kastellan

simone inguanez

 


ghaliex ragel tal-bahar imdejjaq, ghid, ghaliex dalam f’ghajnejk u tahthom … u s-skiet, dan is-skiet hoss ta’ gawwi bi nghas?

kastellan

kastellan, wiegeb, habbattlek.

ghaliex sakkart?

waddab xaghrek gharqan, l-ugigh sieket tieghek jittiehed. ha nidhol ha nfejqek ha nfieq. int tassew gzira. imma l-mewg wasal s’hawn, kollu raghwa u krib u heddilni. 

heddilni

intlaqt u heddilni ghaliex?

hlomt bik ragel skur ghajnejk bjar. titla’ minnhom ix-xemx, tiddi l-melh fis-salini imperfetti imprecizi. mhux ilma qieghed, mhux hama, mhux bwiel u nemus - fejn tmur taqla’ x-xorb fejn bahbaht tant wegghat li ma nafx (jien ma nafx, inhoss biss).

ËËË

u l-lejla l-bahar ma hallinix, ma ridnix. nokrob u nilheg u nterter. jibqa’ jrid dal-mewg skur, u r-rima, il-qlugh u hoss l-ankri. hoss l-ankri, isimghu:

hsejjes ta’qabar jithammel

u l-istennija

u l-biza' ta’ l-ewwel xeghira twerziqa kundanna mfahhxa tikwi

baghal alla

u t-tieni u t-tielet

ghaliex hallejtna ghaliex?

inhobbok

ha nigi mieghek

halluni

u l-fjuri li qtajna, biex dfinna, u l-kurcifiss u l-incens.  buttuni ssikkati se jtiru.

tbaxxa

li ma jihdukx f’ghajnek

li ma jihduhx f’ghajnek

u l-ghenuq kamla.

u harsiet ghajnejk homor cassi, imdemmghin imma cassi. 

ËËË

u issa tifel, qalziet qasir, xaghru mqarwza. jipprova jigri. joghtor fil-blat. missier aljenat.

ËËË

u int kastellan fuq il-gzira, bla dghajsa li xtaqt

jien nintelaq u ejja

jekk trid niehdok jien. imbaghad nitlaq.

bahar ic-caghaq

id-29 ta' lulju 2001

 

© simone inguanez

Għall-Ewwel Paġna