Bil-Flus Tista' Tagħmel Triq fil-Baħar


Inkella tinvesti fil-kummerċ ġust

 

Il-flus li tinvesti bħala membru sħiħ fil-Koperattiva Kummerċ Ġust jintużaw biex aktar ħaddiema żvantaġġati fin-Naħa t'Isfel tad-dinja jingħataw ħlas xieraq għall-prodotti li jagħmlu skond ir-regoli tal-kummerċ ġust. 

 

Bħala membru int tista' tingħaqad ma’ numru dejjem jikber ta’ Maltin li qed jgħinu lil dawn il-ħaddiema foqra jgħixu ħajja aħjar u jtejbu l-edukazzjoni, is-saħħa u l-istrutturi soċjali tal-komunitajiet tagħhom. 

 

L-investiment tiegħek fil-koperattiva jgħinna nilħqu l-għanijiet tagħna, fosthom li:

  • Inżidu s-sehem tal-kafè ġust mis-suq lokali tal-kafè b'għaxar darbiet fi żmien 3 snin

  • Fi 3 snin immexxu proġetti edukattivi f'mill-inqas għaxar skejjel sekondarji

  • Fi 8 snin niftħu ħanut tal-kummerċ ġust f'post iktar ċentrali minn dak li għandna llum  

Sabiex nilħqu dawn l-għanijiet u nkomplu l-kampanji edukattivi li jsiru matul is-sena kollha, għażilna li ninvesti fix-xogħol ta' l-ewwel żewġ ħaddiema fuq bażi part-time. Nemmnu fil-kummerċ ġust u f’dak li qegħdin nagħmlu. U int?

 

Bħala membru int tista' tinvesti minn Lm5 'il fuq. Tista' tinvesti Lm20, jew Lm50 jew Lm1000. M'hemmx limitu. U jekk ikollok bżonnhom, tista' tieħu flusek lura. 

Għal formola tas-sħubija jew għal aktar informazzjoni tista':

  • tkellimna waqt xi waħda mill-attivitajiet pubbliċi tagħna

  • tikteb lill-kkg@maltaforum.org - l-arka@maltaforum.org

  • iżżur il-ħanut L-Arka, 306, Triq San Pawl il-Belt

  • iċċempel fuq 2124 4865 jew 2131 5562.

16.11.03

 


Għall-Ewwel Paġna