Apokalissi. X’inhu li jagћmlek hekk katastrofiku, Ġann?

ĠANNI

Dik t’hemm fuq, ommi u omm Leo, naћseb.

TERESITA

Taћseb? Dawn mhux affarijiet li tgћid ‘naћseb’?

ĠANNI

Mhux bilfors ‘naћseb’ jekk it-tnejn li aћna ћriġna hekk differenti minn xulxin. Jien ninkwieta, gћomri kollu, u Leo qisu fuq it-trapiżju, dejjem jiġi jaqa’ u jqum.

TERESITA

Mingћalik. Lil Leo ma tafux.

ĠANNI

Jaqaw int tafu? Kemm ilkom flimkien issa?

TERESITA

Naћseb li biż-żejjed biex niltaqgћu bosta drabi miegћek jew ma’ ibnek il-Belt, imma qatt ġewwa darek.

ĠANNI

Stћajt insejjaћlek qabel hawn ġew. Ommi qegћda tagћmel wisq praspar. Ridt nara li hemm xi ftit serjetа f’dak li qegћdin tagћmlu qabel ma nibda naqsam xi ftit mis-sigrieti t’hawn ġew ma’ mara barranija.

TERESITA

Ma’ Katrin ukoll? Kellha tgћaddi mill-istess frustrazzjoni?

ĠANNI

Gћaliex le? Forsi gћal xi ftit żmien inqas minnek. Fl-aћћar mill-aћћar dik qegћda toћroġ ma’ ibni. L-istorja tagћha differenti.

TERESITA

Imma omm Leo toqgћod hawn, le?

ĠANNI

Mitt darba u elf. Però qis li bћala raġel rasi fuq gћonqi u li gћadni compos mentis, almenu s’issa jien niddeċiedi x’jiġri ġo din id-dar. Meta jġorruni ’l barra minn hawn, mbagћad jagћmel min ikun joqgћod fiha, mqar jekk jiddikjaraha burdell ta’ erba’ sulari.

TERESITA

Allura, ћa niġu gћal li konna qed ngћidu. Int tassew taћseb li Leo jiġi jaqa’ u jqum?

ĠANNI

U kif. (ibaxxi leћnu) Kieku kif ћallieni hekk waћdi ma’ dik ix-xiћa t’hemm fuq? Mank jerfa’ subgћu jagћti daqqa t’id?

TERESITA

Int tћallih? Mbagћad Leo mhux mara, mhux se joqgћod iqandel u jdur biha hu. Hawn Ersilia gћal dak ix-xogћol.

ĠANNI

Però jaf jikteb ċekk, ma taћsibx? Meta darba gћidtlu ћadha bi kbira wisq. Gћax il-pensjoni toћroġ fuq ismi, gћax lili tawni edukazzjoni aћjar, gћax darba kien gћen lil missieri meta kellu biċċa inkwiet li ried jaћbi minn ommi... gћax, gћax, u gћax.

TERESITA

U, gћax kif nara, intom kollha marbutin wisq mal-passat. Imma Leo gћandu xi ftit tas-sens u jaf igawdi l-mument. Veru, huwa iżgћar minnek, u meta jikber forsi gћad isir bћalek. Imma xorta nara dik id-differenza fondamentali fikom - hemm dik ix-xiћaġa li ma nafx infisser.

ĠANNI

Attenta gћal x’hiex int dieћla, ma tmurx issib xi Fawst qerriedi jitfagћlek ћajtek f’dagћbien ta’ disappuntament.

TERESITA

(Tidћak u b’vuċi rqiqa) Żgur li ma jkollux gћaliex. M’jienix xi mara żienja li tisqi lil kull min jixrob magћha kalċi mfawwar bil-qżiżijiet tagћha.

ĠANNI

Kont l-università, le? Niftakrek sew.

TERESITA

Imma mhux jien. Ma niftakrekx.

ĠANNI

Żgur li le. Darba, qabel il-kors tal-Mediċina li rieduni nidћol gћalih nolens volens, kont il-Junior College. Hemm kont inkellem tfajla, imma meta saret taf kemm kienet tindaћalli ommi, dabbret rasha.

TERESITA

M’gћandniex xi ngћidu. Ħadd ma jћobbhom il-problemi.

ĠANNI

Ma ћallejtx ġimgћa tgћaddi li ma bdejtx inkellem tfajla oћra, omm Martin, biex inpattihilha. Kienet moћћha biex infittxu niżżewġu, u missierha kien sabli job u bdejt naћdem.

TERESITA

U jien, fejn nidћol?

ĠANNI

Lil dik it-tfajla bqajt insegwiha mill-bogћod, sena wara l-oћra. Kont immur Strada San Paolo u ћdejn il-knisja tal-Ġiżwiti fl-ewwel t’Ottubru meta tiftaћ l-università, u mbagћad f’Novembru f’jum il-gradwazzjoni, biex naraha timmarċja fil-purċissjoni liebsa t-toga. Wara kienet taqleb bil-jeans u tmur gћax-xalata. Nimmaġina li ma nżul ix-xemx kienet tispiċċa tissotta ’l sћaba bit-tadam fuq l-Gћolja ta’ Gћajn Tuffieћa, kors kontra kors. Insomma, almenu dik kienet it-tradizzjoni.

TERESITA

U jien?

ĠANNI

Ġej dalwaqt. Niftakar l-aћћar darba li rajtha, dak in-nhar kienet qed iġġorr il-kuluri, kellha tiggradwa gћax kienet laћqet tabiba. Daqshekk gћidt, issa mur sibha. Imma mbagћad jien x’jinteressani aktar. Mhux biżżejjed irrid naћseb f’dik il-mara u t-tifel. Imma hekk, f’daqqa, kif dawn il-ћsibijiet kienu gћaddejin minn moћћi, rajt tfajla żgћira, li naћseb li kienet gћadha kif bdiet il-Junior College. Anki f’Ottubru kienet ġibditli l-attenzjoni gћax dehret mistћija ћafna u lanqas kienet taf fejn gћandha toqgћod f’dak is-serbut twil ta’ studenti. Kienet l-ewwel darba li rajtha. Imma f’jum il-gradwazzjoni tat-tfajla tiegћi...

TERESITA

Tiegћek? Tajba wkoll din.

ĠANNI

...rajtha differenti gћalkollox, liebsa mqatta’ ma’ żewġ tfajliet oћra mdawwra b’erba ġuvintur, tiġri lejn il-Barrakka t’Isfel biex tilћaq ix-xarabank gћax-xalata li tibda f’nofs in-nhar.

TERESITA

Allura? B’daqshekk? Dan ifisser li mal-ewwel sibt posti.

ĠANNI

Issuttajt xejn bit-tadam?

TERESITA

Le, u taf gћaliex? (tibdel il-vuċi) Dakinhar kont diġà gћamilt ћbieb ma’ wieћed minn dawk il-ġuvintur, u bqajna fuq ix-xarabank naraw il-battalja minn wara l-ћġieġ.

ĠANNI

(minn fuq il-palkett fejn ikun tela’) Kienet xi sena wara u fis-sajf kont tlajt Gћawdex mal-familja. Fuq il-vapur kont qed inћares lejn Kemmuna bil-ћajra li mqar nitfa’ ċagћqa gћal fuqha biex hekk inkun missejtha xi ftit. Fil-ћin u waqt tgћaddi tfajla b’xagћar dehbi fin u nuċċali iswed bћal ta’ Nana Mouskouri. Ma stajtx ninsa dak il-wiċċ.

TERESITA

Iktar. Kompli.

ĠANNI

Magћha kien hemm mara, assumejt ommha, b’wiċċ sogћbien, u raġel, b’qotna bajda tgћattilu xuxtu, iżomm bagoll f’idu l-leminija u jwieżen lit-tifla minn minkba bl-id l-oћra. Poġġew bil-qegћda u omm it-tfajla tatha bћal baskett biex iżżommu f’ћoġorha, qisu kellha x’tgћatti...

TERESITA

Mbagћad? Mexxi.

ĠANNI

Mhux wisq iżjed gћax Martin beda’ jaqla’ u morna bih it-toilet biex nirranġawlu hemm, ћlief...

TERESITA

Ħlief...

ĠANNI

Ħlief li t-tifla staqsiet lil missierha jekk fejn kien hemm dak il-kampnar qisu Gotiku kienx ir-raћal ta’ Gћajnsielem.

TERESITA

Gћajnsielem. Post sabiћ, Gћajnsielem.

ĠANNI

Tafu sew? Hemm ћafna gћejjun Gћawdex, kollha jnixxu ilma bnin u sliem.

TERESITA

(kalma, gћajnejha jimirћu fil-bogћod) Kont sibt il-kenn hemmhekk...

ĠANNI

Nimmaġina.

TERESITA

... minn ћafna gћajdut ta’ nies b’gћajnejn wikkiela.

ĠANNI

Kemm domt hemmhekk?

TERESITA

L-aћћar tliet xhur u mbagћad sitt ġimgћat wara...

ĠANNI

Sewwa gћamilt, f’kollox.

TERESITA

Inћossni onorata.

ĠANNI

Aћjar milli tertaqtu u tajtu gћall-mewt.

TERESITA

Ara, illum, kemm hawn min jixtieq u ma jistax.

ĠANNI

Jew kemm iqarrqu biex ma jkollhomx.

TERESITA

Kont moћћ ir-riћ, ma ppjanajtx, u ma jisogћbinix.

ĠANNI

Ma nmaqdrekx. Anzi jixraqlek kull ġiћ.

TERESITA

Il-mara, martek, kellha isem?

ĠANNI

Biba. Almenu hekk kont insejћila. Fil-qosor gћal ћabiba, f’ġih l-ewwel ћabiba li bqajt ma nista’ qatt ninsa. (jisserja) Proprjament kien jisimha Eliżabet, u pperswadejtha li Biba kien jaqbel ukoll, gћalkemm missierha ma kienx jaћmlu.

TERESITA

Mela anki int tћawwad, bћal ћuk.

ĠANNI

Meta nsib lil min jipprova jћawwadni qabel. Mhux ta’ b’xejn gћaġġielni biex neћodha, missierha. Kienet marradija u mietet qasir il-gћomor.

TERESITA

Miskin, u rġajt kellek tmur lura gћand ommok.

ĠANNI

B’laћmi w xaћmi kollu.

GERIT

L-Arloġġ tat-Torok idoqq is-sagћtejn u nofs. (tidћaq)

Ħa-ћaj. Evviva Teresita, kemm hi niexfa w dimagrita. Ħa-ћaj.

ĠANNI

Gћoġobha ismek, mid-dehra. Sinjal li aċċettatek fil-familja.

TERESITA

U kieku m’aċċettatnix? X’kien jiġri?

ĠANNI

Kont tibqa’ ppersegwitata gћomrok kollu u kienet tagћmillek ћajtek u dik ta’ Leo miżerja.

LEO

(jidћol) Tidher tajba. Xegћeltilha t-television. Hemm il-varjetа bћalissa, tћobb taraha.

ĠANNI

Sakemm ma tieћux xi nagћsa ћelwa, ћafifa.

TERESITA

Churchill kien jgћix bihom.

LEO

Gћamel gwerra sћiћa jgћix hekk.

ĠANNI

U veru bћalu ћarġet jekk iffettilla taqbad miegћek.

ERSILIA

(tidћol) Gћandkom bżonn ta’ xi ћaġa? Kont se nirtira ftit f’kamarti. Il-ġurnata twila wisq u tajjeb taqsamha. Almenu tirdoppja l-jiem ta’ ћajtek.

ĠANNI

(b’affezzjoni) X’loġika dik. Mank kelli farka minnha.

ERSILIA

Tinsiex, Ġann, kellek iċċempel lit-tabib.

TERESITA

Dal-ћin? Il-Ħadd wara l-ikel?

ĠANNI

Hekk ried, Ter. Ommi tant qegћda fuq l-istonku tiegћu li jfittex l-iktar ћinijiet strambi, proprju meta l-istonku jkun qed jagћmel tiegћu. (ћiereġ)

ERSILIA

Tinsiex tieћu l-ћinijiet tal-pilloli sew, Ġann, forsi xi darba jibda jaћdem il-cocktail.

ĠANNI

U ћallini. (joћroġ)

LEO

(wara ftit) Ilu ma jċempillu, Ers?

ERSILIA

Ġimgћa ilu, bћalissa. Qallu li jrid jara xi progress qed isir.

TERESITA

Jinsab affezzjonat ћafna m’ommu.

LEO

Ma tafx kemm. Gћalih hi kollox, moћћu jberren fuqha l-ћin kollu anki meta jkun ix-xogћol...

ERSILIA

Il-ћin kollu jċempilli.

LEO

(jibdel il-vuċi) Daqshekk?

ERSILIA

Jehwden fuqha. (tirrispondih) Gћalhekk il-ћin kollu jżomm kuntatt miegћi. Veru tifnini din il-ћajja. Ħa mmur nistriћ ftit qabel ma jerġa’ jinżel u jżommni hawn.

LEO

Mur, mur, u ћallih iċempel bi kwietu.

ERSILIA

Saћћa, gћalissa, u oqogћdu bil-gћaqal. (toћroġ)

LEO

(wara ftit) Aћjar toqgћod hi, bil-gћaqal.

TERESITA

Xi trid tgћid biha, jew? X’ћasbitna din?

LEO

(jitbissem) Gћandu toppu xagћar fin xi jmelles, l-gћażiż Ġanni tagћna. L-aktar meta jkun miftuћ u nieżel sa nofs dahra.

TERESITA

Ejja, qed tgћir? Jew dak li tagћmel int qed titfgћu fuq ћuk?

LEO

Mhux hekk intom? Tidћlu ћelu ћelu, inkiss inkiss, gћax il-kliem bћaċ-ċirasa u l-ћsieb bћall-bizzilla, almenu kif taћdmuh intom.

TERESITA

Ilha hawn, ma’ Ġanni, vuoldieri?

LEO

Ilha issa. Minn l-aћћar żminijiet ta’ martu. Kienet tiġi tagћtiha l-injezzjonijiet kuljum.

TERESITA

Damet marida?

LEO

Xi tliet xhur. Ġiha kollox ћabta w sabta. Meta mbagћad intefgћet f’qiegћ ta’ sodda u kellha bżonn min jgћinha l-ћin kollu, Ġanni staqsa lin-nurse kemm tista’ tgћinu f’dik is-sitwazzjoni.

TERESITA

Imma kienet taћdem, le?

LEO

(ikompli qisu ma jridx min itellfu) Eliżabet kienet miġbuda sew lejha. Saru ћbieb kbar fl-aћћar ta’ hajjitha u Ersilia ma sabet ebda diffikultа taћdem tlitt xiftijiet u ma tidћolx xogћol jumejn sћaћ biex tiġi hawn iddur biha. Barra minn hekk il-leave li kellha ћarqitu kollu.

TERESITA

Kellha lealtà.

LEO

Kienet fidila. Tant hu hekk li Eliżabet bdiet tisqiha ћafna informazzjoni dwar Ġanni, ftit ftit, ћelu ћelu fid-diskors, x’jagћmel u x’ma jagћmilx, x’jaћseb u l-gћeltijiet ta’ moћћu...

TERESITA

Handing over, forsi?

LEO

Wara hekk irriżulta. Riedet min jieћu ћsieb Ġanni wara li taqsam il-pont.

TERESITA

Liema pont?

LEO

Dak li jagћti gћal medda art fejn ma taћkimx it-tirannija taż-żmien. Hekk kienet tћobb tehwden, lejl u nhar.

TERESITA

Allura pont, minn tant affarijiet?

LEO

Anzi gћaliha dan kien pont taz-zonqor li ebda żmien ma jista’ jkisser.

TERESITA

Attent. Ix-xjenza qed tagћmel progressi kbar. Imma ћallina minn dan. Allura li kellha hekk, ћabta w sabta?

LEO

Xi ћames xhur qabel ma qasmet gћan-naћa l-oћra kienet tinsab f’tarf ta’ qabar tћares lejn it-tebut ta’ żewġ oћtha nieżel fuq żewg ћbula b’ingassa.

TERESITA

Iskot. Qed tfakkarni fil-ћoss li jagћmel l-injam iћaxkem mat-tarf ġebli tal-qabar. Gћax ma jdaћћlux il-kremazzjoni?

LEO

Ftit kienet tobsor li sa ћames xhur wara kellha hi wkoll timtedd fuq dik is-sodda kiesћa. Sa dak iż-żmien kienet gћadha ma ћasset xejn. Mbagћad, bdew l-uġigћat ma’ ġisimha kollu.

TERESITA

Ma’ ġisimha kollu?

LEO

Ma’ kull rokna ta’ ġisimha, minbarra fejn kien hemm it-taћsir. Allura ġiri, tobba, laboratorji. Wara spjegawlha li n-nervituri jiġru mal-ġisem kollu u li fejn tkun qed tћoss l-uġigћ mhux bilfors il-post mnejn ikun ġej l-uġigћ. Insomma, tilfet ћafna żmien tiġri ’l hawn u ’l hemm.

TERESITA

Dak iż-żmien ma kellhomx l-istrumenti li gћandna llum.

LEO

Hekk hu. Imma dan kollu, gћaliex qiegћed ngћidulek? Qed ninfetaћ wisq.

TERESITA

Intom familja riservata ћafna. Il-mamа raqdet?

LEO

Nassumi. La raqdet Ersilia, raqdet Gerit. Id-dar kollha ddur fuq fus Ersilia. Ma tarax, xi storbju tagћmel? Dejjem tibbużullottjana kif trid hi.

TERESITA

(bil-ћlewwa) Gћalhekk tlaqt gћal rasek, Leo?

LEO

Ma flaћtx iktar gћat-trijanglu ta’ ommi, Ġanni u Ersilia. Qatt ma rnexxieli ndawwru fi kwadru. Ħassejtni ’il barra gћalkollox mill-figura ġeometrika li ћolqu bejnithom.

TERESITA

Jinsabu marbuta sew, ikolli ngћid, minn tarf sa tarf. Ġanni ma’ ommu...

LEO

U ommu ma’ Ersilia. Ħaġa waћda dawk it-tnejn, Gerit u Ersilia.

TERESITA

U Ġanni jiżfen fin-nofs.

LEO

Jiżfen ngћid. Jew ġennen lil kulћadd.

TERESITA

U isa x’qatt gћamillek hekk gravi? Forsi seraqlek il-wirt?

LEO

Mhux kwistjoni ta’ flus. U mbagћad int, se ddum teћodli minn rasi? Veru qed taћdimni bћall-bizzilla.

TERESITA

Imma xi darba rridu nitkellmu. Qegћdin hawn gћall-irdoss, taћt saqaf u erba’ sulari. Rari nsibu ruћna f’sitwazzjoni bћal din. Home. Mil-bqija dejjem niġru minn ristorant gћall-ieћor, f’fawra ta’ duћћan tas-sigaretti, riћa ta’ ikel imћawwar u alkoћol. Allura ma nitkellmux ftit?

LEO

(iebes) Bdiet nieżla x-xita. Qed nismagћha ttektek fuq it-tieqa tal-bitћa.

TERESITA

Qatra qatra timtela l-ġarra, u hekk irrid nibniha l-istorja tiegћek u ta’ familtek. Fl-aћћar mill-aћћar taf lejn fejn aћna mexjin, jew dak kollu kliem fieragћ?

LEO

Daqs kemm mhux frugћa dik id-dehra li gћandek.

TERESITA

Dik mhix ћlief makeover, biex tgћatti d-dwejjaq li kien hemm f’ћajti. Imma llum ninsab ferћana.

LEO

Kif? Gћaliex?

TERESITA

Gћax ġejt aċċettata fil-familja tiegћek, anki bil-ġenn kollu tagћha. (iddur dahra lejh, kważi tibki)

LEO

Kif, ma kellekx familja tћobbok qabel?

TERESITA

Ommi u missieri tawni minn kollox. Imma jien kont imqarba u inkwetajthom.

LEO

U mietu qasir l-gћomor. Dan int tgћidu.

TERESITA

Kont gћadni moћћ ir-riћ.

LEO

U kliemhom ma kontx tqisu. Naf, diffiċli tgћix bl-esperjenza ta’ l-oћrajn. L-ewwel trid iġġarrab int, u mbagћad taċċetta dak li tkun ġarrabt bћala esperjenza personali. Imma ta’ l-oћrajn, anki jekk ikunu missierek u ommok, dik le.

TERESITA

Il-problema mhux missieri u ommi, imma n-nies li ninsab mdawwra bihom, izekzku u jћufu fuq kulћadd.

LEO

Imissek ћriġt gћall-politika u tara kif kulћadd kien jibża’ jkellmek. Imissek ippreżentajt ruћek bћala l-Iron Lady ta’ Malta u minkejja dak kollu li jgћidu fuqek, kont tara kif kont tikseb ir-rispett ta’ kulћadd.

TERESITA

Bulldozer, tgћid int, li jibqa’ gћaddejj mhux mittiefes?

LEO

Tgћaffeġ kull ma ssib quddiemek, iżżomm ġieћek fil-gћoli jtir fuq kull imgћoddi.

TERESITA

Jaqaw, mort tfittex fuqi?

LEO

Kulћadd gћandu storja warajh, u dnub min jaћseb li jista’ jaqra persuna minn dehritha biss.

TERESITA

Allura x’taf fuqi?

ĠANNI

(jidћol igerger) Reġa’ żiedilha d-doża. Tlieta, tnejn u waћda filgћodu kmieni. Waћda, waћda u waћda wara nofsinhar, ara li jkun wara l-ikel. U tnejn, tnejn u tlieta filgћaxija, eżatt qabel ma torqod. Ir-roża, l-bluna u l-ћamra ż-żgћira. Il-ћamra l-kbira, qisha l-bajda ta’ l-Gћid li jagћti l-Papas, bejn dawn il-ћinijiet: agћtiha tnejn u qassam il-ћin int jekk jgћaddu iktar minn sitt siegћat bejn l-ikla ta’ nofsinhar u l-ikla ta’ filgћaxija. Smajtu x’qed ngћidilkom?

LEO

(bi tbissima) U lilek ma tak xejn, Ġann?

ĠANNI

Qed ngћidilkom bis-serjetа, l-aћwa, biex jekk ninsa jien tiftakru intom u tirrappurtawlha sew lil Ersilia.

LEO

Mela ma sibtx biċċa lapes, Ġann?

ĠANNI

Avolja ћarbixt, dal-mard qed jherrini wisq, u ma rrid xejn biex ninsa fejn ћallejt il-karta. L-aћћar li kont fil-kamra tal-banju, u ma nieћux qatgћa jekk niżlet gћal gћonq it-triq. Jien nikteb biss affarijiet importanti, u xejn iżjed.

LEO

Ħakimlek ћajtek Luteru. Ma kienx Pastor li ltqajt miegћu.

TERESITA

Pastor? Allura int mhux magћna.

ĠANNI

Min mhux magћkom mhux bilfors kontra tagћkom. Trid taf aktar?

TERESITA

Ħeqq, kif trid timla’ dal-ћin li jiġi fuqna ta’ kull ġimgћa? Mhux bejn pulptu u palk? Il-Luterani gћadhom jemmnu ћafna fil-priedki, le?

ĠANNI

Priedki twal u mimlijin tagћlim. Dak li tlaqna erbgћin sena ilu baqa’ jinżamm b’gћozza kbira fit-tramuntana ta’ l-Ewropa.

LEO

Fost il-ftit fidili li fadal.

ĠANNI

Mhux kulћadd ftit fadallu, jewilla? Fejn hi l-awtentiċità ta’ l-ewwel żminijiet? Minkejja kull taqlib, l-aћjar dak li jibqa’ fiss u sod.

TERESITA

Tidher intiż sew fuq is-suġġett. Gћidli aktar. Darba kont gћamilt kors fuq ir-reliġjonijiet.

ĠANNI

Il-fidi mhux reliġjon u ftakar, hi biss il-fidi li tista’ ssalvana. Dan insibuh f’Pawlu lir-Rumani, u Luteru gћarfu sew.

LEO

U kemm filosofiji. Bћalissa gћaddej il-marċ ta’ San Pawl minn Strada Rjali u jekk tgћidu oћra se mmur nitla’ narah.

TERESITA

Gћandek aptit xi grokk, jaqaw? Gћax biex tgћid, jien gћandi.

ĠANNI

Ħallikom mill-grokk gћalissa. Ejjew nagћmlu biċċa. Id-dramm jismu “Ludher”, u qed niktbu biex iseћћ fil-familja meta tkun miġbura flimkien.

LEO

Immaġina! Kemm ġew s’issa jitolbuk l-iskript?

ĠANNI

Teresita, itla’ fuq il-palk u ћu l-iskript f’idek. Leo, gћalissa m’gћandix bżonnok.

LEO

Grazzi ћafna. Much obliged.

ĠANNI

Nagћmlu l-parti tat-tempesta. Issibha paġna ћamsa.

LEO

Inzertat nieżla sew ix-xita barra.

TERESITA

Sibtha. Il-paġna tibda "Jiem ta’ qilla" hux hekk?

ĠANNI

Eżatt. Nibdew minn hemm. Hemm bicca fuq il-Pesta s-Sewda qabel. B’vuċi qawwija u drammatika. U tћalli l-ebda iblah itellfek.

TERESITA

Very diplomatic indeed.

LEO

(bilqegћda jonfoћ) San Pawl u l-Floriana qegћdin jilgћabu mas-Sliema!

ĠANNI

Ibda, Ter.

TERESITA

Jiem ta’ qilla kienu dawk, madwar seklu qabel żmienu,

Pesta, nfafet, dbabar suwed, u ġlud in-nies dejjem jiћżienu.

Mal-kotra tgћallem jitlob, lill-Mulej jiftakar fih,

Biex bil-merti ta’ tbatijietu, Huwa jkun jista’ jifdih.

LEO

Min jaf x’sar minnu l-marċ? Dix-xita kollha li nieżla.

ĠANNI

Ħu skript u itla ћdejha, Leo, forsi nżommuk kwiet. Kompli r-rakkont int. Meta tasal gћall-biċċa ta’ Sant’Anna tidћol Teresita. Karba lill-qaddisin dejjem toћroġ aћjar minn fomm in-nisa u t-trabi.

LEO

(jitla’ fuq il-palk nofs qalb, ixxejjer l-iskript) Jien aћjar tajtni l-parti tax-xitan, jew l-esperjenza tat-torri mhux se nagћmluha illum?

ĠANNI

Ibda, Leo, u tgergirx aktar. Tlaqna.

LEO

Ta’ Lulju kien jum ћlejju, sћun u bnazzi ma’ kull riћ;

Lejn Erfurt Martin gћaġġel sabiex jasal minnifih.

Min qalb l-gћelieqi foroq, ix-xgћir u s-silla mћarrek,

Ta’ biss tnejn u gћoxrin sena, kien gћad jiflaћ iћabrek.

GERIT

Mhux bћali, mela, gћax erba’ darbiet daqsu ngћodd.

ĠANNI

Kompli, kompli. Tagћtix każ.

LEO

Dlonk beda tiela’ ajru jhedded il-kalma sajfija,

u s-sћab satar is-sema taћt il-kappa xemmixija.

F’leћћa! berqa dawl kaћlani u tkarwita mregћda.

Mwerwer Martin stkenn u jtemtem lissen wegћda.

ĠANNI

(jipponta lejn TERESITA li tidћol fil-pront) Issa.

TERESITA

“Gћinni, Sant’Anna, gћinni! Raћeb jien irrid insir!”

hekk talab, wiegћed Martin x’ћin fuqu ra dak it-taћsir.

Lill-Qaddisa Anna nvoka, gћax tal-minjieri kienet il-patruna,

f’kull gћawġ lilha dejjem sejjaћ biex lilu tagћti kull gћajnuna.

ĠANNI

(idoqq mobile phone, mużika barokka, fuq it-tavolina) Tiegћi dan. Ħa nieћdu. Hallo. Katrin? X’ġara? Kellkom accident? Fejn? Fond Gћadir? (jgћid lill-oћrajn) Baqa’ ћiereġ mill-genb u l-brejkijiet ma żammulux. (lil KATRIN) Iva kkalma. L-aqwa li ma ġralkom xejn. Xokk biss? U dak bilfors. (TERESITA viżibilment kommossa) Martin fejn qiegћed? Jargumenta? Ħalli gћalih. Lill-Pulizija ċempiltulhom? Imma din mhux daqqa minn wara, bilfors tridu tgћidulhom minћabba l-insurance. Issa żbrixx u mhux żbrixx, tridu teћlu b’tiegћu? Aћjar iċċemplu. Ara jien ġej bil-karrozza tiegћi ћa ngћinkom. Stennewni u żommu kalmi. Ħa nġib ftit whisky wkoll gћax tidhru li gћandkom bżonnu waћda sew. Stennewni. (jaqta’)

ERSILIA

(tidћol ћosbiena) X’ġara Ġann? Kellhom accident? Jien dejjem gћidt, dak is-sewqan kollu.

ĠANNI

Issa ћallik miċ-ċensuri.

TERESITA

Kif inhuma? Povra Katrin. Kif inhi? Niftakar jien meta kelli accident. Ridt l-art tiblgћani, bix-xokk u mbagћad kulћadd iћares lejja f’nofs ta’ triq.

ĠANNI

Ers, ġibli dak il-flixkun tal-kwart u poġġiehuli fil-but tal-kowt. (ERSILIA tiġri lejn il-kċina u minn hemm lejn il-bieb ta’ barra bil-flixkun f’idha)

TERESITA

Isa mur ara li huma tajbin u jekk gћandhomx bżonn xi ћaġa. Ċemplilna kif tasal, tafx.

LEO

Ikollok bżonn xi gћajnuna, tinkwetax, ċempel Ġann. J’Alla m’hemm xejn gravi.

ĠANNI

Bil-flus kollox jissewwa, ћi. (jitlaq ‘il barra)

TERESITA

(jibqgћu TERESITA u LEO weћidhom) U issa x’se nagћmlu?

LEO

Noqogћdu nisimgћu ix-xita nieżla u r-riћ ivenven, forst tasal ’l hawn xi nota mill-marċ ta’ San Pawl.

   
 

(Siparju)

HomeDrammRadioplay