Dun Gorg 1907 u ftit qabel

Dun Gorg, sacerdot novell, aktarx ta sahha dghajfa, li ftit xhur qabel kienu hasbu li kellu jmut bla ma jiehu l-Quddiesa, holom holma. Hasbuh vizjunarju ghax f'holmtu xtaq li d-dinja kollha tisma' u timxi wara t-taghlim tan-Nazzarenu. X'seta' jaghmel bniedem wiehed? Imma Dun Gorg emmen li min nissel f'qalbu l-holma kien ser ighinu biex din ma tibqax holma.

L-Ewwel Oqsma

Gabar madwaru ftit guvintur. Habbhom, ghallimhom u nebbet f'qalbhom imhabba ghal Gesu'. U frott din l-imhabba fawret il-hegga li jitwassal il-messagg ta' Gesu' fil-qalb tat-tfal u z-zghazagh li donnu hadd ma kellu hin ghalihom. Infethet fil-Hamrun l-ewwel Dar tad-Duttrina li Dun Gorg sejhilha Qasam. Qasam.....ghax fih kellha tinzera' z-zerriegha tal-kelma t'Alla u Dun Gorg kellu fiducja shiha li din ma kellhiex tibqa' wehidha.....bla frott.

Liz-zghazagh ta' madwaru Dun Gorg offrielhom sfida. Sfida spiritwali. Riedhom ikunu lesti jbatu ghal Dak li kienu jghidu li jhobbu. Holmtu saret holmiethom. Bdew minn jeddhom imorru f'irhula ohra biex jifthu oqsma godda.

Ferah Dun Gorg meta xi hadd sejjah lill-Qasam tad-Duttrina Museum. Kif xtaqu jkun! Post fejn jinzammu l-eghzez affarijiet. U x'hemm iktar ghaziz mill-Kelma tal-Mulej Gesu'. Bil-kelma MUSEUM sejjes il-motto tas-Socjeta' "Mghallem.....li kieku d-dinja kollha timxi wara l-Vangelu".

Barra centri ta' taghlim, Dun Gord ried li l-Oqsma Museumini jkunu djar ta' formazzjoni u talb. Emmen li hadd ma seta' jaghti minn dak li m'ghandux. Ghalhekk xtaq li l-membri jiltaqghu kuljum wara li jkunu ghallmu d-duttrina biex huma wkoll jitghallmu u hekk il-messagg li jwasslu jkun f'waqtu.

Originali

Dun Gorg kien originali. Nissel hafna devozzjonijiet godda. Xerred l-qima lejn il-kliem 'Verbum Dei' u lejn San Mikiel; sensel cerimonji qosra imma mimlija qawwa lejn il-Wicc ta' Kristu u lejn il-Pjagi Tieghu; kiteb programmi ta' gieh lill-Madonna, San Gwann Battista u San Guzepp; fassal lezzjonijiet fil-berah - li hu sejhilhom Sajdiet Museumini; u hareg bl-idea li saret parti mill-folklore ta' pajjizna.....il-Purcizzjoni tal-Bambin. Ghallem bil-kelma u bil-kitba b'mod li deher barra minn zmiehu. Illum napprezzawh iktar. Ghall-ispirazzjoni ta' zghozitu Dun Gorg ddedika hinu.....butu.....hajtu.

Ghadu Fostna

Dun Gorg miet fis-26 ta' Lulju 1962 fl-eta' ta' 82 sena u 5 xhur. Izda holmtu ma mititx mieghu. Is-Socjeta' li waqqaf ghadha hajja u dan l-ahhar firxet hidmietha lil hinn minn xtutna. Jalla l-Mulej ikompli jixhet fuqha l-barka tieghu biex b'hidmietha, isem Gesu' ikun maghruf u mahbub minn numru ikbar ta' qlub.....mhux biss maltin izda wkoll barranin.