LUDHER

IT-TIENI ATT

L-Arloġġ tat-Torok qed idoqq l-erbgћa. TERESITA tippassiġġa, tidher ћosbiena, min-naћa gћall-oћra tal-palk.

GERIT

Ħadtulha t-tè Ers?

ERSILIA

(tidћol b’gabarrи b’żewġ kikkri) U iva, bilmod, lanqas li ma jilћqux jaslu l-oћrajn.

TERESITA

(wara li tkun gћenitha tqiegћed kollox fuq it-tavolina) Ninsab inkwetata kif ma smajna xejn mingћandhom. Forsi ġralhom xi ћaġa u ma jridux jgћidulna?

ERSILIA

Lil Ġanni tieћux gћalih. Jgћassad waћdu, imma fl-aћћar iġib kollox sew minkejja t-taћwid kollu ta’ moћћu.

TERESITA

(b’vuċi baxxa) Jew forsi, gћidt jien, ma jridx jinkwieta lil mamа tiegћu?

ERSILIA

Jinkwetaha, ngћid! Naћseb iktar jirnexxilu jinkwieta lili minn ebda ommu. Gћaliha, sitta w sitta jagћmlu tnax.

TERESITA

Xxx... Tgћajjatx gћax tisimgћek. Gћidli, Ers, qisek oћti. Ma taћsibx li hawn xi ftit tat-taћwid f’din id-dar? Ġanni, hekk, misterjuż, almenu jien ma tantx nifhmu. Mbagћad int, minkejja dan kollu, dejjem tkompli miegћu. Gerit, qisha xi ћares, tidher lil min irid Ġanni biss. Aћfirli tafx, imma naraha bћal dar fejn hemm qisu, (ittemtem) kont se ngћid qisha lemћa ta’ ġenn, ma taћsibx?

ERSILIA

Mank lemћa. Ii, kos, jekk Ġanni jdum iktar se jaqbiżlu l-ћin tal-pillola. U x’waћda din, x’waћda din.

TERESITA

Il-bajda tal-Gћid miżbugћa aћmar, bћal dik li jagћti l-Papas, forsi?

ERSILIA

Iva, l-bajda... u dan fejn tafu int?

TERESITA

Imma dik mhux Gerit qed teћodha? Hekk qallu t-tabib, biex tibda tieћu tnejn jekk iddum ma torqod.

ERSILIA

Imma ћa ngћidlek waћda, u din żommha gћalik. Li tieћu hi, jieћu minnu hu ukoll. Trid tqis li Ġanni u ommu ћaġa waћda.

TERESITA

Fil-pilloli wkoll? Inxommha tinten din.

ERSILIA

U iva, imma mhux daqs il-pilloli tal-vitamini. Dawk jintnu waћda sew.

TERESITA

Dan id-dramm, ilu gћaddej bih, Ġanni?

ERSILIA

Mill-aћћar ta’ Settembru. Gћalih mal-ћarifa tibda x-xitwa u tibqa’ sejra sa Mejju. Il-Ħadd jemmen li gћandu jgћaddih id-dar. Jew jikteb jew jirreċta, jew it-tnejn flimkien. Basta ma joћroġx. Dejjem iqabbad ’l min jagћmillu xi parti jew oћra, u jgћaddi l-ġurnata jillostra f’dak l-imbierek Luteru.

TERESITA

Allura l-palk kien tal-familja?

ERSILIA

U le, x’familja! Qabbad lil mastrudaxxa tal-kantuniera t’isfel biex jagћmilulu. Dejjqu ġej u sejjer, filgћodu u filgћaxija, jara kull biċċa njama u musmar jekk twaћћlux sew flimkien. Imma darba Kola gћamilhielu. Qallu li ma kienx jiflaћ u dam ġimgћa irtirat. Meta fetaћ it-Tnejn filgћodu mar Ġanni u ћadlu nofs tużżana larinġ. U l-palk kien lest.

TERESITA

Fait accompli. Allura, gћid, dan il-katafalk jibqa’ dejjem hawn? Mur farfru.

ERSILIA

Il-biċċa xogћol qegћdha hawn. Meta llejla jitlaq kulћadd trid tarah iżarmah, imiddu bl-akbar gћożża taћt it-taraġ, u jaqfel l-iskript fil-bureau sa ma tasal ġimgћa oћra, jekk Alla jrid. Sitwazzjoni ta’ sagrosantità gћall-aћћar, u allaћares tidћak jew titbissem meta jkun qed jagћmilha.

TERESITA

Daqshekk?

ERSILIA

Anzi trid tkompli miegћu gћax inkella malajr jieћu gћalih. “Bil-mod gћax toborxu, Ġann. Aqbad min-nofs, Ġann, u tkaxkarx. Id-drapp ћallih f’idejja, ћa nitwihulek jien. Tridx inqegћdulek fil-kaxxun ta’ fuq tal-bureau?” U arana sejrin, tal-Bagri bil-fażola.

TERESITA

U nimmaġina li int ma tonqsux f’dan. Ma tridx tarah jieћu gћalih, le?

ERSILIA

Tista’ tagћmel mod ieћor? Fid-depressjoni tiegћu jrid dejjem min jikkumpatih, inkella jingћalaq waћda sew fih innifsu u jimrad iktar milli hu. Gћalhekk fis-sajf nieћu daqsxejn tar-ruћ meta narah almenu joћroġ ftit.

TERESITA

Fejn imur? Buġibba?

ERSILIA

Le, dawra mas-swar. Minn fuq is-sur ta’ Santa Luċija sa Fuq il-Blata taћt ta’ l-Ingliżi, u minn hemm jiġbed ’il fuq lura gћal ġol-Belt. Rari jibqa’ tiela sal-Mall, u meta jagћmel hekk ngћid li qiegћed burdata tajba.

TERESITA

U int, ma toћroġx?

ERSILIA

Tgћid jekk joћroġ hu mhux gћax ikollu rasu mistrieћa li Gerit gћandha min jieћu ћsiebha? Kieku mhux se tarah barra b’nemes.

TERESITA

(iċċempel il-qampiena doppja ta’ barra) Waslu. Isa, iftћilhom, Ers.

ERSILIA

(tmur tiftaћ, jibda jinstama’ l-kliem minn barra u dan jibqa’ sejjer sakemm tidћol ma’ LEO) Issa kieku kien xi ћadd minnhom, tgћid, ma kienx jiftaћ biċ-ċavetta tiegћu.

TERESITA

Eh, int Leo? (tgћannqu) Taf li gћadhom la ġew, lanqas ċemplu? Tgћid ġara xi ћaġa gravi u mhux qed jgћidulna?

LEO

(tinstama musketterija fil-bogћod) U x’tista’ tkun din? Ma qalux li xokk biss gћandhom. Ara, l-marċ, qed jisparaw. Mela wasal fit-Triq tal-Masri.

ERSILIA

Ta’ xhiex?

LEO

Tidher li m’intix mill-Belt. Waslu Strada San Paolo, fin-niżla wieqfa li kont inżilt bl-erbgћin meta kont qed titgћallem issuq u ġennint lil Ġanni. Gћandek xi tgћid ukoll biex Martin isuq bil-mod.

ERSILIA

U ġġibhiex bi kbira. Kelli takkuna skomda u sieqi marret fuq il-gass flok il-brejk. Mhux lil kulћadd jiġru dawn l-affarijiet, jew?

TERESITA

(jinstemgћu ċwievet u bieb iżaqżaq) Waslu, waslu, hawn huma!

KATRIN

(tidћol tiġri, titgћannaq ma’ TERESITA) X’waћda gћaddejna minna, x’qatgћa ћadt.

TERESITA

Imma ma gћandek xejn, hux, Kat? Gћidli, żgur ma ġralek xejn, hux?

KATRIN

(tћares f’gћajnejha) Le, le, imma ћadt xokk qawwi, u gћall-ewwel ma stajtx naћseb x’gћandi nagћmel. Tћawwadt u bkejt. Meta stejqirt biss li ġejt f’tiegћi.

ĠANNI

Koċċ whisky f’waqtu jagћmel tajjeb lil kulћadd. Basta f’waqtu u f’qiesu sew.

LEO

(lil ĠANNI) Tiskanta kemm in-nisa jaffezzjonaw ruћhom malajr. Jafu anki jsiru ћbieb mill-ewwel. X’jgћidulha bћalissa, sim... sin... sintonija! Dik hi, sintonija.

ĠANNI

U empatija, gћax iћossu wisq gћal xulxin, bћal fula maqsuma ta’ l-istess ġeneru. (iћares fil-vojt) Ma niskantax.

LEO

Trid tgћid sess.

ĠANNI

Ġeneru gћidt. Dik il-kelma kollha tisfir tfakkarni fi sriep żgћar ifistlu ż-żina.

LEO

Ifistlu?

ĠANNI

Minn fistula bil-Latin. Tfisser mogћdija dejqa ta’ l-ilma.

ERSILIA

U Martin, Ġann, baqa’ hemm?

ĠANNI

Qed jistennew il-Pulizija. Kien hemm accident kbir ћafna fit-Triq ta’ St Andrews u bagћtu r-riżorsi li kellhom hemmhekk. Però daqt imorru, skond ma qalulna.

TERESITA

Iva ћu ftit tи, Katrin. Jagћmillek tajjeb anki gћall-bard jekk titfagћlu qatra whisky. Ers, jimporta?

ERSILIA

Ii, mela le. Idћol, ejjew hawn fil-kċina, nagћmluh flimkien. Ejja, Ter, ћa nagћmlu gћall-irġiel ukoll. (ERSILIA taqbad id KATRIN, TERESITA tmellsilha xagћra, lkoll jidћlu ġewwa)

LEO

Mort nara biċċa marċ. Iltqajt ma’ ћbieb antiki, tiegћi u tiegћek.

ĠANNI

Bћal min?

LEO

Ġuzu w ћuh. Qishom id-di u d-do dawk it-tnejn, lanqas li kienu tewmin. Nhar ta’ Ħadd sa nofsinhar jibqgћu rġiel. Mbagћad jibdew jixorbu, u Alla m’gћamlhom. Ħallihom ifixklu ’l xulxin u lil ta’ madwarhom.

ĠANNI

Hemm joћroġ il-veru jien tagћhom, is-salib tagћhom, mill-bqija bћalma jien salib gћalija nnifsi.

LEO

Kif? Int, salib gћalik innifsek? Jaqaw din xi biċċa teoloġija ġdida, ћi?

ĠANNI

Xejn minn dan. Il-problemi tiegћi jistgћu jkunu ta’ salib gћalija daqs kemm ikunu gћall-oћrajn, l-aktar meta bilkemm ikun niflaћ inġorrhom jien stess.

LEO

U iva, hekk irrid. Dan kif tћares lejha mill-aspett teoloġiku. Il-psikjatri gћandhom espressjoni oћra gћaliha.

ĠANNI

Psikosi jew fi kliem sempliċi, cocktail ta’ elementi ta’ ġenn.

LEO

La qed tgћidu int.

ĠANNI

U x’inhu l-veru jien tiegћi?

LEO

Li tara lilek innifsek fil-qorq ta’ Luteru. Jiġifieri...

ĠANNI

Jiġifieri li ndaћћal xi ћaġa f’rasi u nibqa’ sa ma nwettaqha jkunu kemm ikunu qawwija l-forzi li jqumu kontrija. Li xejn ma jżommni milli ngћix ћajti skond ma jidhirli jekk nara li jkun hemm xi prinċipju li nkun irrid nitћaddan miegћu. Li nqanqal, niġbor u nkaxkar lill-oћrajn mqar sa xfar il-psikosi tiegћi.

LEO

Li tgћix ћajtek bћalma jidhirlek? Psikosi? Ma tarax li dan kollu thewdin, ћi?

ĠANNI

Ikun thewdin jekk ma ngћixx fil-libertа li gћandi bћala bniedem.

LEO

Bil-kondizzjonijiet kollha li l-bniedem marbut bihom sa minn ġuf ommu?

ĠANNI

Ix-xjenza qegћda tagћtina raġun illum. DNA, ċelluli staminali, mard li jintiret. Imma xorta nibqgћu ћielsa. Jekk biss ngћixu bil-liġi.

LEO

Bil-qorti? Ftakar li żammejtli l-wirt ta’ missieri.

ĠANNI

Le, le. Jekk biss nimxu bil-liġi li tagћmilna ћielsa. Qed ngћid gћal-liġi tal-qalb, ta’ l-imћabba skond Pawlu. Dik il-liġi li ma gћandhiex bżonn kwintali ta’ kodiċijiet li dejjem jobbligawna, imma tagћtina rispett lejn xulxin, twassalna biex inћobbu, hekk, bla ebda kondizzjoni bil-quddiem.

LEO

Imma int temmen li aћna pre-kondizzjonati u pre-destinati.

ĠANNI

U hawn jinsab il-qofol tal-liġi ta’ l-imћabba. Li tkun tista’ tmur kontra n-natura tiegћek u tћobb anki ’l min irid joqtlok meta d-dinja tgћidlek biex tobogћdu. Din hija l-liġi ta’ l-imћabba.

LEO

Liġi bla ebda loġika, kif naraha jien.

ĠANNI

Gћax meta tkun qed tmur kontra n-natura tiegћek tkun qed toqtol lilek innifsek. Int li issa tћobb, tkun qed toqtol il-jien tiegћek li jgћidlek biex ma tћobbx, biex tiġri ћa tkun l-ewwel wieћed f’ġirja tul mogћdija dejqa. U jekk tirbaћ taf x’inhu l-premju?

LEO

Tikka tonda, mikrokożmika predestinata gћall-gћajxien jew, jekk l-ambjent li jilqagћha fih ikun mgћaddar b’aċti qerrieda, gћat-telfien.

ĠANNI

Il-premju hu li tgћix fil-paċi gћax qtilt il-jien tiegћek u issa tinsab liberu li tista’ tћobb lil kulћadd...

LEO

U dan jinkludi lill-ommok?

ĠANNI

Iva, jinkludi lill-ommi. Gћaliex qed issaqsi? Jewwilla dak kollu li qed nagћmlilha mhux b’imћabba lejha, biex inġedded il-memorja tagћha ma’ dawk kollha li jafuha ta’ xwejћa tajba li hi?

LEO

Dan kollu jista’ jkun kumpless qawwi ta’ ћtija. Gћalhekk din l-imћabba kollha, issa.

ĠANNI

Ħtija? T’hiex?

LEO

Ta’ l-ewwel tfajla li ћaditlek u li kif tgћid, minn dak li kont tara mill-bogћod, kienet tkun il-mara ideali ta’ ћajtek. Tal-mara li mbagћad kellek tieћu, marradija kif kienet, li ћallietek armel b’tifel t’gћaxar snin xi trabbi. Allaћares ma kienetx Ersilia gћalik.

ĠANNI

Hekk gћadha sa llum.

LEO

U ta’ l-Mgieret fejn ridt tqegћda meta bdiet turi l-ewwel sinjali ta’ taћwid...

ĠANNI

Imma llum qegћda hawn, le, tferraћna bil-battuti tagћha. Żgur li int m’gћandek xejn x’tgћid f’din is-sitwazzjoni.

LEO

La rmexxielek tiġbidni fejn ridt int, u Ersilia dejjem kompliet miegћek. (bi tbissima) Bla ebda dubju, gћall-aћjar ġid tiegћek. Bil-ћaqq, kif sejjer il-wirt ta’ missieri?

ĠANNI

Il-kapital mhux qed immissu. Lanqas nista’ kieku rrid. L-imgћax qed nużah kollu fuq ommi. Imma fl-aћћar se jkolli nibda nnaqqar xi ftit mill-kapital ukoll, dejjem bil-permess ġentili tiegћek.

LEO

Dik liġi ta’ l-imћabba! Tagћmel mal-bniedem dak li qatt ma tkun ћlomt li tagћmel miegћu qabel. Kompli, ћi, kompli, jekk dan qed iġiegћlek toqtol lilek innifsek.

ĠANNI

X’qed tgћid, Leo? Trid tgћid il-jien tiegћi. Hemm differenza Barra minn hekk ommi ћaqqa kull ġieћ, u nittama li nibqa’ nagћtihulha, anki wara mewtha.

LEO

(idoqq l-Arloġġ tat-Torok, l-erbgћa w kwart) Mewtha! Kont qed naћseb li l-ћin waqaf, imma ġа daqqu l-erbgћa. Donnu wasal ћin it-tи.

ĠANNI

Ngћidlek x’waqaf. (isejjaћ) Ersilia, nisa, dak it-tè sar, jew se toqogћdu tpaċpċu hemm ġew?

ERSILIA

(tidћol bil-gabarrи, TERESITA u KATRIN warajha) Aћna prudenti, tafx? Ma riednix naqtgћulkom f’nofs diskors.

TERESITA

Nidћlu bejn l-aћwa, hekk jonqos ukoll. (jibdew jirranġaw)

ĠANNI

Intenzjonijiet tassew sbiћ. Qiegћed waћda minnkom f’kull naћa tal-globu, u ћallikom iddawruh lura bla ma ћadd jinduna.

LEO

Jien mhux se nieћu tи. Nippreferi mmur sal-kantuniera npejjep sigarett gћall-kwiet. Tieћdux qatgћa jfettilli nitla’ ’l fuq nieћu flixkun birra tal-festa. Tlaqt. (ћiereġ, TERESITA tgћannqu waћda)

ĠANNI

Mur, u sellili gћal Ġużu jekk tarah. Minnu jonqos jekk ma jiġix. Xi grokk dejjem ћa minn hawn! (jinstama l-bieb jinġibed)

ERSILIA

Isma’, dik qegћda kwieta wisq hemm fuq. Ħa ntellgћalha belgћa tи, jekk ma nsibhiex rieqda. (mossi ta’ ma tafx se taqbad tagћmel, toћroġ)

ĠANNI

Gћaddielek, Katrin? Xokk kulћadd jieћdu, tafx?

KATRIN

Gћidli! Ħassejt l-gћaraq ixoqq gћalija. Ma nafx kif ġie mill-ġenb. Naћseb li pprova jżomm il-brejk, però t-triq lixxa ћafna hemm u, bumm...

TERESITA

Qed tfakkarni meta jkolli xi waћda hekk jien, il-biċċa l-kbira minn wara. Gћall-ewwel nieћu nifs, mbagћad niġbor il-forzi tiegћi kollha u noћroġ bil-mod il-mod, gћajnejja jћarsu ċass biex la niffaċċa r-realtа ta’ min inkun se nћaqqaqa miegћu u lanqas tad-daqqa. Mbagћad inћares, bit-tama li mhu se nara ebda shape ġdid. Imma malajr titfarrakli kull tama. Ħġieġ ta’ kull lewn u bumper mgћattan, biex wara jkolli mmur gћand tal-garage u jgћidli “Erġajt ġejt, sinjura?”

KATRIN

Li ma kienx minn dawn in-naћat.

ĠANNI

Iva? ’L hawn tiġi ssewwi? U dan kif tafu, Kat?

TERESITA

(taqbeż fil-pront) X’taћseb li konna qed ngћidu hemm ġew? Nitkellmu fuq il-ћamsa-w-disgћin teżi li Luteru waћћal mal-knisja tal-kastell ta’ Wittenberg, jew?

ĠANNI

Le, le, tabilћaqq. Tibilgћunix. Mbagћad, isma, jekk se tidћlu fil-familja lanqas m’gћandkom iġġibuni nibża niftaћ ћalqi ma’ erba’ nisa, tafux?

GERIT

Ħamsa w ћmistax jagћmlu gћoxrin, fuq in-nies titkellimx ћażin.

ĠANNI

Mà, nisa dawn, mhux nies. B’kull rispett lejhom hemm differenza kbira, imqar fil-ġeneru.

KATRIN

(bil-mossi) As if...

ĠANNI

Trid nagћmlu xi żewġ strofi minn “Ludher” ћa tiġi waћda f’tiegћek?

TERESITA

Gћaliex issejjaћlu Ludher?

ĠANNI

Gћax dak ismu proprju. Martinus Ludher ex Mansfeld, li ggradwa mill-universitа ta’ Erfurt ta’ wieћed u gћoxrin sena, skond il-kotba t’hemm.

GERIT

L-università? Ma kellekx tibda l-kors dis-sena, Ġann? Mela Erfurt ma sabulekx post? Allura ma stajtx tmur dik ta’ Malta? Mid-dehra dejjem ikun hemm post hemmhekk.

ĠANNI

Ejjew nagћmlu biċċa dramm, tagћtux każ. Ħudu l-iskript. It-tnejn fuq il-palk. (jitilgћu jitbissmu u jikkumentaw, Ara f’hiex ġejna... U x’kull waћda... eċċ) Isa, m’hemmx ċajt. Inkomplu mill-bidu tal-paġna. Ter, ibda int.

TERESITA

(tqaћqaћ, tiddritta)

F’Erfurt seta’ jagћżel daqs li kieku f’Ruma kien,

qassisin, irћieb, prelati, imxerrdin ma’ kullimkien.

Ma damx wisq biex l-gћażla gћamel, gћax ta’ rasu kien Martin,

kienu l-irћib imseddqa w mgћallma, ulied l-gћaref Santu Wistin.

ĠANNI

Issa int, KATRIN. Kuraġġ. Vuċi.

KATRIN

Ma damx ma d-dilka qaddisa ћa, f’inqas minn sentejn,

Xebh sidu msallab huwa sar, daru milwi fi tnejn.

Tul daż-żmien bidla seћћet fih hekk li sar ma jingћarafx,

U l-pirjol talab u seћaq, biex Martin ma jiġġarrafx.

TERESITA

Din antikalja tan-nanniet insejjћilha. Ma tistax tirranġah dal-vers?

ĠANNI

(jipponta lejn TERESITA) Isa, int issa u nibqgћu sejrin hekk.

TERESITA

Miċ-ċella kiesћa gћall-kjostru, gћall-knisja dejjem gћaddej,

f’kontemplazzjoni siekta, ta’ ћsibijietu fidil qaddej.

Tul il-korsija ћarstu fuq xbihat Kristu Salib,

Ma’ l-artal jinxteћet jolfoq quddiem l-akbar ћabib.

KATRIN

Ommi. X’depression qed tqabbduni.

ĠANNI

Kompli. Dil-kelma ddejjaqni fuq fomm kulћadd. Trid tagћraf tissoda gћal ma’ ibni.

KATRIN

U int taћseb li ibnek four-square miegћek? Lanqas li ma tafux kif jiftaћ ir-radio full blast meta jirfes l-gћatba tal-karrozza. U mhux fuq il-Bronja tafx!

ĠANNI

Kompli, gћax se jintilef l-effett kollu. Tidher li qed titgћallem sew minn Teresita!

KATRIN

Uffa, x’ћin ġej MARTIN? (tibdel il-poża)

Purgatorju sћiћ fiċ-ċella ra, wara kellu Martin jistqarr,

Ftit aktar minnu ried biex tabilћaqq iћeġġeg u jsir xrar.

Lil Alla bniedem mwiegћer gћamel, gћax f’moћћu hekk tah,

iżda ћadd ћliefu ma l-imwiegћer kien, gћax le ma kienx jafdah.

ĠANNI

L-aћћar biċċa fuq din it-tema, isa, Ter.

TERESITA

U nispiċċaw.

ĠANNI

Almenu gћalisa.

TERESITA

(taqra tgћaġġel)

Mid-dilka bilkemm sena gћaddiet u f’Wittenberg intbagћat,

Gћalliem tal-fiżika u loġika, gћax hekk ġie dekretat.

ĠANNI

Bil-mod. Naqqaslu.

TERESITA

(b’lajma kbira, mkaxkra, kważi ridikola)

Minn din l-università, ingћata kull foћrija,

u laћaq f’erba’ snin Duttur tat-Teoloġija.

GERIT

(iċċapċap, tkanta w tgћajjat) Bravu Martinu, gћalhekk jgћidulu hekk, rebaћ il-bandiera ta’ Wittenberg! Dawk jagћmlu birra tajba, Ġann. Gћidlu lil Leo meta jiġi.

ĠANNI

Kollox sew, inżlu minn hemm. Donnu ћadd ma jrid ikompli llum.

TERESITA

(musketterija fil-bogћod) Reġgћu huma. M’gћandhomx kwiet.

ĠANNI

Ħallihom ituha. Illum il-festa tagћhom u l-marċ qed jispiċċa. Wasal fejn il-Knisja. Forsi b’dak il-mod irid jasal gћandhom San Pawl.

KATRIN

San Pawl? Mela intom ukoll gћandkom il-qaddisin?

ĠANNI

Mhux kulћadd qaddis. L-insara kollha jagћmlu xirka ta’ qaddisin. Almenu hekk kienu jsibuhom fl-ewwel żminijiet.

TERESITA

U Martinus Ludher kien iżomm ma’ l-ibgћad żminijiet, nassumi.

KATRIN

U waqaf hemm. Staġna gћalkollox.

ĠANNI

Li staġna, le, ma tgћidhiex. Dan kollu gћax ma tax każ tat-tradizzjoni? Jien ngћid żamm is-safa taż-zmien ewlieni, mingћajr ma qagћad iżid ix-xniexel, u daqshekk. U mela stagћġna, wkoll.

TERESITA

Katrin, obdi. Gћid iva. Meta tkellem lil Ġanni fuq Martin jew fuq ommu m’hemmx kunsill.

KATRIN

Martin?

TERESITA

Il-wieћed u l-ieћor.

KATRIN

Kemm se jdum ma jiġi? Ma żelaqx il-pulizija wkoll issa, hux?

ĠANNI

Ersilia waћida? X’inhi tgћaffeġ hemm ġew? Jien dejjem inћarsilha mill-bogћod inkella tagћmel id-dar sottosopra. Tgћaddi ћajja inventiva gћall-aћћar.

KATRIN

Tinkwetax ћa mmur nara jien, papа. U nispera li ma toqgћodx tћarisli mill-bogћod meta Martin ikun tiegћi gћax dritt nurik dak li m’gћandekx tara. (toћroġ lejn il-kċina)

TERESITA

Katrin!

ĠANNI

Ħelwa t-tifla.

TERESITA

X’tifla? Katrin?

ĠANNI

Ix-xebba, insomma. Almenu nittama li hekk gћadha.

TERESITA

Qatt iltqajt ma’ missierha w ommha? Skond iz-zokk il-fergћa, jgћidu.

ĠANNI

X’hemm bżonn niltaqa’ magћhom? Li nieћu mingћandha biż-żejjed. Jagћmel hekk min irid jaqta’ l-istorja fil-qasir u ma jћallix l-affarijiet itulu u jidћlu fil-fond. Altrimenti, gћandi żmien biż-żejjed biex nistenna, anki s’gћaxar snin oћra. Martin li ngћidlu jien jagћmel, minkejja kull arja li jidher li jista’ gћandu.

TERESITA

Tassew? U x’issejћilha din l-attitudni? Forsi arroganza paternalistika?

ĠANNI

Martin gћandu l-kondizzjonament tiegћu bћalma aћna lkoll gћandna tagћna, anki jekk ma nagћrfuhx. U dan ma rridx inћarbatulu. Lanqas jekk naf x’naf.

TERESITA

U żgur gћax ma jaqbillekx. (tiffaċċah) Jew int stess ma tindunax li meta qiegћed tagћmel dan, qed tgћaddi lilek innifsek gћal ġo fih. Jibda jaћseb u jirraġuna bћalek, isir fula maqsuma miegћek, clone tiegћek. Hekk hu, dik hi l-kelma. Clone. Flok miċ-ċelluli tegћek, mill-moћћ u min-natural tiegћek.

ĠANNI

Clone mill-moћћ u min-natural? Taf li qatt ma ћsibtha din? Ħsieb tajjeb gћal xi poeżija jew xi ћajku. Imma xorta se nibqa’ gћaddej biha. Almenu missieri hekk gћallimni. Lit-tfal kissrilhom daharhom bil-bastun jekk ikun hemm bżonn. Issibha fil-kotba ta’ l-gћerf, din.

TERESITA

Tgћawwġilhom gћonqhom, jekk trid tkun eżatt. Imma dan xogћol-il psikoloġi ћafjin. Skużani tafx, imma jien hekk naraha.

ĠANNI

Sola scriptura, sola gratia, sola fide. Jekk ma jkollniex qies ta’ mġieba umana, skondhiex tridna nimxu? Mhux biżżejjed hawn taћwid u gћelt fid-dinja llum?

TERESITA

Xorta mhux se tkun int li ġġibu dritt. Ħalli d-dinja ddur fuq fusha u tara kemm hu tajjeb li jkollok taћlita ta’ kulturi u ideat. U mela kulћadd robot jew ikklownjat!

ĠANNI

(wara ftit, jattakka) It-tarbija, x’kont gћamilt biha?

TERESITA

It-tifla? Kont żammejtha. Ġejt lura Malta u żammewni l-istitut gћal xi tliet ġimgћat. Kien irranġali missieri, Alla jaћfirlu. Sadattant ommi kienet fetћet qalbha ma’ patri xwejjaћ. Kien il-konfessur tagћha u kienet issibu b’qaddis jimxi fuq l-art. Irranġalha ma’ ћuh u dan krieli flat.

ĠANNI

U mort toqgћod hemm?

TERESITA

Xi ftit ’il bogћod minn ommi w missieri, imma kienu jiġu jarawni kuljum b’dik il-biċċa karrozza li kellhom.

ĠANNI

U t-tifla, bqajt trabbiha waћdek?

TERESITA

Sal-ġurnata ta’ llum, u nwiddibha biex ma taqax gћall-ћlewwa żienja ta’ min ikun irid jagћmel pupazz tal-ћakma tiegћu minnha.

ĠANNI

L-università, kont iggradwajt minn hemm?

TERESITA

Le, l-università kont tlaqtha. Ma ridtx naf biha aktar. Wara bdejt nagћmel xi kors ’l hemm u ’l hawn fejn jagћtuk biċċa diploma li ma tiswa gћal xejn, u ebda ittra wara ismek. Kont inberikhom dawn il-korsijiet, gћax reġgћu fetћuni biex naffronta n-nies u nwettaq lili nnifsi.

ĠANNI

Twettaq lilek innifsek?

TERESITA

Iva, li ma nintelaqx, li jien kapaċi, anki jekk ma nagћmel ebda ћoss fil-ћajja. U bdejt naћdem ukoll. Taf int, isibuna tajbin gћax-xogћol fis-sitwazzjoni tagћna gћax jafu li mhux se naqbdu u nitilqulhom ’l hemm kif ġieb u laћaq. Jafu li rridu ngћajjxu l-familja, l-aktar meta jkunu jafu li jkollok tifla tiddependi minnek li tkun qed tagћtiha edukazzjoni privata. Allura...

ĠANNI

Allura?

TERESITA

(mbikkma) Jesiġu mingћandek xogћol kemm iridu, minbarra dak li kull raġel jippretendi minn mara wkoll.

ĠANNI

Kull raġel? Jeżistu l-patrijiet qaddisin jimxu fuq l-art kif gћadek kemm gћidt, u dawk li jippruvaw jixbhuhom. (waћdu, ћosbien) Mela forsi gћalhekk Ludher sab lil Katherine von Bora. (isaqsiha) U t-tifla, fejn qegћda bћalissa?

TERESITA

Ħallejtha tistudja l-pjanu. Forsi marret sa Paceville.

ĠANNI

U ma ġietx lura d-dar? Kurjuża din. Fil-karrozza, Katrin kienet il-ћin kollu tehwden u ssaqsi gћal ommha.

TERESITA

Tehwden?

ĠANNI

Gћall-ewwel ma bdejtx nifhimha. Mbagћad bdiet tokrob u tgћid, “Il-mamа. Fejn hi l-mamà? Ġibli l-mamà."

TERESITA

Biex tgћid, naћseb li tajtha xi ftit whisky sew.

ĠANNI

Fost l-oћrajn, meta wasalna Tal-Pietа, bdiet tgћid, “Mamа Te, Mamà Te, fejn hi Mamà Te?"

TERESITA

Mamà Te? (taћtaf il-kliem) Ommha, ma jisimhiex Anthea forsi?

ĠANNI

Le, ma naћsibx. Ħin minnhom ћarġitilha ċara.

TERESITA

X’qalet?

ĠANNI

Bdiet tibki u tolfoq u qalet "Mamà Ter, Mamà Ter. Fejn hi Teresita?"

TERESITA

Teresita?

ĠANNI

U ejja. La commedia è finita. Rieditek Ter.

TERESITA

(tћares ċass) Ma kienetx taf x’inhi tgћid, żgur mhux forsi, biex ћawwditni m’ommha. Sqejtha koċċ whisky sew, Ġann, li mbagћad max-xokk gћamel tiegћu.

ĠANNI

Jew forsi insiet il-parti li gћallimtha? Gћidli, Ter, x’qegћda tagћmel hawn?

TERESITA

Gћax innamrajt minn ћuk. Gћalhekk qegћda hawn, u xejn iżjed.

ĠANNI

Jew ridt tidћol fil-familja tiegћi u ġrejt wara ћija biex issib ruћek hawn?

TERESITA

Le, kien b’kumbinazzjoni li sibt ruћi hawn. U jekk jogћġbok, taqlgћax fuqi.

ĠANNI

Trid tkun taf fuq il-familja tiegћi, hux hekk? Speċjalment wara dak li ġralek. Trid tkun taf sewsew fejn dieћla bintek.

TERESITA

(kalma) Kollox sew. Ma stajtx nistenna. Ridt inkun naf qabel ma l-affarijiet jidћlu fil-fond. Gћandi dritt nipproteġi lil familti, le?

ĠANNI

Allura bdejt tfittex fuqna sakemm skoprejt li ћija gћażeb.

TERESITA

U xi ftit playboy ukoll.

ĠANNI

Dak ġej minn fergћa oћra minn zokk familti. Missieri kien miżżewweġ darbtejn. Ommi dik t’hemm fuq.

TERESITA

Iva? Iżjed.

ĠANNI

X’gћamilt biex qbadt miegћu?

TERESITA

Rajt fejn imur, fejn ipoġġi. U darba persunti sabet ruћha bilqegћda quddiem il-mejda fejn soltu kien ipoġġi hu, inemmes u jgћarrex, ifittex u jћuf.

ĠANNI

Issa dara jћares lejn id-dinja mill-istess siġġu.

TERESITA

U bdejna nitkellmu.

ĠANNI

Gћax il-kliem bћaċ-ċirasa, u dak li ma tilћaqx tgћid illum, meta gћażeb jiltaqa’ ma’ mara, tista’ tkompli tgћidu gћada.

TERESITA

Mara? Jekk gћidt gћażeb gћax mhux xebba? Hemm bżonn inkunu daqshekk eżatti?

ĠANNI

Mhux aћjar nitkellmu bil-veritа? X’hemm isbaћ mill-veritа? Il-verità teћilsek.

TERESITA

(kategorika) U bdejna noћorġu flimkien, mal-ewwel kważi kuljum. Punto e basta.

ĠANNI

Min jaf kemm qallek fuqi.

TERESITA

Kull ma ridt naf. Però kollox bil-mod il-mod, bejn tgћanniqa u oћra. Żgur ma tridx tgћaġġilhom dawn l-affarijiet inkella malajr kien jissuspetta li kelli aġenda moћbija.

ĠANNI

Sibtu gћal snienek ja Mata Ħari. U x’qallek fuqi, kemm jien xћiћ, jew?

TERESITA

Li qalli qaluli bil-fatti. Bћal kif sraqtlu l-wirt biex iżżomm ’l ommok.

ĠANNI

Waћda. Drajniha din.

TERESITA

Kif l-affett kollu li gћandek lejn ommok qed iwassal biex jiżbilanċak minn fuq il-ћabel miġbud tal-ћajja.

ĠANNI

Tnejn. U dan ћija x’jimpurtah minn dan? Jekk naqa’ m’hemmx il-liżar stirat jilqagћni?

TERESITA

Kif bik u mingћajrek id-dinja xorta ddur, minkejja dak li taћseb fuqek innifsek, u li...

ĠANNI

Le, jekk jogћġbok daqshekk. Fuq tlieta toqgћod il-borma.

TERESITA

Imma fuq erbgћa jġorr il-kenur. Isma’ din, ta’ l-aћћar.

ĠANNI

Jaqaw tbaqbaq? Attenta kif ittihili.

TERESITA

Li Martin żgur iћoss ruћu aktar liberu meta jiġi li jinqata’ gћalkollox minn migћek u jsir indipendenti mir-riedni tiegћek.

ĠANNI

Iva, dak li qallek l-gћażiż ћija? Qaxxarni sew miegћek, u tefagћni gћarwien fuq il-fuklar ta’ lsienek. Dan gћidtulha lil Katrin?

TERESITA

Ma ridtx nitkellem qabel ma niġbor l-informazzjoni kollha. Mbagћad biss nagћti l-fehma tiegћi.

ĠANNI

(jinstama’ jinfetaћ il-bieb ta’ barra b’ċavetta, u jingћalaq) Hawn hu. Wasal Martin.

KATRIN

(toћroġ tiġri ġirja waћda gћal fuqu u tgћannqu) Hawn hu, wasal!

MARTIN

Avventura tat-tfal. Meta ra l-pulizija jieћu l-qisien mis-centre strip gћall-kantuniera mnejn kien ћiereġ hu, intebaћ li kellu tort u qalli biex nirranġaw, kulћadd billi ћa.

MARTIN

M’gћamiltx xi waћda, hux? Ċedejtlu?

TERESITA

Le. Gћidtlu l-iskeċċ nagћmluh xorta, mbagћad nitkellmu wara.

KATRIN

Kif soqt lura? Kollox mar sew?

MARTIN

(jitbissem) Straight minn hemm sa hawn. Ma nћares lejn xejn, lanqas kelma waћda li hi waћda ma smajt żejda.

TERESITA

Xi trid tgћid biha? Ma naћsibx li Katrin soltu tpaċpaċ żejjed.

MARTIN

U le, dik ċajta bejnietna. Hux hekk, Katrin?

KATRIN

La jogћġbok tgћid hekk.

ĠANNI

Attent xi tgћid, ibni. Tinsab bejn Xilla u Karibdis, lesti biex jibilgћuk.

ERSILIA

(tidћol) Hawn, Martin. Kont qed ngћid lin-nanna x’ġara. Naћseb li gћandek aptit xi ftit kafи b’qatra ġnibru fih, kif taf tagћmlu Ersilia, eh? Anki jekk dan ma ssibux Paceville xorta jġiegћlek tara l-istilel. (terġa’ toћroġ lejn il-kċina)

MARTIN

U issa mhux dalwaqt jidlam. Leo. Fejn hu Leo?

TERESITA

Mar ipejjep sigarett barra. Żgur kien wieћed twil daqs kemm se jdum ma jispiċċalu. Jew tela’ jara l-festa Strada Rjali, jew mar ix-xaqliba l-oћra.

ĠANNI

Tkellmet Teresita. Isma’ minnha, Martin, gћax jaqbillek. Ma tafx x’gћad tiġi bżonn.

TERESITA

Mhux kulћadd bżonn xulxin fid-dinja. Dejjem hekk kien.

KATRIN

(titbissimlu) U hekk jibqa’, Martin. Bћall-biċċiet tal-karrozzi li waћedhom ma jagћmlu xejn, imma flimkien itajjruk iktar minn ajruplan. Nispera li issa ћadtha l-lezzjoni.

MARTIN

Dik żgur pretensjoni żejda.

ĠANNI

Ħa niġu gћaliha, Martin. Jew trid tistenna l-kafè bil-ġnibru? Jagћmillek tajjeb biex tniżżilha.

MARTIN

Biex ġej?

TERESITA

(tmur taqbdu minn spalltu u minn idu) Le, Ġann, le.

ĠANNI

Gћandi pjaċir nippreżentalek lil dik li forsi gћad tkun il-kunjata tiegћek.

TERESITA

Le, Ġann, le.

ĠANNI

Teresita.

TERESITA

(tgћatti wiċċha, iddur lejn il-palkett u tolfoq) Gћaliex gћidtlu, gћaliex?

KATRIN

Mamà, mamà, kif ġara dan? M’gћidniex li kellna nistennew?

MARTIN

(lil TERESITA, li tkun daret wiċċha lejhom, b’kalma kbira) Gћandi pjaċir. Sa fl-aћћar se nkun nista’ nerġa nsejjaћ lil xi ћadd mamа.

ĠANNI

Daqshekk, Martin? Ma tikkonfondi xejn li ћadmuna?

MARTIN

Ħadmuna?

TERESITA

Dawn mhux affarijiet ta’ ingann. Jekk moћћ il-mara jaћdem hekk sa minn ġuf ommha, m’hemm ebda ingann fin-nofs. Hemm biss gћaqal kbir f’kif mara tagћraf tћaddem moћћha.

KATRIN

Jew kif tuża r-riżorsi kollha li gћandek, ma’ moћћok u ma’ qalbek.

ĠANNI

Iġġibuhiex bi kbira. Lanqas li din kienet l-ewwel nisġa li ћdimtu f’ћajjitkom.

TERESITA

Gћax biex tkun taf, jekk l-irġiel jimxu bil-forza tal-muskoli, aћna nimxu bil-ћsieb u l-prudenza.

KATRIN

Ħsieb meqjus u kkunsidrat f’kull waqt.

ĠANNI

Sakemm ma tkunx xrobt il-whisky fuq xokk.

MARTIN

Kif, missier?

ĠANNI

Fil-karrozza Katrin bdiet tehwden ћafna. Bdiet issaqsi gћal ommha, u malajr ћarġet il-veritа kollha.

MARTIN

Sitwazzjoni bћal meta jsiru l-mistoqsijiet tat-tielet grad din.

TERESITA

It-tielet grad?

KATRIN

Martin qiegћed fil-kors tal-liġi, kont gћidtlek.

ĠANNI

Forsi jsolvili l-kwistjoni tal-wirt ma’ ћija.

MARTIN

Min jien, Pà, biex nidћol bejnitkom?

ĠANNI

Donnok ma tantx ћadtha bi kbira, Martin. Jew issa drajthom is-sorpriżi hawn ġew?

MARTIN

Biex tgћid, sa qabel ma tlaqna minn hawn ma kien ġara xejn ġdid, xejn bomba. U ћadt gost li fl-aћћar faqqgћet waћda kbira. Nispera li ћadd ma weġġa’ f’wiċċu.

ĠANNI

Kif, fl-aћћar faqqgћet? Jaqaw kont taf biha?

TERESITA

Katrin!

KATRIN

Iva, mamà. Ridt nibni relazzjoni serja mill-bidu. Ma stajtx noqgћod naћbi l-affarijiet minn Martin qisu xi barrani. Ħassejt li gћandi ngћidlu.

ĠANNI

U kemm gћidtlu? Gћidtlu kollox jew ћdimtlu nisġa b’ћafna toqob kbar fin-nofs?

TERESITA

Min jaf x’gћidtlu fuqi. Almenu żammejt gћal dak li jolqot lilek biss? Eћ, dak li jagћmlu d-drinks Paceville.

KATRIN

Jien naf kollox mingћandek, mamà? Le, sempliċement żammejt gћall-ftit li naf, l-istorja tiegћi essenzjalment.

ERSILIA

(tidћol) Il-kafè lest. Tiegћek speċjali, Martin, bil-ġnibru. L-oћrajn jekk iridu jistgћu jieћdu xi ftit mastika. Ejjew u stejqru, kollox b’xejn. (taqbad lil MARTIN u KATRIN minn idejhom u ddaћћalhom ġewwa)

ĠANNI

Morru, aћna daqt niġu. Gћandna xi ngћidu.

TERESITA

(wara ftit) Sorpriża fuq l-oћra.

ĠANNI

Kulћadd jilgћab lill-ieћor kif irid.

TERESITA

Mhux dik il-ћajja? Ejja nagћmlu paċi bћat-tfal u nerġgћu nibdew mill-bidu.

ĠANNI

Mill-bidu? Kif qatt nista’ jien?

TERESITA

Ninsew il-passat. Gћalkollox.

ĠANNI

Idea tajba din. Fl-aћћar mill-aћћar sibna ’l xulxin, anki jekk int se tkun biss il-mara ta’ ћija.

TERESITA

Imma nibdew niltaqgћu spiss.

ĠANNI

Sadattant Martin sab omm ġdida. Nittama li tkun tieћu ћsiebu kif kienet tieћu ћsiebu ommu.

TERESITA

Ma gћandu jkollok ebda dubju dwar dan.

ĠANNI

U Katrin, mingћaliha li kellha biss gћarus u issa sabet missier...

TERESITA

Fula maqsuma man-Nanna Gerit.

ĠANNI

Jewwilla mhux hekk trid l-gћaqda tal-familja?

TERESITA

U Ersilia?

ĠANNI

(iћares ċass) Ikollha tibqa’ tgћix magћna jekk tridu nibqgћu nagћtu l-ћajja lin-nanna Gerit.

   
 

(Siparju)

 

HomeDrammRadioplay