Henry Holland Henry Holland, imwieled il-Furjana fil-11 ta’ Ġunju, 1957, huwa wieħed mill-awturi l-iktar interessanti li għandna f’Malta llum. Il-ktieb tal-poeżiji tiegħu L-Artist tat-Trapiż (1996) jipproponi stil ġdid ta’ kitba, lingwaġġ poetiku ġdid, bħallikieku l-lingwa tal-bar daħlet fil-poeżija biex iġġeddidha u ġġedded lilha nfisha, l-aktar permezz ta’ metafori qawwijin li ma jintesewx malajr minn dawk li jaqrawhom jew jisimgħuhom.
|
|
|
Liema
taħseb li huma l-kittieba jew artisti oħrajn li
influwenzaw l-aktar il-kitba tiegħek?
Għadni
ma ktibtx daqstant biex forsi wieħed jista’ jara xi influwenza
ovvja jew determinanti fix-xogħol tiegħi. Naħseb iżda
li f’L-Artist
tat-Trapiż
hemm
bħal ton in ġenerali li huwa dak ta’ l-ironija. Din naħseb
trawmet fija permezz tal-qari li għamilt meta kont nistudja
il-letteratura Ingliża l-Università. Naħseb ukoll li l-qari li
jkun wieħed għamel f’żgħożitu jibqa’ miegħu
u għalhekk hemm xi traċċi tal-pessimiżmu ta’
Leopardi u Giovanni Verga li studjajt is-‘sixth form’. Wisq iktar
pero’ hemm, għal darb’oħra, l-ironija li tinsab u li sibt
fin-novelli ta’ Chekhov u James Joyce. X’inhuma
l-kwalitajiet li jolqtuk l-aktar f’Seamus Heaney u Philip Larkin?
F’Seamus
Heaney il-preċiżjoni, it-tħaddim tal-metafora f’waqtha,
is-senswalità, u l-effett aħħari ta’ kull poeżija tiegħu,
effet li jkollok bħal tistagħġeb kif donnu bla ebda sforz
laqat il-musmar fuq rasu. Ma nafx il għala jtini impressjoni wkoll li
huwa raġel tajjeb, sensittiv u koerenti. P. Larkin jiffoka fuq il-ħajja
ta’ kuljum u fil-lingwaġġ ta’ kuljum jgħid dak li hu,
mingħajr xinxilli, mingħajr kompromessi, anke jekk dak li hu, hu
terribbli. Kuraġġuż immens, akkost li jiġi mibgħud.
Tippreferi
tikteb il-poeżiji jew l-istejjer?
Ma
naħsibx li hi
kwistjoni ta’ preferenza. Jekk l-ispunt, hu x’inhu, huwa
poetiku, tinkiteb poeżija; jekk fl-idea hemm forma, anke minima,
ta’ xi ‘plot’ jew in-neċessità ta’ żvolġiment
narrattiv, toħroġ bil-mod il-mod, storja. Biss fl-istorja
nnifisha jista’ jkun hemm elementi poetiċi, simboliċi, u
l-bqija.
Meta
bdejt tikteb?
Sewwa
sew ma nafx. Pero’ li ngħid l-istejjer jew nikteb l-esejs l-iskola
dejjem għal qalbi. Naħseb li bdejt nikteb b’mod
“letterarju” meta kelli sittax-il sena.
Għaliex
tikteb?
Domanda
diffiċli immens. L-ewwelnett nemmen fil-bżonn tal-bniedem li
jikkomunika. Kull forma ta’ letteratura, fl-opinjoni tiegħi, hi
forma ta’ komunikazzjoni, jew għallinqas, attentat. ċertu
poeta Paul Celan jiddeskrivi dan l-attentat bħala “a message in a
bottle”. Jista’ jasal jew jista’ ma jasalx. Wieħed dejjem
jispera li jasal. U l-konsegwenza? Ebda kittieb, għallinqas modern,
ma jrid jgħallem jew jippriedka. għallinqas pero’ jista’ jiċċaqlaq.
Dan iċ-ċaqliq naħseb li huwa neċessarju. Taħseb
li jista’ jiġi żmien meta ma tibqax temmen fil-letteratura jew
fil-bżonn li tikteb?
Dan
huwa proċess. Jekk kittieb m’għandux xi jgħid aħjar
ma jikteb xejn. Dment li wieħed jibqa’ jħoss li għandu bżonn
jew jista’ jgħid xi ħaġa, għandu jikteb. Jekk xi
darba fil-futur, il-letteratura tisparixxi naħseb li allura sinjal li
m’għadx hemm bżonnha. żgur pero’ li jinħolqu forom
oħra ta’ espressjoni artistika. Kulħadd jaf li, pereżempju,
il-film hu l-arti predominanti ta’ żmienna.
X’inhu
x-xebh, u x’inhuma d-differenzi li tara bejn l-ewwel poeżiji li
ppublikajt f’NISĠA u
l-poeżiji ta’ L-ARTIST
TAT-TRAPIŻ?
Il-pubblikazzjoni
NISĠA kien xogħol
kemmxejn mgħaġġel. Ma jiddispjaċini xejn li
ppubblikajt fih iżda ċertu xogħol naħseb li ma
nippublikahx issa. Hemm ċertu diżattenzjoni fi wħud
mill-poeżiji u element ta’ ‘self indulgence’ li xi traċċi
tiegħu jinstabu wkoll f'L-Artist
tat-Trapiż. F’dan ta’ l-aħħar ippruvajt inkun aktar
preċiż. Ippruvajt bħal speċi nneħħi x-xaħam
żejjed u nħalli l-muskolatura tidher aktar. Meta
tikteb tfittex l-innovazzjoni lessikali u stilistika? Tfittex li tikteb
dwar temi u realitajiet li tħoss li ħaddieħor ma ttrattax?
Ma
naħsibx li dan iseħħ għal kollox b’mod premeditat.
Il-forma u l-istil joħorġu mill-bżonnijiet ta’ l-idea
fiha nnifisha. Dak li trid tgħid jurik hu stess kif għandek tgħidu.
Dwar temi u realtà naħseb li r-realtà ta’ kull bniedem hi realtà
unika għall-individwu stess u għalhekk hi differenti minn ta’
ħaddieħor. Bħala temi naħseb li dawn jinqasmu fi
tnejn: it-temi ta’ perjodu partikolari, storiku u l-post, allura fil-każ
tiegħi, Malta bejn l-aħħar tas-seklu 20 u l-kumplament u,
it-tieni, it-temi biex ngħid hekk universali: l-imħabba,
il-mewt, Alla, eċċ. Kieku
kellek issemmi xi preġji u xi difetti tal-letteratura Maltija ta’
llum xi ssemmi?
Irrid
noqgħod attent hawnhekk għax miniex kritiku. Forsi xi kultant
nieħu l-impressjoni li għax kitba hi bil-Malti, allura ma tiġix
ikkritikata kif suppost i.e. li wieħed jara l-valur intrinsiku
tax-xogħol. Preġju ewlieni hu li ħafna kittieba wrew,
permezz tax-xogħol tagħhom, li l-Malti jista’ jintuża bħal
kull lingwa oħra biex tesprimi ruħek u li huwa xejn inqas
mill-Ingliż, mit-Taljan, u l-bqija
X’sehem
tipprova tagħti lill-metafora fil-poeżija tiegħek?
Il-metafora
hi sa ċertu punt il-qofol tal-poeżija. Jien, personalment, noqgħod
attent li l-metafora, jew il-lingwaġġ metaforiku, nintegrah fit
tħaddin tal-poeżija stess. Ma tantx jogħġbuni (biex ngħid
hekk) metafori “diffiċli”, jew metafori li jersqu lejn is-simboliżmu
(jew simboliżmu żejjed).
F’liema
mumenti l-aktar li tikteb? Normalment x’inhu l-punt tat-tluq: kelma,
idea, wiċċ, esperjenza, l-ewwel vers?
Naħseb
li semmejt diversi punti tat-tluq. Interessanti wkoll li tkun għaddejt
minn xi esperjenza, imbagħad wara xi żmien, ġieli anke sitt
xhur wara, xi ħaġa tfakkrek fiha u ttik l-ispunt għall-kitba.
Eżempju ta’ dan hi “Poeta
Irlandiż”, f’L-ARTIST
TAT-TRAPIŻ. Biss il-mument propizju ta’ meta nikteb huwa
teoretikament, il-ħin kollu.
X’importanza
għandu l-ewwel vers fil-kitba tiegħek?
L-ewwel
vers huwa fundamentali kemm għall-qarrej kif ukoll għall-kittieb
stess. Ġieli fl-ewwel vers ikun hemm ippressat, biex ngħid hekk,
il-bqija tal-poeżija kollha. Huwa forsi l-aktar vers diffiċli għax
jorbot mal-mument tan-nebħa. Nixtieq pero’ nenfasizza li aktar
milli l-vers, li kull kelma għandha l-importanza tagħha.
X’inhuma
l-proġetti letterarji tiegħek għall-ġejjieni?
Li
nkompli nikteb jew naħdem fuq il-poeżija. Qiegħed ukoll
nispiċċa numru ta’ novelli u bdejt forma ta’ “djarju”
fuq it-tfulija tiegħi. Temmen
li l-awturi Maltin jistgħu, jew għandhom, jaħdmu flimkien?
Kif, konkretament?
Aktar
milli jaħdmu flimkien jew joħolqu xi “skola”, naħseb li
jkun tajjeb li jiddiskutu fuq ir-radju, gazzetti eċċ. u anke
pubblikament, ix-xogħlijiet tagħhom. Jistgħu jsiru xi forma
ta’ ‘symposium’ jew sempliċi laqgħa fejn il-kittieba
jiddibattu fuq dak li nkiteb kemm fil-passat u fil-preżent.
Taħseb
li l-kittieba Maltin għandhom sehem bħala kummentaturi tas-soċjetà
Maltija u dinjija?
Kull
kittieb huwa kummentatur, tas-soċjetà u tad-dinja għax huwa
parti minn dik is-soċjetà partikolari u tad-dinja in ġenerali.
Pero’, jekk huwa kittieb il-kummenti tiegħu jridu jkunu imwaħħdin
u maħdumin fil-kitba tiegħu. Verament li l-letteratura m’għandhiex
dak l-effett immedjat bħall-ġurnal iżda m’għandhiex
lanqas is-superfiċjalità u l-għaġġla ta’ kummenti
magħmulin “ad hoc”.
Kemm
taħseb li l-kitba tiegħek hija ħielsa, jew marbuta, ma’
l-ideoloġiji li jiddominaw ħajjitna llum?
Hawn
min jgħid li ż-żmien ta’ l-ideoloġiji spiċċa.
The End of History bħalma
jsostni Fukuyama fil-ktieb ta’ l-istess titlu. Bħala ideoloġija
politika m’għandix. Is-simpatija tiegħi huma ma’ dak kollu
li hu uman. (Fil-poeżija “Il-Katidral”
il-punt anti-ideoloġiku huwa enfasizzat.
It-tfulija
hija tema importanti għalik: għaliex?
It-tfulija
għalija hi tema importanti ħafna. Jew aħjar l-importanza
tagħha mhix fiha nnifisha iżda sservi bħala sors, jew għajn
li ma jispiċċa qatt. L-esperjenzi, is-sensazzjonijiet
tat-tfulija jibqgħu miegħek u naħseb li jsawru ħafna
mill-karattru ta’ dak li jkun. Vjaġġ lura lejn it-tfulija hu
vjaġġ lura lejn l-oriġini biex ngħid hekk. Adrian Grima Ħajr lil
Ramona Vassallo
Marzu 2000 |
||