SKRUG
Qasam bi storja twila tal-Palk warajh esperimenta wkoll fil-qasam tal-Musicals u dan b'rizultati sbieh. L-ewwel musical li ittella' kien fil-Milied ta' l-1999 bhala parti mill-attivitajiet tal-Millenju l-Gdid. Il-produzzjoni kienet kollha f'idejn il-membri tal-qasam taghna. Il-kliem kienu ta' Joe Camilleri, muzika u arrangament muzikali ta' Antoine Theuma u direzzjoni ta' Mark Azzopardi. Ir-recordings saru kollha minn John Mercieca mghejjun minn Blasio Muscat. Ghal dan il-musical saru bosta kostumi godda, xenarju gdid, brochures u cd's kif ukoll wirja ckejkna li ttellghet f'Awissu biex tippromuovi dan il-musical. Is-suggett kien il-grajja ferm maghrufa ta' Charles Dickens "A Christmas Carol". Ahna tajniha l-isem SKRUG - Sawwar Karattru Responsabbli U Generuz, b'kast ta' aktar minn 40 ruh. Dan il-Musical ittella' fil-Knisja nhar il-Milied fil-ghaxija, darbtejn fis-sala tal-Museum u darb'ohra taht it-tinda fi Pjazza Indipendenza. Huwa kkalkulat li dan il-musical rawh madwar 2000 ruh fl-erba' rapprezentazzjonijiet li saru.


O Lejl ta' Skiet
Ghall-Milied tas-sena 2000 sar musical iehor - O Lejl ta' Skiet - bbazat fuq l-istorja ta' kif twieled l-ghanja tant popolari tas-"Silent Night". Anke din id-darba il-kliem kienu ta' Joe Camilleri, muzika ta' Antoine Theuma u direzzjoni ta' Mark Azzopardi. Din id-darba l-grajja kienet ambjentata fl-Awstrija. Riedu jinhietu kostumi godda, xenarju gdid u sintendi recording gdid. Anke hawn saru brochures u cd's ghal dawk li riedu jakkwistaw kopja. B'kast ta' aktar minn 40 ruh, dan il-musical ittella' 4 darbiet wkoll, fil-Knisja Parrokjali, fil-Museum (darbtejn) u fis-Sala tal-Liceo r-Rabat Ghawdex.



Tama li Rebhet
Fil-Milied ta' l-2002 ittella' Musical iehor bl-isem TAMA LI REBHET imsejsa fuq il-Ktieb Whistle Down The Wind ta' Mary Hayley Bell. Il-muzika kienet ta' Antoine Theuma u l-kliem kien ta' Joe Camilleri. Id-direzzjoni kienet f'idejn Mark Azzopardi. Dan il-musical kien jinkludi l-akbar kast li qatt kellna - b'kollox 60 meta wiehed jghodd ukoll lil dawk li hadmu wara x-xeni. Il-grajja kienet titratta dwar prigunier li harab mill-habs u li sab kenn gewwa remissa. Wara li jsibuh it-tfal ta' familja fqira u li jahsbuh li huwa Gesu' dawn iwieghdu lil xulxin li ser jibqghu jiehdu hsieb lil 'Gesu'' u jharsuh mill-kbar. Fl-istess hin mil-madwar kienet qed issir tfittxija kbira sabiex jinstab dan il-prigunier perikoluz. Il-Musical intghogob hafna u dan xehduh l-udjenza kbira li attendiet xi wahda mill-prezentazzjonijiet li saru kemm fil-Knisja Parrokjali, fis-Sala tal-Museum kif ukoll Sala Ninu Cremona gewwa r-Rabat Ghawdex. Hemm il-hsieb li dan il-musical jintwera fuq TVM ghall-Milied tas-sena 2003.