LUDHER
ATTURI
ĠANNI
Armel fuq il-ћamsin, b’rabta qawwija ma’ ommu. Xagћar griż u troffa daqna bajda fil-quċċata ta’ kardigan li jinqafel bil-buttuni minn quddiem, t’isfel nett dejjem miftuћa. Jitћaddet bis-sabtiet gћax irid ifiehem.
MARTIN
Tmintax, in
telliġenti, enerġiku, dejjem lest biex jaћfen id-dinja bil-pala l-leminija. Xagћar imћabbel, igerwel ћsibijietu, leћnu qiesu tiela’ mill-bokkla taċ-ċinturin.KATRIN
B’wiċċ qawwi ta’ soru mqarba, gћandha d-don tal-ћeffa. Ma tifhimx mal-ewwel imma taf tagћrbel, u tћobb. Ma’ Martin tiġri, mhux timxi, t-tnejn id f’id qishom qed jiskejzjaw fuq is-silġ. Weћidha taf tkun xi ftit ћosbiena.
LEO
Gћażeb, erbgћin u fuqhom. Gћadu jridha ta’ playboy, perт jaf ikun ukoll rasu fuq gћonqu. Jilbes jeans, imma jż
omm ruћu pulit fl-istess ћin. Kumplimentuż fil-mossi tiegћu, dejjem bil-gћan li se jikseb xi ћaġa.TERESITA
Sinjorina, madwar ћamsa w tletin, tilbes klassiku, b’xeћta qawwija ta’ integritа, imma min tassew jafha jkemmex xofftejh. Fl-istess ћin prudenti, imma tkun qed taћbi sentimenti oћra, x’aktarx ribelluż
i. Taf tkun kategorika wkoll.ERSILIA
Tgћin f’dar Ġanni, dejjem liebsa pulit, b’fardal żgћir b’burdura tal-bizzilla. Dieћla u ћierġa fil-kamra tara li ћadd ma jonqsu xejn. Id-dar kollha ddur fuq il-fus tat-toppu tagћha, li jżomm magћqud b’żigarella kaћla li tasal sa l-gћoqda tal-qafla tal-fardal fuq dahra.
GERIT
In-nanna li tinstema ћafna imma ma tidher qatt. Tikkontrolla d-dar mill-kamra ta’ fuq, tamar lil Ġanni u lil Ersilia li, gћax trid tingћoġo
b, twettaq minnufih. Home – Dramm – Radioplay