LUDHER
DAĦLA
Id-dramm kollu jiżvolġi f’temp ta’nofs ta’ nhar, wara l-ikla tal-Ħadd, fis-salott ta’ familt Ġanni. Id-dћul mix-xellug tal-palk iwassal mill-bieb ta’ barra, u dak mil-lemin mill-kmamar l-oћra tad-dar u mit-taraġ li jagћti gћal fuq.
Xi daqqiet jinstema’ jdoqq l-Arloġġ tat-Torok, sew biex jagћti idea ta’ xi dar sinjorili fil-qalba tal-Belt Valletta, sew biex jimmarka l-mogћdija taż-żmien, ukoll jekk xi drabi b’tokki żgarrati.
Mġenneb fir-rokna ta’ ġewwa tax-xellug, hekk kif tidћol min-naћa ta’ barra, hemm palkett, xi pied-u-nofs gћoli mill-art, li titla’ gћalih mill-ġenb bi tliet tarġiet min-naћa tan-nofs tal-palk. Gћandu saqaf jistrieћ fuq erba kolonni indurati u jinsab imdawwar b’balavostri żgћar miżbugћin bil-porporina. Rikk kemm jista’ jkun gћax dak li qed jiġi rreċtat fuqu gћandu valur u hu msejjes fuq l-istorja. It-tidwil jiġi sew minn ġol-palkett nnifsu sew minn barra, u hemm fanal b’xemgћa ћajja (jew biż-żejt) li jiddendel mas-saqaf minn nofs il-palkett.
Home – Dramm – Radioplay