Mal-bidu ta' Jannar il-qasam taghna jinza mill-libsa tieghu tal-Milied biex minflok jibda jahseb ghal zmien il-Ghid. Mhux facli li zzarma kollox f'Gimgha biex imbaghad ghall-Gimgha ta' wara tibda tahseb ghall-Gimgha l-Kbira. Dak li gralna din is-sena meta l-kalendarju uriena li l-Ghid kien gej kmieni aktar mis-soltu u ghalhekk ridna mmiddu ghonqna mill-ewwel ghax-xoghol marbut mal-Mejda ta' l-Appostli maghrufa ahjar minna bhala Ic-Cena tas-Sinjur. Il-preparazzjonijiet jibdew sa minn 9 gimghat qabel. Din ic-cena issa ilha ssir ghal dawn l-ahhar 14-il sena u f'kull wahda inhadem set-up gdid li bla ma trid tidhol fl-ambjent tal-grajja tat-twaqqif ta' l-Ewkaristija ta' elfejn sena ilu. Kostruzzjoni li tinhadem permezz tal-hadid, injam, gablo, zebgha, dwal, purtieri, tapiti u fl-ahhar u mhux l-inqas l-istatwi life-size ta' l-Appostli xoghol tan-naduri James Azzopardi li zzanznu kollha is-sena l-ohra. Ghal din il-bicca xoghol iz-zghazagh taghna jidhlu b'determinazzjoni u b'dedikazzjoni kbira biex kollox isir b'reqqa kbira. L-oggetti tal-fuhhar, l-ikel u x-xorb ikompli jaghti l-hajja lil din il-wirja li bla ma trid thossok qed tghix din l-esperjenza flimkien ma' l-Appostli meta Gesu' waqqaf is-sagrament ta' l-Ewkaristija.

Din il-Wirja tinfetah minn Mons. Arcipriet nhar Hadd il-Palm fil-ghodu u l-wirja tibqa' miftuha matul il-Gimgha Mqaddsa kollha fejn Hamis ix-Xirka tibqa' miftuha sal-11 ta' bil-lejl u nhar il-Gimgha l-Kbira tibqa' miftuha l-gurnata kollha.

Waqt li fis-sular t'isfel ikun ghaddej dan ix-xoghol kollu, fuq il-palk ikun ghaddej dak kollu marbut mal-Play li issa saret uzanza li tittella' fil-vaganzi ta' l-Ghid. Bhal kull play ohra, hemm hafna xoghol marbut max-xenarju, kostumi, recordings u fl-ahhar imma mhux l-inqas il-provi. Il-play ta' din is-sena ggib l-isem ta' Min Jitwieled Tond, taht id-direzzjoni ta' Peter Paul Portelli, waqt li l-kitba hija ta' Anton Mercieca. F'din il-play hemm kast pjuttost imdaqqas b'numru ta' atturi zghar, uhud minnhom l-ewwel darba li sejrin jirrectaw fuq il-palk. Ghal din il-play sejjer jizzanzan ukoll is-sistema tad-dawl tal-palk li gie wkoll integrat mad-disinn tas-sala l-gdida. Din il-play ser tittella' darbtejn kif avzat fir-rokna ta' l-ahbarijiet.

Imma dan mhux biss. Bhalissa ghandna wkoll hames timijiet ta' tfal li qed jippreparaw bi shih ghall-Quiz Isma'; Qis, Aqta', li huwa marbut mal-fuljett ta' l-istudenti, Nimxu Id F'id. Dan il-quiz ser jittella' fil-gimgha ta' qabel il-Gimgha Mqaddsa (18-21 ta' Marzu). Barra premjijiet lir-rebbieha, it-tim rebbieh ser ikollu l-unur li jinkoruna l-istatwa tal-Madonna fil-Manifestazzjoni Marjana li ssir fl-ahhar ta' Mejju.

Dan minbarra d-diversi attivitajiet fosthom tournaments tal-football, il-league tal-football ta' nhar ta' Gimgha, il-passiggati ta' nhar ta' Hadd kif ukoll attivitajiet u programmi li jsiru minn zmien ghal zmien. U malli jghaddu l-vaganzi ta' l-Ghid nibdew nahsbu ghal dak li gej wara!