Kitba ta’ Dun Salv Caruana
IL-KAPPILLANI
U L-ARCIPRIETI
FIL-PARROCCA TA' S. FILEP
Nhar it-8 ta' Frar il-parrocca ta' Haz-Zebbug ziedet
il-lista tal-kappillani. Arcipriet iehor. Dun Daniel Cardona ha l-pusses
tal-parrocca ta' San Filep li sa mill-bidu taghha kienet
wahda mill-parrocci kbar u importanti fil-knisja Maltija. Il-parrocca
tghodd madwar tnax-il elf ruh u sa ftit ilu anki il-kleru taghha kien
dejjem numeruz u ta' unur
lill-knisja Maltija. Kellha sacerdoti maghrufa ghall-ispiritwalita,
ghall-qlubija lejn pajjizhom u lejn il-parrocca taghhom, lejn
il-letteratura, lejn l-arti tal-muzika u lejn kull arti ohra. L-istess
kienu l-kappillani li qdew lill-parrocca fil-qasam pastorali u b'kull
ghajnuna li setghu jaghtu lill-parruccani. Nawguraw li l-Arcipriet il-gdid,
Dun Daniel, bl-ghajnuna t'Alla bhal l-arciprieti l-ohra jimxi mal-poplu
tieghu bl-istess imhabba u zelu.
L-Arcpriet il-gdid gej
minn
familja ta' sitt itfal. Fic-cokon tieghu kien membru tal-M.U.S.E.U.M u
ssahhah bl-ezempju u t-taghlim tal-Beatu Dun Gorg Preca u b’imhabba lejn
id-dar t'Alla meta kien jaqdi l-altar tas-sagrificcju bhala Abbati.
B'Dun Daniel fostna bhala Arcipriet, il-parrocca
ghaddiet
minn
tlieta u erbghin pusses ta' kappillan imma kella tnejn u erbghin sacerdot
li qdew il-hidma ta' kappillan. Dun Frangisk Sillato, l-ewwel kappillan,
kien irrizenja wara ghaxar snin kappillan u rega' sar it-tielet wiehed
fl-1448 u dam kwazi ghoxrin sena ohra.
Barra mill-istorja tal-kappillan Sillato, l-istorja tal-kappillanija
f'Haz-Zebbug hi xi ftit interessanti. It-tielet u r-raba' kappillan
kellhom l-istess isem u kuljom, Dun Gwann Vella.
Il-Kappillan, il-kanonku Giovanni Sanchez irrisenja ,
mar Ruma fl-1512 u l-Papa Gulju 2 qaribu,ghazlu isqof ta' Cefalu fi
Sqallija.
Dun Giacchino Bondino kellu hajja xi ftit imgerfxa. L-ewwel
kien ghalliem is-Siminarju, wara sar nutar publiku, sar kanonku
tal-kattidral u gie kappillan fil-parrocca ta' Haz-Zebbug. L-isqof
Gubelles, fil-Vista Pastorali tieghu, talbu d-dokumenti dwar is-Sacerdozju
tieghu u ufficcji ohra. Billi ma kellu ebda dokument l-isqof nehhieh mill-karigi
kollha li kellu.
Dun Giovanni Bosio maghzul kappillan mill-Isqof
Cubelles kien twieled fl-Italja fil-belt ta'
Asti
.
Huh Tommaso kien isqof ta'
Malta
u Huh iehor Giacomo kien il-kronista ta' l-Ordni ta' San Gwann.
Dun Luca Xara kien sar kappillan fi knisja Ruma.
Dun Angelo Fiore kellu n-nomina tieghu ta' kappillan
kontestata
minn
Dun Gaspare Falzon. Il-Vigarju Generali ta' l-isqof Dr. Dun Filippo Borgia
mhabba xi ragunijiet ta’ lil Falzon it-tmexxija tal-parrocca. Fiore mar
Ruma jiddefendi l-ghazla tieghu u gie konfermat kappillan, Dun Angelo
Fiore mill-Belt
Valletta
kien beda l-bini tal-knisja li ghandna. Il-Vigarju Generali Dun Filippo
Borgia, fil-Vista Pastorali fil-parrocca, kien heggeg bis-shih biex
tinbena l-knisja il-gdida. Il-kappillan Fiore ta bidu ghall-bini taghha
fl-1622 u tlestiet fl-1632.
Meta
mbniet il-knisja ta'
Haz-Zebbug kienet l-ikbar wahda f'Malta.
Il-kappillan Ludovico Vassallo kien bena d-dar
ghall-kappillani. Il-Kappillani Dun Gwann M. Barbara u Dun Gwann B.
Sagnani hadmu biex il-knisja tikseb ir-Relikwa ta' San Filep.
Il-Kappillan Dun Guzepp Azzopardi rregala ostensorju
tal-fidda tassew artistiku mahdum mill-argentier Michele Brondes
ghar-Relikwa ta' San Gwann Evangelista.
Il-kappillan Scicluna lahaq iz-zmien tal-pesta u tant
kien imhabbat bl-assistenza mal-morda li lanqas sab zmien li jinnota fir-registri
tal-mejtin lil dawk li mietu u meta kitibhom qaghad fuq
l-informazjoni li tawh il-qraba jew il-girien tal-mejtin. F'dawk
ic-cirkostanzi, kiteb nota fir-registru li tghid :
" Io infto Parroco nella citta Rohan fo fede a chi spetta
vedere prete che nello scorso contagio dovendo impiegare tutta la giornata
nell'amministrare i sacramemti agli impestati non potevo calendare nel
proprio giorno la morte dei defunti, molto piu che
la maggior parte di loro morivano nelle barracche, percio finito
detto contagio vi furono notate secondo la relazione avuta dai loro
consaiguinei o dai loro vicini . Per conseguenza tale notamento puo essere
erroneo e per essere cio vero
mi scrivo oggi il 28 Settembre 1818 ".
Meta
l-kappillan Scicluna xjeh, ghazel
minn
jeddu bhala vigarju tieghu lil Dun Ludivico Mifsud Tommasi. Dun Lodovik
hadem biex gab
minn
Ruma t-titlu ta' arcipriet lill-parrocca taghna u kien l-ewwel arcipriet
billi kellu n-nomina ta' kappillan. Sa dan it-tant sar isqof ta'
Malta
il-kanoniku F.S. Caruana, Zebbugi. Jghidu li ghal xi raguni ma kienx
jaqbel wisq ma' Tommasi u hajru jirrinunzja ghall-arcipretura u wieghdu li
l-quddiem jinnomimah monsinjur tal-kattidral. Mifsud Tommasi accetta din
il-proposta imma Caruana miet u Tommasi kien ghadu
ma sarx monsinjur. Gie maghzul monsinjur mill-isqof ta' warajh
Mons
.
Sant.
Billi Tommasi kien iddejjaq jistenna n-nomina u sa dan
t-tant talbuh jikteb il-kurunella ta' San Filep, kiteb strofa li tghid.
“ Kemm jahasra jqarrqu bina
jekk nitimghu fil-bnedmin
F'Alla biss jinhtieg nitimghu
ta' bla tarf Missier hanin.
Din l-istrofa giet meqjusa bhala botta pulita lil
Caruana.
Forsi interessanti hu l-fatt li
l-arciprieti kollha urew rabta u mhabba lejn il-knisja u mal-poplu
taghhom. Dan urewh bil-hidma pastorali u billi hafna minnhom taw rigali
lill-knisja li mexxew. Mhux facli li wiehed isib miktub dawn it-tifkiriet
jew rigali, imma xi ftit huma maghrufa
L-Arcipriet Dun Tumas Naudi halla b'rigal lill-knisja,
mejda tal-kewkba li dari kienet isservi biex
fil-maghmudija fuqha jinkiteb
it-taghrif dwar it-tarbija. Halla ukoll bacil tal-fidda li kien jilqa l-ilma
li jxarrab ras it-tarbija waqt il-maghmudija. Rigal iehor kien missal (
il-ktieb tal-quddiesa) bil-qoxra miksija bil-bellus ahmar u ornamenti
tal-fidda.
L-Arcipriet Dun Luigi Attard halla salib tal-fidda li
kien jintuza meta jingiebu il-mejtin mill-isptar ghall-funeral fil-knisja.
Hu irregala ukoll il-fonti ta' l-rham tal-maghmudija li hemm fejn il-bieb
il-kbir tal-knisja. L-abbozzi tal-pittura ta' l-erba' Santi Padri li
ghandna taht il-koppla kienu tieghu ukoll.
L-Arcipriet Alberto Dalli offra lill-knisja tlett
fontijiet ta' l-irham ghall-ilma
mbierek li nsibu fejn il-bibien
ta' l-istess knisja.
Ir-rigali ta' l-Arcipriet Dun Salv Milanesi,
kienu l-pjaneta rrakkmata bid-deheb. Hu ma kienx juzaha biex tkun
gdida meta joffriha lill-knisja, pissidi ghall-Ostji tat-Tqarbin, sasla
tal-fidda ghall-ilma mbierek, kalci sabieh hafna ghall-quddiesa u plattin
zghir biex jintuza ghac-crieket ta' l-gharajjes, kollha tal-fidda.
L-Arcipriet Lorenzo Zammit hallas ghall-istatwa
tal-gebel ta' San Lawrenz li ghandna fuq iz-zuntier.
L-Arcipriet C. Attard offra r-rigal moghti lilu mill-kleru
u l-ghaqdiet is-somma ta' Lm 500 ghar-restawr tal-pittura.
Imma zgur li l-aqwa rigal li l-arciprieti kollha taw
anki bl-ghajnuna tal-kleru kienet
it-tmexxija spiritwali u assidwa liz-Zebbugin. Ta' dan kollu hu dmir
taghna z-Zebbugin li nirringrazzjaw 'l Alla u
lilhom. Lill-Arcipriet il-gdid, Dun Danjel , naghtu ukoll
ir-ringrazzjamenti taghna tal-hidma li diga wettaq fostna u bil-quddiem,
ta' dak li bl-ghajnuna t'Alla
ghad iwettaq.
LISTA
KAPPILANI -
ARCIPRIETI
1
Dun Frangisk Sillato
1436-1448
2
Dun Rainoldo Tabone
1446-1448
Dun Frangisk Sillato
1448-1467 (it-tieni
darba)
3
Dun Gwann Vella
1467-1474
4
Dun Gwann Vella
1474-1505 (It-Tieni)
5
Dun Pietru Ellul
1504-1508
6
Dun Gwann Sanckez 1508-1512
7
Dun Antonio Davila
1512-1535
8
Dun Mariano Saliba
1535-1537
9
Dun Guliermu Saliba
1537-1545
10
Dun Giacomo Bondino
1545-1545
11
Dun Leonardo Micallef de Agatis
1546
12
Dun Giovanni Bosio
1546-1547
13
Dun Anton Mangion
1547
14
Dun Luca Xara
1547
15
Dun Giuseppe Manduca 1547-1565
16
Dun Federico Attard
1570-1617
17
Dun Angelo Fiore
1617-1623
18
Dun Luca Schembri
1624-1626
19
Dun Ludovico Vassallo
1626-1636
20
Dun Frangesco Surdo
1637
21
Dun Salvatore
Muscat
1637-1673
22
Dun Stefano Facciola
1637
23
Dun Domenico Pace
1674-
24
Dun Gwann Maria Barbara
1687-1704
25
Dun Gwann Battista Sagnani
1705-1740
26
Dun Giuseppe Marco Azzopardi 1741-1762
27
Dun Felic Borg
1762-1801
28
Dun Tumas Scicluna
1801-1830
29
Dun Ludovigo Mifsud Tomasi
1830
30
Dun Francesco Saverio Vassallo
1832-1854
31
Dun Tommaso Naudi
1854-1862
32
Dun Francesco Borg
1863-1864
33
Dun Pietro Bartolo
1864-1887
34
Dun Giuseppe Tagliaferro
1887-1891
35
Dun Luigi Attard
1891-1904
36
Dun Alberto Dalli
1904-1918
37
Dun Salvatore Milanesi
1919-1938
38
Dun Paolini Galea
1938-1948
39
Dun Lorenzo Zammit
1949-1963
40
Dun Lawrenz Cachia
1963-1984
41
Dun Charlie Attard
1984-2004
42
Dun Daniel Cardona
2004
Riferenzi:
Arkivji Knisja Arcipretali Zebbug
Ciappara Dun Salv.Storja del Zebbug e sua Parrocchia
Malta
1882
Ferris
Achille Descrizione
storica delle Chiesa di
Malta
e Gozo
Malta
1866
Miktub
minn
Dun Salv Caruana
|