Kif Beda Il-Qasam tan-Nadur


Il-Museum fin-Nadur

Kollox imn.Alla jghid il-qawl.  Emanuel Bianco, zaghzugh Hamruniz iddispjacih meta matul il-gwerra baghtuh jahdem fl-Isptar t'Ghawdex.  Kien ser isib ruhu boghod mill-familja u l-hbieb. U boghod mis-socjeta' li hu tant kien ihobb....is-Socjeta' tal-Museum. Kontra qalbu kellu jaccetta. Izda flok qaghad jibki xortih, ghazel li jibda jahdem biex inissel f'Ghawdex is-socjeta' Museumina...... sezzjoni maskili ghax il-bniet kienu ilhom li bdew.  Ha parir......thabat......gera......stinka u fl-ahhar, fl-1942 infetah l-ewwel Qasam tas-subien fir-Rabat. Kienet l-ewwel zerriegha.


L-Ewwel Frott

Hidmet il-Museum bdiet tinhass u rhula ohra xtaqu li jkollhom wkoll is-Qasam Museumin.  Infethu l-oqsma tax-Xewkija u tal-Qala imma qalb is-Superjur Bianco kienet ikbar minn daqshekk. Ried ikompli jifrex hidmet il-Museum u holom bin-Nadur. Kienu zminijiet iebsa ghall-poplu taghna.   Il-gwerra ma kienx ilha li spiccat.  Kien hawn hafna karestija....xejn kumdita'.  Is-Superjur Bianco kien jitla' n-Nadur kuljum bir-rota u jlaqqa' ghat-taghlim dawk it-tfal u z-zghazagh li accettaw l-istedina tieghu. Imma l-ebda diffikulta; ma hi kapaci titfi fjamma ta' idejal.  Ghall-bnedmin ta' fidi, it-tfixkil flok irazzan, ikattar il-hidma biex jintlahaq l-iskop.


Mhux kolllox ward u zahar

Id-diffikulatajiet kienu bosta.  Riedu jsibu lokal....riedu jwasslu l-istedina lill-parrucani kollha......riedu jitfaccaw l-ewwel membri min-Nadur.  Wara hafna tisfiq ta' wicc, il-parrocca accettat li toffri post li kellha fi Sqaq il-Mithna.  Kien jintuza biex darba f'sena, fil-jiem tal-festa tar-rahal, jorqdu xi Maltin li jkunu gew biex jaharqu l-loghob tan-nar u l-murtali.  Ma kienx post idejali....u anqas centrali.  Biex tilhqu ridt tghaddi mill-iktar sqaq mudlam li kellna fir-rahal.  U biex taghqad, id-dar kellha isem misterjuz.  Peress li ghal hafna zmien matul is-sena kwazi kienet tkun maghluqa, kienu sikwit ighidu li fiha hemm il-hares. Izda t-tallaba ma jistghux jaghzlu.  Dak li gie offrut kellu jigi accettat inkella stajna nibqghu b'xejn.  Saret Sajda Museumina u kienu bosta li semghu ghall-ewwel darba bis-Socjeta' ta' Dun Gorg Preca.  Ghexieren ta' tfal u zghazagh bdew imorru fi Sqaq il-Mithna.  Min mar biex jitghallem...min biex jissodisfa kurzita'... u min biex ikollu esperjenza gdida.  U kien hemm min ha l-okkazjoni mid-dalma tas-Sqaq biex jitfa' xi werqa tal-bajtar tax-xewk lil min jinzerta ghaddej.


Is-Superjur Salvu Buttigieg

Sqaq il-Mithna issa sar jissejjah Sqaq il-Museum.  Bosta zghazagh bdew jattendu regolari u nhasset il-htiega li jinfetah ufficjalment il-Qasam tan-Nadur.  Kienet is-sena 1947.  Is-socjeta' ghazlet zaghzugh mill-Qala - Salvu Buttigieg.  Ghalkemm zghir fl-eta' - kellu biss 27 sena - Salvu accetta din l-isfida u beda jiehu hsieb il-Qasam Naduri.


L-ewwel Klassijiet

Salvu dahal ghax-xoghol b'qalb kbira.  Ma qatax qalbu mid-diffikultajiet li kienu donnhom jinbtu kuljum.  Kienet iebsa hafna ghalih li jnissel l-idejal Museumin f'qalb iz-zghazagh  u l-kbar li kienu jattendu.  Xi regolamenti dehru tqal u bosta miz-zghazagh tal-bidu, li tant kellhom entuzjazmu, waqfu nofs triq.  It-telgha dehritilhom iebsa wisq.  Izda s-Superjur Salvu ma cediex l-armi.  Sajf u Xitwa.... bnazzi u maltemp.......shanasitra fil-festa ta' rahal twelidu, Salvu kien jitla' u jiftah il-Qasam.  Jistenna t-tfal u l-membri.

U l-ezempju tieghu kaxkar bosta.  Kont tifhem kemm habbha s-Socjeta' meta kont tarah jasal il-Qasam imxarrab ghasra ghax inqabad f'xi burraxka xita, izda bla ilment, jistenna l-ftit tfal li jazzardaw ihallu l-kenn ta' darhom u jigu fl-Isqaq mudlam u mcaflas tal-Museum.  Kien dan l-ezempju li hajjar lil xi zghazagh ihaddnu l-ideal Museumin....u kien fuq dawn iz-zghazagh pijunieri li nbena l-Qasam. Bdew l-ewwel klassijiet tad-duttrina....kotru t-tfal li jigu ghat-taghlim. Bdiet issir il-purcissjoni tal-Milied.  Hidmet il-Museum bdiet tinhass. Il-holma tas-Superjur Bianco bdiet titwettaq.


"Ikollkom tfittxu x'imkien iehor"

Il-lokal ta' Sqaq il-Mithna kien biss misluf ghand is-Socjeta.  Il-ftehim kien car mill-bidu.  Is- soci kellhom jithabtu biex isibu lokal iehor.  Ma setghux jibqghu hemm ghal dejjem.  Imma fejn setghu jsibu?  Kienet il-qalb tajba ta' Rosaria Mejlaq li semghet bil-problema u offriet id-dar zghira ghal sentejn jew tlieta.  Kelna almenu ftit iktar zmien.  Fl-offerta ta' Rosaria, is-superjur u l-membri raw id il-Providenza biex il-Qasam tan-Nadur ma jaghlaqx.


"Ma nkeccikom qatt...izda..."

Il-Post ta' Triq Cimcem kien izghar minn dak ta' Sqaq il-Mithna.  Kien biss zewgt ikmamar u setah imdaqqas. It-tfal naqsu ghax barra li kien zghir, il-lokal ma kienx jilqghek u anqas fejn jingabru ma kien hemm.  Kien il-klavarju tal-Museum.  Hrigna minn Sqaq il-Mithna u dhalna fi Sqaq id-dubju.  Komplejna nfittxu imma donnu kull bieb kien maghluq ghalina. Ghaddew sentejn....tlieta, erbgha, hames snin u konna ghadna ma sibniex post alternattiv.  Rosaria baqghet  tistenna...titlobna bil-hniena biex nohorgu  ghax riedet il-post ghaliha  filwaqt li tghidilna: "Komplu stinkaw imma jigri x'jigri m'iniex ser nghidilkom tohorgu qabel ma tkunu sibtu post iehor."  Il-prudenza kienet titlob li naghmlu xi haga.  Ma stajniex nibqghu nhallu lil Rosaria tistenna xahar wara xahar....sena wara sena. Fl-ahhar inqalghet qalb ohra generuza li offritilna ghal ftit xhur il-post zghir li kellha hdejn il-knisja.  Dan jerga' kien izghar minn ta' Triq Cimcem imma ma kellniex ghazla.  Il-Museum telaq lejn id-dar il-gdida, ghad li gdida ma kinitx f'dak li hu bini.

Cetta kienet sikwit tfakkarna li l-post riditu lura.  Komplejna nittalbu....infittxu....inseffqu wiccna.  Izda kollox deher ghal xejn. Intbahna li ma stajniex nibqghu sejrin hekk ghal dejjem.  Kemm ser indumu mdendlin b'hajta?  U kemm stajna ndumu ntawlu?  Bhal ma kienet ghamlet Rosaria qabilha, Cetta kienet lesta tistenna, madankollu kienet titlobna bil-hniena biex naraw x'naghmlu.


Holma

Kien ghalhekk li nibtet il-holma li jkollna l-lokal taghna.  Imma kien kwazi impossibli li ssib bicca art imdaqqsa fil-qalba tar-rahal fejn seta' jinbena qasam tad-duttrina.  Kien is-socju anzjan - fost l-ewwel soci tal-bidu tal-qasam taghna - Manwel Sultana  - li hareg bl-idea ghall-bini tal-Museum fejn nafuh illum.  F'dak iz-zmien, din l-ghalqa tal-knisja kienet mimlija bajtar, harrub, u gebel.  U kienet mitlufa fi sqaq iehor. Mill-banda l-ohra konna ghadna fic-centru tar-rahal u ghalhekk iddecidejna li naghmlu talba formali biex niehdu bicca art minn dawn in-nahiet.


Ful jew silla?

L-Arcipriet Mons. Mikiel Portelli qabel mill-ewwel mat-talba taghna.  Din l-art kienet prebenda tieghu u ferah f'qalbu meta fehem li din l-art mitluqa u abbandunata setghet tintuza ghal skop tant nobbli.  Ha l-inizjattiva u mexxa l-karti u dokumenti mehtiega biex seta' jsir il-kuntratt.  Saret il-pjanta.... beda t-tahmil....ghexieren ta' tfal u zghazagh jingabru hawn mal-membri biex jaghtu d-daqqa t'id taghhom. Kulhadd mimli entuzjazmu....min jinvella l-art....min iqaccat is-sigar....min iwarrab il-gebel.  Konna qed naraw holma titwettaq jum b'jum.  U kultant kien jinqala' xi proxxmu li b'ton sarkastiku kien isaqsina: "Hawn s'ser tizirghu? Ful jew silla?"  U s-superjur bit-tbissima jghidilhom: "Hawn ser nitfghu z-zerriegha tal-kelma t'Alla u ghandna fiducja  kbira li l-Mulej ghad ikabbarha."  


Awissu 1965

Il-pjanta kienet kbira.  Ridna noholmu kbir.  Xtaqna lokal li jkun jista jilqa' fih it-tfal u z-zghazagh kollha tan-Nadur.  Izda ma stajniex nibnu kollox f'daqa.  Ma stajniex nitfghu saqajna barra l-friex.  Socjeta' li ma tistax torganizza attivitajiet ta' qligh u li l-anqas tista' taghmel gbir regolari ma tkunx ghaqlija li tidhol ghal hafna dejn....Ridna biss ftit klassijiet fejn stajna nilqghu t-tfal.  Il-Hadd, 8 ta' Awissu 1965, infetah ufficjalment dan il-lokal mis-Superjur Generali Eugenio Borg u tbierek minn Mons. Mikiel Portelli Arcipriet.  Il-Qasam il-gdid kien jikkonsisti fi 3 klassijiet, kappella zghira u xi kantini.  Kellna wkoll bitha imdaqqsa. L-importanti li issa d-dar kienet taghna.  Kien spicca l-biza' li se nsibu ruhna bla lokal fejn niltaqghu.


L-isbah jum

Ghalina dan il-jum kien l-isbah jum tal-Museum taghna.  Issa stajna nippjanaw u nipprogettaw ghall-futur.  U appena spiccat ic-cerimonja f'mohhna ga kellna l-pjanijiet lesti biex naghtu bidu ghat-tieni fazi.... il-bini tal-klassijiet fuq in-naha tat-tramuntana.  Din il-fazi tlestiet f'inqas minn sentejn u f'Awissu 1967 il-poplu Naduri gie bi hgaru u ra t-twettiq ta' bicca ohra mill-holma tieghu u taghna.


Xahar il-Festa

Awissu sar ghalina xahar il-festa.  Kull sena nistiednu lin-Nadurin jaslu wasla sad-dar tad-duttrina.... jaraw l-ambjent li fih uliedhom jingabru jitghallmu.  Bdejna naghmlu gimgha ta' attivitajiet u ghad li nkunu f'nofs is-sajf, l-attendenza kienet tkun dejjem sodisfacenti.  Minn zmien nawguraw xi parti ohra tal-progett.  F'Awissu 1971, infetah u tbierek il-ground il-gdid.  Il-bitha li kellna kienet zghira wisq biex fiha jilaghbu tant ghexieren ta' tfal li ta' kuljun kienu jiffrekwentaw il-Qasam taghna.  U ghalhekk frahna bi shih meta l-awtoritajiet ekklezjastici accettaw li jaghtuna bicca art ohra halli nghaqqduha mal-bitha.  Sentejn wara, f'Awissu 1973 tbierek is-sular ta' fuq u f'Awissu 1975 lestejna t-tarag principali.

Issa kellna klassijiet bizzejjed biex tfal ta' kull eta' jkollhom il-klassi taghhom.  Sadattant bdejna nhossu l-htiega ta' kamra tal-loghob biex fix-xhur xitwin it-tfal ma joqoghdux jilaghbu barra imma jingabru hawn. Bdejna bil-progett tal-"Gamesroom" li lestejna f'Awissu 1978.


Il-Faccata

Kien fadal il-faccata, zewg kmamar laterali, intrata kbira u fuqhom is-sala/kapppella. Progett li kien stmat li ser jiswielna 'l fuq minn LM20,000.  Izda kellna fiducja shiha fil-providenza t'Alla u bdejna nahdmu biex nibdew ix-xoghol.  Fuq pjanta tal-perit naduri Carmel Borg inbeda x-xoghol kmieni fl-1983 u tliet snin wara kellna kollox lest....tikhil, madum, u aperturi.  F'Awissu ta' dik is-sena n-Nadurin ferhu maghna meta raw l-holma ssehh. F'dak li hu bini, Il-Museum lest izda fadlilna niddekoraw kif jixraq il-kappella.  Diga' ghandna f'idejna pjanti u disinni.  Nafu li hi bicca xoghol li trid hafna hsieb u spejjes.  Bhas-soltu naghzlu li nimxu bil-ghaqal....bla ghaggla zejda.  Ghandna tama qawwija li fi zmien mhux 'il boghod anke din il-bicca xoghol titlesta b'ferh ghal kull min ikun ta d-daqqa t'id tieghu biex il-holma li hlommna flimkien snin ilu titwettaw kollha.

Tmiem.