LUDHER

IT-TIELET ATT

L-Arloġġ tat-Torok qed idoqq is-sitta. Qniepen tal-knisja ta’ San Pawl fil-bogћod, li jibdew bћala mota u jibqgћu gћaddejin gћal xi gћaxar minuti. ĠANNI fuq il-palkett jirranġa l-fanal, LEO bilqegћda sieq fuq sieq, TERESITA tippassiġġa ћosbiena.

ĠANNI

(jinżel minn fuq il-palkett) Dan l-inkwiet kollu, gћalfejn? Mhux il-familji kollha gћandhom l-istorja tagћhom? Il-problema hi li din ћafna drabi tibqa’ moћbija u ћadd ma jkun iridha titla’ fil-wiċċ. Imma ġaladarba titla’, jiġrilha bћall-Gżira ta’ Ferdinandu. Kulћadd iwaћћal il-bandiera magћha u ћadd ma jkun irid jitlaqha qabel ma terġa’ tinżel ћelu ћelu fil-qiegћ.

LEO

Liema qiegћ? Tal-memorja, forsi?

TERESITA

Leo, lanqas li mhux ilkoll imћawwdin. Tiftakar kien hemm setta darba? Kien jisimhom Fariżej.

ĠANNI

Ma nkomplux naggravaw il-biċċa. Ter, igdem ilsienek. Ħija dejjem hekk kien. L-ewwel xokk f’kull ma jkun, joћroġ kemm hu bniedem sensittiv.

LEO

Gћaliex, jaqaw int m’intix? Ftakar f’ommok u...

ĠANNI

Daqshekk, Leo, daqshekk. Ejjew nagћmlu biċċa mid-dramm. Qegћdin lura llum u l-Ħadd gћalhekk jiġi. (isejjaћ) Ersilia, ejja agћtina daqqa t’id. Gћandna bżonnok. Aktar ma nkunu, aktar nieћdu pjaċir.

GERIT

Daqqa t’id jew lagћqa bi lsienha? Liema tagћżel, Ġann?

ERSILIA

(tidћol hi u tneћћi l-fardal) Hawn jien, Ġann. Gћidli x’se nagћmel?

ĠANNI

Itilgћu fuq il-palkett. Ħudu l-iskript u nibdew.

LEO

Jien se nibqa’ hawn isfel, inћares u nammira. (jibqa’ bilqegћda, imma jdawwar is-siġġu lejn il-palkett)

ĠANNI

Ibda, Ter. Qiegћed persuntek kollha fiha. Ftakar li rridu nerġgћu nibnu l-moral ta’ Leo.

TERESITA

(soda)

Kien iż-żmien li l-Ordni fdatu b’qadja Ruma jmur,

u gћal erbgћin jum huwa vvjaġġa qalbu tћabbat bil-fervur.

Ma’ l-elf mil Martin ћabrek f’tajn u tafal qrieqtu mgћaddsa,

sa ma tul il-Via Cassia ġie wiċċ imb’wiċċ mal-Belt Mqaddsa.

ĠANNI

Ersilia, int issa, u nkomplu sejrin hekk, waћda kull waћda.

ERSILIA

Ruma ta’ dak iż-żmien, mhux il-belt li nafuha llum,

b’ta’ San Pietru l-ewwel ġebla tgћodd inqas minn elfejn jum.

Mxabbat Mikielanġlu mas-saqaf tas-Sistina,

ta’ l-Univers il-freski kien gћadu qed jirfina.

TERESITA

Il-Foru sfrundat u miżgћud b’tal-bejgћ it-tilari;

Tveren sћaћ fil-Kolossew, din Ruma sekulari.

Tidћol ġo xi sqaq, ara li ma tiġix fil-gћali;

Toћroġ fil-wesgћat, hemm il-palazzi tal-kardinali.

LEO

Gћajjejt nisma’! (iqum) Se nerġa’ noћroġ inpejjep sigarett. Hawn sa żewġ kantunieri l-aktar. Forsi niltaqa’ ma’ Martin u Katrin. (joћroġ)

TERESITA

Erġa’ lura, Leo. Ftakar, in-naћla gћall-fjura terġa’ tmur. (jingћalaq il-bieb)

ĠANNI

Kompli, Ersilia.

ERSILIA

Ta’ pellegrin devot li kien, l-imqades kollha dar,

u l-oqbra w l-gћadam Martin bies, u bl-indulġenzi far.

Fl-erwieћ mejtin ta’ qrabatu, kien jaћseb fl-offertorju,

B’hekk Alla kien jeћlishom, minn ġewwa l-purgatorju.

ĠANNI

(iċempel il-bieb) Ġie xi ћadd. Ersilia, tista’ tmur tara min ġie? (ERSILIA tilbes il-fardal)

ERSILIA

(jerġa jdoqq il-bieb bla sabar u ERSILIA waqt li tkun ћierġa) U bil-mod, qisha se taqa’ d-dinja. Tini ċans nasal!

ĠANNI

Ter, kompli biċċ’oћra.

TERESITA

Iġri, iġri, fittex qaddes, gћax oћrajn qed jistennew!

Tmien minuti biex toffriha, u l-erwieћ hekk jithennew.

Kemm qassisin f’Ruma huwa ra, bilġri joffru l-quddies,

gћax hekk tidћol l-elemosina, kull ћsieb ieћor bla qies.

LEO

(sadattant ikun daћal LEO, b’ERSILIA tlebbet warajh) Ter, irrid inkellmek. Jew ġewwa, jew barra, x’imkien rasi u rasek.

ĠANNI

Iva kkalma, Leo. Ħudhom bil-mod l-affarijiet.

TERESITA

Xi ġralek Leo? Jaqaw dik il-biċċa ta’ qabel?

ĠANNI

Ara, tistgћu toqogћdu hawn. Ħadd mhu se jissemmalkom, lanqas jindaћlilkom. Ersilia, ejja mmorru fil-kċina, u jien nitla’ nara lill-ommi. (joћorġu, ERSILIA timxi u tћares lura, beżgћana)

TERESITA

(nieżla minn fuq il-palkett) Meta kien l-aћћar li tak hekk? Eh, iva niftakar. Meta konna qed nargumentaw li trid titla’ l-Kanada gћal kollox. Tlewwimna mhux ћażin dakinhar.

LEO

U se nerġgћu nitlewwmu llum, gћall-aћћar darba żgur. Issa ddeċidejt. Se nitlaq minn din il-familja u naћrab minn hawn gћal kollox. U l-wirt niġi naqa’ u nqum minnu. Jista’ Ġanni jagћmel bih xi mniegћel irid.

TERESITA

Daqshekk jimpurtak? Il-wirt biss issemmi. U ommok...

LEO

Dik omm Ġanni.

TERESITA

U Ġanni nnifsu, Martin, u jien biex inqiegћed lili nnifsi fl-aћћar post. Lilna ma ssemminiex.

LEO

Qiskom familja waћda diġа. Kulћadd kien qed jużani kif irid. Posti mhux hawn aktar. Toronto gћandi l-ћbieb, dejjem jistednuni nitla’ ћdejhom. U meta kienu Malta dejjem mort tajjeb magћhom.

TERESITA

U titlef il-job li gћandek hawn. Ara kemm nies xtaqu li kien tagћhom.

LEO

Xogћol isibuli. Barra minn hekk gћada se mmur gћand tal-gazzetti u nġib ir-reklami biex inbiegћ il-flat.

TERESITA

(terġa’ tinstama l-musketterija) U x-xjafek jeћduhom. Se jdumu jdoqqu dawn il-qniepen. U issa bl-isparar ukoll. Mank jafu x’inhu ftit kwiet!

LEO

Issa ћierġa l-vara. Imma ma tlumhomx. Ħadd ma jifhem is-sitwazzjoni li jkunu jinsabu fiha l-oћrajn.

TERESITA

Gћax kieku żgur jisktu, hux?

LEO

Dan kollu irrid neћles minnu, qed tifhem Ter? Dan kollu li jiġri fostna f’din il-qoxra art.

TERESITA

Eh, mela mhux is-sitwazzjoni familjari biss.

LEO

Kollox ma’ kollox, Ter. Jekk gћandna din is-sitwazzjoni familjari, din tiġri gћax ћadd m’gћandu ebda kumpassjoni gћalina, gћax in-nies izekzku, ћadd ma jaћmel ’l ћadd u kulћadd irid ikun aћjar mill-ieћor, almenu fid-dieher.

TERESITA

Kull familja gћandha tagћha, li kellna nafu l-veritа ta’ kulћadd.

LEO

Il-verità qatt ma toћroġ kollha, Ter.

TERESITA

Dawn il-ћbieb ta’ Toronto, min huma Leo?

LEO

John, ћuh u martu. John u ћuћ proprju, martu telqietu. Gћall-ewwel immur noqgћod magћhom.

TERESITA

Mbagћad, tibqa’ ma’ xi wieћed minnhom biss, forsi, hekk tiggalleġġa minn turufnament gћall-ieћor?

LEO

X’taћsibni Ter? Hi x’inhi s-sitwazzjoni dejjem aћjar minn raġel imwaqqa’ fin-nasba ta’ mara.

TERESITA

Dik l-imћabba kollha? Dawk il-wegћdiet kollha? Itlaq mela la trid hekk. U meta jfettillek, ara ma tmurx terġa’ tipprova tiġi tibki fi ћdani.

LEO

M’gћandix gћalfejn. Saћћa. U ara tieћu xi qatgћa papali meta juruk lin-nanna Gerit. (jitlaq jiġri ’l barra u jiġbed il-bieb waajh b’sabta li tibqa’ tidwi)

ERSILIA

(tidћol tiġri minn ġewwa, b’ĠANNI warajha) Telaq? Fejn mar?

ĠANNI

X’inhu dat-tisbit kollu, hawn? Mela anki l-bieb kien se jieћu miegћu? (il-qniepen ta’ San Pawl jagћtu l-aћћar tokki u l-mota tieqaf)

TERESITA

Telaq. Ma felaћx iġorr l-unur tiegћu u ta’ binti fuqu. Qal li jippreferi ћajja ġdida fil-Kanada.

ĠANNI

Daqshekk dejjem impurtah mill-familja. Gћalih ћadd minnha qatt ma fisser xejn gћalih, rasu l-ewwel f’kollox.

ERSILIA

Imma lilek nibqgћu narawk, le? Issa sirna ћbieb sew. Barra minn hekk hemm bintek fin-nofs, u Martin irid ikollu lil min isejjaћ mamа ta’ spiss.

TERESITA

U mela, anki gћal Ġanni, ta’ min jagћmillu xi ftit kumpannija.

ĠANNI

(iqaћqaћ) Dik ћaġ’oћra. Gћandi lil Ersilia, tieћu ћsiebi sew, u l-kotba fuq Ludher fil-waqtiet solitarji tiegћi. Perт int, Ter, tibqa’ dejjem milqugћa f’darna, kemm bћala omm Katrin u l-ћabiba ta’ Ersilia. Anki biex ikolli ftit kumpannija fis-sahriet litterarji tiegћi.

TERESITA

Mbagћad hemm il-mamа tiegћek ukoll.

ERSILIA

Gerit?

TERESITA

Forsi meta tlaqqgћuni magћha nibda niġi noqgћod magћha jien ukoll...

ĠANNI

Ma tantx gћandha bżonn.

TERESITA

... l-aktar meta Ersilia tkun trid tistrieћ xi ftit, Ġann, jew ikollha bżonn taqdi xi qadja u int ma tkunx hawn.

ERSILIA

Jien se mmur nipprepara l-ikel anki gћax Gerit imdorrija tiekol xi ftit kmieni. (toћroġ)

TERESITA

Gћidli, Ġann, daqshekk problema li nara l-mamà?

ĠANNI

Le, lanqas xejn, imma gћadu ma wasalx il-waqt.

TERESITA

Forsi xi darba meta nkunu weћidna u tkun tћossok aktar komdu?

ĠANNI

(iћares ’l ġewwa eċitat) Tgћajjatx, gћax it-tnejn gћandhom par widnejn daqshiex.

TERESITA

Imma naћseb li issa se jkun hemm relazzjoni ġdida bejnietna, le?

ĠANNI

Gћaliex gћandu jkun hemm? U jekk ikun hemm, sempliċement waћda bejn mara u armel...

TERESITA

U min jaf x’gћamel l-armel fi żmienu?

ĠANNI

Ikkakkma ma’ mara li bellgћalu missierha biex jogћġob lil ommu.

GERIT

Agћjtu ftit hemm isfel. Bit-trumbetta ma’ widinti xorta ma nistax nismagћkom.

ĠANNI

(jgћajjat) Ma fadlilniex enerġija gћal-lejla, Mа. Ġraw wisq affarijiet illum.

GERIT

Teresita, Teresita, toqgћodx tilgћabha tal-qarnita.

TERESITA

(tibqa’ titkellem b’vuċi baxxa) Gћidli, Ġann. L-aћћar kelma li qalli Leo kienet li ma mmurx nieћu xi qatgћa kbira meta nara lil Gerit.

ĠANNI

Iva, gћidlu, lis-sur ћija.

TERESITA

Jaqaw hemm xi ћaga mhux f’lokha fuq Gerit? Forsi x ћaġa f’riġlejha? Gћax ma ddaћћlilhiex lift biex tinżel hawn? Mhux hawn isfel tgћixuha ћajjitkom?

ĠANNI

Tiġi spiża kemxejn qawwija. Ma niflaћx gћaliha. Mbagћad fl-aћћar mill-aћћar qegћda tajba hemm fuq, Alla jagћtiha l-gћomor, kieku hawn isfel ara kif teћdilna rasna.

TERESITA

(jinstama jinfetaћ il-bieb biċ-ċavetta. Sadattant l-Arloġġ tat-Torok qed idoqq is-sitta w kwart) Hawn huma, waslet Katrin. Saflaћћar ġew.

ĠANNI

(bejnu u bejn ruћu) U Martin magћha. Povru Martin. Se jsib ruћu sew b’omm ġdida u missier maqbud bejn żewġ nisa.

KATRIN

(tiġri lejn ommha) Mà, daqshekk. Inћossni se niġġennen f’din id-dar.

TERESITA

X’ġara, binti, x’ġara? Jaqaw gћadu jaћdem il-whisky?

KATRIN

(tolfoq fi ћdan ommha) Le, Mà, naf x’jien ngћid u naf x’jien ngћid sew.

ĠANNI

Martin, x’ġara?

MARTIN

Iltqajna ma’ Leo. Kien tiela’ lejn Strada Rjali, ilebbet bla nifs. Qalilna li sejjer ’il bogћod minn hawn gћax ma felaћx aktar gћall-ġenn fil-familja tagћna. U semma lilek, missier, u lil Ersilia.

ĠANNI

Daqshekk?

MARTIN

Ma nafx x’ma qalx fuqkom it-tnejn, Pà.

ERSILIA

(tidћol taparsi ma tafx x’inhu gћaddej) Smajt ismi jissemma’. Gћandkom bżonni? Ara Martin, hawn. Katrin, erġajt qed tibki?

TERESITA

(tћaddan lil KATRIN) Ħalliha. Gћaddiet minn trawma llum.

ĠANNI

(jipponta minn taћt lejn KATRIN) Tajtu ċans, Martin?

MARTIN

Ma stajtx inwaqqfu. Kien mimli wisq biex jitkellem u konna f’nofs ta’ triq.

ĠANNI

U b’daqshekk? Ma stajtx tieqaflu?

MARTIN

L-argumenti dejjem gћallimtni biex inћallihom gћad-dar, missier.

ĠANNI

Insomma, x’qal?

MARTIN

Qabadha fuq il-konfużjoni u l-paranoia li gћandek, Pà, u Ersilia li tgћawwik u tkompli miegћek fil-konfużjoni tiegћek...

ERSILIA

Jien! Hekk jonqos issa wkoll. Gћax ma ġiex jgћidlek x’ried meta ġie jimbixni u jiġbidli xagћri.

ĠANNI

Biż-żejjed. Kompli Martin.

MARTIN

Ġie jgћidli fuq il-kumpless qawwi li gћandek jorbtok ma’ ommok, u kull ma din tfisser gћalik...

TERESITA

Tgћajjatx!

ĠANNI

Ħallih ikompli.

MARTIN

X’gћamlet miegћek u x’gћamlitlek...

ĠANNI

Iktar! (filwaqt li jdur lejn in-naћa fejn ikun hemm ERSILIA u l-bieb li jagћti gћalgћand ommu u jgћatti wiċċu biż-żewġ idejn)

MARTIN

Kemm tћobbha u tobgћodha fl-istess ћin!

ĠANNI

(jgћajjat u jdur lejn il-palkett) Ieqaf! Ieqaf!

TERESITA

(titlaq lil KATRIN u tmur minn wara tqiegћed idha fuq spalt ĠANNI) Ġann?

ERSILIA

(li tkun sadattant ћaddnet lil KATRIN) It-tort kollu tagћna, Martin, gћax qatt ma gћidnilu kif jien u Ġanni konna sibna ’l xulxin.

ĠANNI

Le, le. Qatt m’jien se nieћu tort fuq din. Kien hu li ma ried jaf b’xejn.

ERSILIA

(titlaq lil KATRIN, tmur lejn il-bieb tal-kċina, tagћmel idejha ma’ ћalqha bћal min isejjaћ biex il-vuċi tidwi aktar, tћares ’il fuq u tibda tgћajjat bil-vuċi li kienet tuża biex iġġib leћen GERIT)

Itilqu lil Ġanni, Teresit, gћax dak tiegћi u nagћmel bih li rrid!

ĠANNI

(jgћajjat, kważi jwerżaq) Le, le, le! Imma gћaliex, gћaliex? (jolfoq) Gћaliex qed tagћmel hekk, Gerit?

TERESITA

Gerit?

KATRIN

Mà! Ifhem, Mà. Ersilia u Gerit l-istess mara. Ġanni ma setax joqgћod aktar mingћajr ommu wara mewtha...

ERSILIA

u lanqas ma seta’ jitfgћani ’l barra gћax martu kienet daћћlietni fil-familja.

MARTIN

Mbagћad bdew ћerġin il-kumplessi.

ĠANNI

(kalm) Edipu. Luteru. Ersilia.

TERESITA

Ersilia?

ERSILIA

Iva, jien. Gћax Ġanni lili dejjem stmani mal-kbar, jekk ma tafx.

TERESITA

Gћaliex, Ersilia?

ĠANNI

(jidћol bil-qawwa) Gћax kif xtaqet marti fuq is-sodda ta’ mewtha, il-ћsieb kien li niżżewweġ lil Ersilia biex tieћu ћsieb Martin.

MARTIN

U hi qatt ma riedet, almenu li tiżżewweġ.

ERSILIA

Sigrieti ta’ familti dawk.

ĠANNI

Imma jien ridt nirregolarizza l-pożizzjoni tagћna, jekk mhux f’gћajnejn is-soċjetа, gћall-inqas gћall-paċi ta’ moћћi.

MARTIN

Dak li nsejjћu moraliżmu, Papà?

ĠANNI

Nippreferri korrettezza. Korrettezza soċjali.

KATRIN

Imma lil Martin xorta ћadet ћsiebu, le? Gћid kollox.

ĠANNI

Ħadet ingћid, u tiegћi ukoll.

TERESITA

Mingћajr ma bqajtu żżewwiġtu.

ERSILIA

Imma affezzjonati lejn xulxin kemm jista’ jkun.

ĠANNI

(iћares lejn ERSILIA bi ћlewwa) L’aktar meta feġġu l-kumplessi.

ERSILIA

Ta’ Edipu u Luteru. Kien hemm li jien komplejt miegћu, gћax kellu bżonni.

ĠANNI

Minkejja l-pilloli kollha li kont nibla’ u gћadni. Sibt li l-aћjar soluzzjoni kienet li nibda ngћix ir-realtа tiegћi.

MARTIN

Kien dak il-Pastor li qiegћdek gћall-frisk.

ĠANNI

Friedrich? Xi ftit, forsi. Gћallimni naffronta l-ћajja, minkejja kull persekuzzjoni. Mill-bqija kif qabilna kien gћamel Ludher.

ERSILIA

(taqbeż gћalih) Imma f’ћajtu dejjem sab tentazzjonijiet kbar. F’Leo l-iktar.

ĠANNI

Dak Leo. Ludher ukoll kien ћa l-iskomunika tiegћu minn papa jismu Leo. Imma dak kellu salib ta’ santandrija mdendel m’ismu.

TERESITA

Kemm taf tqabbilhom, jew irrid ngћid x’kumbinazzjoni? Ma nafx. Qed tћawwdu lili ukoll issa.

ĠANNI

Dak Ljuni Gћaxra ћariġli l-Bulla Exsurge Domini, gћax f’gћajnejh kont sa mill-bidu żbaljat.

ERSILIA

Wasalt gћall-pilloli, Ġann. Illejla ћudhom kmieni aktar mis-soltu gћax jaqbillek, Ġann.

TERESITA

U dwar ommok, kif daћlet Ersilia?

ĠANNI

Gћadek ma ddejaqtx tindaga fuq il-familja tagћna. Imma xorta ngћidlek. Illum inqisek bћala waћda minna, gћada ma nafx.

TERESITA

Grazzi. Fuq ommok u Ersilia issa.

ĠANNI

Gћax Ersilia ћasset gћalija. (jaqbad lil ERSILIA mill-minkeb b’affett) Meta rat kif kont qed nitfarrak ma’ l-imwieġ tal-ћsibijiet ta’ moћћi, ftakret xi ћaġa li kienu qalulhom fil-kors tan-nurses snin ilu...

ERSILIA

(tippontifika gћax taf) Li jiġi żmien li l-anzjani taћkimhom id-dementia...

KATRIN

Jiġifieri?

ERSILIA

Li jibdew jinsew u jћawwdu, jibdew jgћixu fil-passat qisu llum u l-bieraћ ma jeżistux. Li ma jkunu jridu jaċċettaw xejn ġdid gћax ikun hemm dik ix-xi ћaġa tal-passat li gћadhom ma paċewx magћha fil-ћajja tagћhom ta’ llum...

TERESITA

Allura?

ERSILIA

Allura trid timxi magћhom bl-akbar imћabba f’din il-fażi delikata ta’ ћajjithom. Ma tridx tikkuntrarjhom. Trid tkompli magћhom sakemm bil-mod il-mod jiġu li ma jaċċettawx il-kummiedji tiegћek aktar, jintebћu li dik mhix ir-realtа u joћorġu minn dik il-fażi waћedhom gћax ma jkunux iridu lil min jilgћabhom aktar. U joћorġu anki bl-gћajnuna tal-mediċina.

ĠANNI

(ikun telaqha mill-minkeb) U hekk nissilna flimkien lil Ludher u lin-nanna Gerit biex forsi naћrab minn din ir-realtа kiefra tiegћi. Imma ġara li kif ninsab bћalissa, inћossni komdu ћafna, u lanqas ma nista’ nitlaq lil Ersilia anki gћax fiha nara lill-ommi. (jaqbadha b’affett minn spallitha)

MARTIN

Ommi tatek mara, Pà, imma int dawwartha f’omm.

KATRIN

(tgћajjat, esterika) Ma nafx u ma nafx u lanqas ma rrid naf. Jien ma rridx ngћix din il-ћajja. Ma rridx nibqa’ hawn. Qed tifhmu. Ma rridx u ma rridx.

TERESITA

Katrin! Iva kkalma. Il-ġenn tal-missier mhux bilfors jasal gћalgћand uliedu. Ġanni gћadda minn storja iebsa f’ћajtu, u forsi int gћadek ma tafx kollox fuqu.

ERSILIA

Gћaliex? Forsi int taf?

TERESITA

Naf ћafna, ngћid, gћalkemm issa niddubita x’inhi tassew il-veritа. Ġanni kien ilu jafni minn żmien l-universitŕ, biex mbagћad gћandu wiċċ jiġi jgћid li kont qegћda hawn biex nindaga fuq il-familja tiegћu.

ĠANNI

Mhux hekk hu? Jien kont biss nispija fuqek, bl-akbar prudenza, biex nissodisfa lili nnifsi.

KATRIN

Iktar, Mà. Xorta mhux se tipperswadini.

TERESITA

Meta jien imbagћad ћriġt tqila bik, Ġanni kumbinazzjoni rani fuq il-vapur naћrab lejn Gћawdex m’ommi u ma’ missieri...

MARTIN

Kif qatt ma gћidtuli dan, Katrin. Mela mhux kollox konna qed naqsmu u nћalltu flimkien?

KATRIN

Sa dal-mument lanqas jien stess ma kont nafu dan. Meta staqsejtha min kien missieri, ommi dejjem dawwrietli d-diskors u ftit li xejn naf kif ġejt fid-dinja.

ĠANNI

Ma kienetx kumbinazzjoni, Ter, imma provvidenzjali. Hemm sitwazzjonijiet fil-ћajja li jorbtu lil xi persuni flimkien, anki jekk rabta ċoff, tul diversi meded ta’ ћajjithom. Din tagћna hi waћda minnhom.

ERSILIA

Mela ara kif se tgћaqqad ċoff ma’ ieћor, tafx, gћax jien mhux bi ћsiebni nitlaq minn hawn.

ĠANNI

Le, le. Żgur li ћadd mhu qed jibgћatek minn hawn. Il-ћajja trid tibqa’ ddur fuq fusha anki issa li Leo telaqna... u Gerit niżlet it-taraġ.

ERSILIA

Gћadha ћajja f’gћajnejk, Ġann.

ĠANNI

U tibqa’, imma mhux bl-istess mod li kienet qabel. Issa se tkun ћajja bћala l-anġlu kustodju tiegћi, li jara u ma jitkellimx, li qiegћed hemm u ma jimissekx.

ERSILIA

Imma tћossu, Ġann, hux veru? Tћoss il-preżenza tiegћu, hux? Almenu aћjar hekk, gћax ma naqlax grieżmi aktar.

KATRIN

U missieri, Mà, missieri, min kien?

TERESITA

Ġuvni, playboy, li wara daћal gћall-kors tal-Liġi u spiċċa avukat tal-prima. Illum tarah gћaddej minn Strada Rjali jġiblek suġġizzjoni kbira, l-iktar meta tarah miexi ma’ xi żewġ avukati oћra, iћaddan id-diary u xi file ma’ sidru b’dedikazzjoni kbira gћall-vokazzjoni u x-xogћol kollu li gћandu...

ĠANNI

Integerrimi vires.

KATRIN

Isem m’gћandux, Mа?

TERESITA

X’jimpurtak, Katrin? Mhux aћjar li ma tkunx tafu? Hekk jew b’hekk, jekk qatt gћad tiġi li tisћet lil ћajtek, ma jkollokx lil min tmur tgћajjar u tћammarlu wiċċu li qatt ġabek fid-dinja.

KATRIN

Mela nibqa’ nfittxu jien, Mà. Saflaћћar il-veritа żgur titla’ fil-wiċċ.

TERESITA

Le, tagћmilx hekk, binti. Gћax dakinhar li titla’ l-veritа, negћreq jien.

KATRIN

Gћaliex, Mа?

TERESITA

Gћax kont jien li ġibt kollox b’idejja. Ma kontx naf li l-irġiel jaqgћu daqshekk malajr, minkejja kemm kien jgћidli missieri. Ma kontx naf li gћax kont noqgћod nitbennen fuq ġuvni kellu jġibni li nibda nbennen jien. Gћalhekk ngћidlek toqgћod attenta, anki ma’ Martin, binti.

ĠANNI

Mhux kulћadd biered bћali u bћal Ersilia, Martin.

ERSILIA

Tkellem gћalik, Ġann. Mbagћad ma tippretendix li torqod m’ommok, hux?

ĠANNI

Minkejja kull avvanz li tipprova tagћmel?

ERSILIA

Dak biex infejjqek, Ġann. Minn dejjem kelli x-xewqa li saflaћћar tispiċċa din l-istorja. U issa...

ĠANNI

Spiċċat bl-gћeruq u x-xniexel.

MARTIN

Imma attent, Pà. Gћax jekk ma taqlax l-gћeruq sew, ix-xniexel xorta jibqgћu jagћmlu tagћhom. Il-problema trid taqlagћha mill-basla, Pа...

TERESITA

U taqliha bћalma qabel ikunu qlew lilek.

KATRIN

Mà, dawn il-kutrumbajsi bil-kliem dejjqunu u xebbgћuni. Ejjew nitilqu minn din id-dar, u int, Martin, ma nwegћdekx li qatt nerġa’ niġi ’l hawn.

MARTIN

U l-gћerusija, ma nkompluhiex? Lanqas jekk nibqgћu nduru mas-swar u mmorru Paceville biss, jew niltaqgћu gћand ommok? Żgur li l-Mamà se tibqa’ ћabiba tagћna sew, anki gћax Ġanni issa se jkollu ћafna bżonnha.

ERSILIA

Veru, Ter, issa sirna ћbieb sew.

TERESITA

Ħalluni, ma nafx. Gћal-lum, irridu mmorru. Nieklu xi ћaġa u norqdu. Gћada ġurnata oћra. Nispera li tkun waqfet ix-xita. Mbagћad...

ĠANNI

Mbagћad?

TERESITA

... meta s-sema jikћal u r-riћ jieqaf ivenven, mbagћad naraw.

KATRIN

Irridu nitkellmu sew, Mamà, u jekk jogћġobkom ebda telefonati gћalissa. Irridu nkunu aћna l-ewwel li nċemplu...

MARTIN

Imma dejjem nistgћu nibgћatu xi messaġġ fuq il-mobile.

KATRIN

L-anqas. Xejn. Assolutament xejn. Skiet perfett sakemm nitkellmu u naћsbu bejnietna kif se nitilqu l-imgћoddi u niffaċċaw il-futur. Gћandna bżonn, hux, Mamà?

TERESITA

Ejja mmorru, sar il-ћin. Ġraw wisq affarijiet illum. (joћorġu)

 

Hawn jibdew idoqqu ċ-chimes taċ-Church of England li gћall-ewwel jinstemgћu ċari u qawwija jsejjћu gћall-Evensong, imma wara jiddgћajfu sakemm isir id-djalogu li jwassal gћal tmiem id-dramm; jekk jista’ jkun il-mota tindaqq sћiћa u kompleta.

ERSILIA

Ħa nagћtikom il-kowt. (ERSILIA u MARTIN imorru wkoll lejn il-bieb ta’ barra, Erisila dritt warajhom sal-bieb, MARTIN jasal biss sat-tarf, iћares ċass lejhom sejrin imma jibqa’ jidher minn fuq il-palk)

ĠANNI

Saћћa, saћћiet.

MARTIN

(jinstema’ bieb jingћalaq) Erġgћajna waћedna, missier.

ERSILIA

(tidћol lura) X’ћin tridu, nagћmlilkom tieklu. Ħdimna wisq illum. (tibda tirranġa l-kamra, tiżbarazza, tirranġa siġġijiet f’posthom eċċ)

MARTIN

B’moћћna, ruћna u kull ma gћandna.

ĠANNI

Il-karrozza se ddaћћalha gћada?

MARTIN

Gћadni ma kellimtux. Filgћodu nċempillu.

ĠANNI

Jekk Alla jrid inqumu.

ERSILIA

Gћaliex le? Il-palkett tridu mixgћul aktar?

ĠANNI

Le. Tista’ titfih. Il-ġimgћa d-dieћla naraw.

ERSILIA

(titla fuq il-palkett) Mela nistgћu nibdew inżarmawh ukoll. (titfi l-lampa, tibda tteftef fih, drapp, biċċiet żgћar li jinqalgћu, eċċ)

MARTIN

Gћidli ћaġa, missier. Il-pont li tћobb issemmi...

ĠANNI

Il-pont taz-zonqor li jieћdok f’art fejn ma jaћkimx iż-żmien.

MARTIN

Hu xejn diffiċli biex tibnih?

ĠANNI

Lanqas xejn.

MARTIN

Forsi trid ћafna sabar biex tibnih?

ĠANNI

Wisq anqas. Kapaċi jibnih kulћadd, u inqas ma jinbena b’sabar iktar jinbena sod u qawwi.

MARTIN

Gћaliex?

ĠANNI

Gћax gћall-art l-oћra ngћaddu meta nitilfu s-sabar...

MARTIN

Nitilfu s-sabar?

ĠANNI

li nћallu d-dinja ddur fuq fusha, li ġisimna jkompli miexi bil-pass dgћajjef tiegћu fit-taћsir li jrid jgћaddi minnu, li rridu naslu x’imkien gћada meta bilkemm nafu fejn aћna llum...

MARTIN

U allura, Pà, dan jgћaddina gћan-naћa l-oћra?

ĠANNI

Iva, qabel iż-żmien.

MARTIN

Dan kollu gћax inkunu qed ngћaġġlu ż-żmien?

ĠANNI

Hekk hu. Gћax inkunu qed nagћmlu minn kollox biex naћarbu miż-żmien, biex neћilsu minnu, u bla ma nafu nkunu dejjem qegћdin inqarrbu iktar lejn dik l-art fejn iż-żmien ma jaћkimx.

MARTIN

(jehwden) Biex ngћaddu minn fuq il-pont taz-zonqor lejn l-art fejn iż-żmien ma jaћkimx.

ERSILIA

(nieżla minn fuq il-palkett) Jien sejra nippreparalkom l-ikel.

MARTIN

Le, Ersilia. Oqgћod hawn, gћandi bżonnok. (ERSILIA terġa’ lura. MARTIN imur jimxi mxengel u joqgћod bilqegћda fuq is-siġġu f’nofs il-palkett, jehwden)

Minn fuq il-pont zonqri lejn l-art fejn m’hemmx żmien. Pŕ, jaqaw ommi hemm qegћda?

ĠANNI

Iva, ibni, hemm qegћda, fuq dik in-naћa tistenniena lkoll.

MARTIN

U n-nanna Gerit, ukoll?

ĠANNI

(imbikkem) Iva wkoll, Martin.

MARTIN

Mela kulћadd qasam il-pont taz-zonqor u qiegћed ma’ Martin u Katrin.

ĠANNI

Ma’ Martin u Katrin? X’int tgћid, ibni?

MARTIN

Ludher u Bora, le?

ĠANNI

Von Bora. U xi darba inkunu magћhom aћna wkoll, tafx?

MARTIN

Wara li ngћaddu minn fuq il-pont taz-zonqor lejn l-art fejn ma jaћkimx iż-żmien, hux, Pŕ?

ĠANNI

Iva, ibni, hekk hu. Imma issa strieћ, ejja nitilgћu fuq, anki jekk inġibulek l-ikel f’nofs ta’ lejl.

MARTIN

(jokrob u jehwden) Ersilia, ejja ћdejja, żommli idejja.

ERSILIA

Hawn, Martin. (taqbadlu idu b’id waћda u bl-oћra tmellislu spalltu) Ejja nagћmlu kif qallek missierek u nitilgћu fuq.

MARTIN

(jibqa’ bilqegћda) Ommi, ommi. Allura ommi diġà qasmet il-pont?

ERSILIA

U isa. Jekk trid li nitkellmu bћal missierek.

MARTIN

Mela Ersilia, mqar gћal-lejla biss, trid toqgћod flok ommi?

 

ERSILIA tieћu nifs qawwi u tgћolli gћajnejha ’l fuq fid-direzzjoni ta’ l-udjenza. Fl-istess waqt ĠANNI jћares ’l fuq lejn id-direzzjoni tar-raba’ sular mnejn kont tidћol gћalghand GERIT. In-noti tal-mota tal-Knisja ta’ l-Ingliżi jitqawwew sew hekk kif jingћalaq is-siparju u jistgћu wkoll jibqgћu sejrin hekk gћal xi ftit tal-ћin wara li dan jingћalaq, forsi sakemm tispiċċa l-mota.

   
 

(Siparju finali)

 

HomeDrammRadioplay