Workshops għal Kittieba Nisa

Inizjamed qed tħejji sensiela ta’ erba’ workshops ta’ kitba kreattiva bil-Malti għal kittieba nisa jew nisa li jixtiequ jibdew jiktbu b’mod kreattiv. Kull workshop ħa jħares lejn temi varjati u interessanti u jinvolvi l-parteċipanti kollha f’taħriġ prattiku. Maria Grech Ganado (fir-ritratt), li tgħallem il-Letteratura Ingliża fl-Universitŕ ta’ Malta u għadha kemm ippubblikat it-tieni ktieb tagħha ta’ poeżiji bil-Malti, se tkun preżenti biex tagħti direzzjoni kritika lill-workshops.

L-erba’ sessjonijiet ta’ sagħtejn il-waħda se jsiru fil-Cafč Boccaccio, Couvre Porte, il-Birgu, nhar ta’ Tnejn bejn is-6.30pm u t-8.30pm, f’dawn id-dati:

·      is-17 ta' Diċembru, 2001

·      il-21 ta' Jannar, 2002

·      il-11 ta' Frar, 2002

·      l-4 ta’ Marzu, 2002

Minħabba n-natura tal-kors, il-postijiet huma limitati. Jistgħu japplikaw nisa ‘l fuq minn tmintax-il sena, anki dawk li qatt ma kitbu letteratura qabel. Il-ħlas għall-erba’ workshops huwa ta Lm10.

Il-koordinazzjoni ta’ dan il-kors ta’ Inizjamed tinsab f’idejn Karen Vella u Simone Inguanez. Min jixtieq aktar taghrif jista’ jikteb lil Karen Vella f’dawn l-indirizzi:

inizjamed@email.com jew karin@maltanet.net, jew iċempel fuq in-numru 7970 4058.

Dawk in-nisa li jixtiequ jieħdu sehem huma mitluba biex minnufih jibagħtu d-dettalji tagħhom bil-miktub (isem, indirizz postali, numri tat-telefon u email) u ċekk ta’ Lm10 lil “Inizjamed” f’dan l-indirizz: Maruska, Triq il-Koppla, il-Fgura. PLA 16

Għal aktar tagħrif dwar Inizjamed ara l-website http://inizjamed.cjb.net

 

Inizjamed

Is-6 ta’ Diċembru, 2001

 

 

 

Għall-Ewwel Paġna | Back to the English Page