HOMEGHAQDIETARKIVJIAGENDAARTIKLISERVIZZILINKS


 

 

 

Centru Socjali ghall-anzjani Ward Zebbugi, Parrocca Ta’ Haz-Zebbug.

Ftuh tac-Centru.

Ic-Centru socjali ghall-anzjani beda l-missjoni tieghu fl-4 ta’ Lulju, 1989, mill-Caritas Malta flimkien ma’ l-arcipriet ta’ Haz-Zebbug.

L-ghanijiet tac-Centru.

L-ghanijiet tac-Centru huma diversi, fosthom :-

  1. Biex l-anzjani post fejn jiltaqghu regolari ghalmenu darba fil-Gimgha u izjed ukoll.
  2. Biex dawn il-laqghat jghinuhom jaghmlu hbieb godda u jsiru jafu aktar lil xulxin.
  3. Biex l-anzjani jghinu lil xulxin fil-bzonnijiet taghhom kemm materjali kif ukoll spiritwali.
  4. Biex jigu organizzati attivitajiet kulturali, edukattivi, socjali u religjuzi halli jkomplu jsahhu l-formazzjoni taghhom.
  5. Biex ihossu l-istima taghhom tikber, ihossuhom mahbuba u b’hekk jaghtu aktar kas ta’ sahhithom u surithom u ma jhossux ruhhom li m’ghadhom tajbin ghalxejn.

Permezz tac-Centru il-voluntiera jkollhom l-oppurtunita’ li jwettqu kliem Kristu fil-prattika billi jghinu lil huthom fil-bzonn. Ikollhom ukoll l-oppurtunita’ li jiehdu sehem f’hidma pastorali fil-komunita’ tar-rahal taghhom.

 Il-Laqghat

Il-laqghat isiru fis-Sala Parrokjali Dun Mikiel Xerri, tal-Parrocca taghna . darba fil-gimgha kull nhar ta’ Tlieta, fid-9.30 a.m. (minbarra meta tahbat xi festa f’dik il-gurnata)

Il-laqghat jinqassmu hekk: fit-tieni tlieta ta’ kull xahar issir harga ghall-anzjani; fl-ahhar tlieta ta’ kull xahar issir festin ta’ eghluq sninhom ghall-anzjani u fil-laqghat li jsiru fil-gimghat li jibqa jsiru tahdidiet minn persuni maghrufa fuq diversi suggetti ta’ interess ghall-anzjani.

 

Il-Kumitat

Ic-Centru hu immexxi minn kumitat ta’ seba’ persuni, maghmul mill-“Leader”, “Co-Leader”, Kaxxiera, Segretarja, u tliet Membri.

  1. Il-Leader hu responsabli ghat-tmexxija tal-laqghat biex isiru bl-ordni u kif suppost.

  2. Il-Co-Leader jghin lil Leader u jiehu hsieb it-tmexxija tal-laqghat meta il-leader ikun nieqes.
  3. Is-Segretarju jzomm il-minuti tal-laqgha, il-punti principali, u d-decizzjonijiet li jittiehdu li ssir darba f’xahar; jaqra l-minuti tal-laqgha ta’ qabel fil-bidu tal-laqgha u jikkorregi skond il-htiega; jiehu hsieb il-korrispondenza li jircievi c-centru u jirrspondiha kif ikun jinhtieg; jibaghat kopja tal-programm ghal-laqghat li jsiru kull nhar ta’ Tlieta matul ix-xahar, kopja lill-Wisq Reverendu Arcipriet tal-Parrocca taghna u kopja lill-membru fuq il-bord editorjali tal-fuljett ‘Lehen il-Parrocca’ biex jigi stampat fuqhom.
  4. Il-Kaxxiera zzom bil-miktub x’jidhol u x’johrog mill-laqghat li jsiru ma’ l-anzjani u darba fix-xahar tghaddi l-informazzjoni lill-Kumitat u tikkumenta dwaru skond il-htiega. Il-flus jintuza ghall-beneficcju tal-Anzjani.
  5. Il-membri kollha tal-Grupp, sew dawk li ghandhom ir-rwol ta’ Leaser, Co-Leader, segretarju, Kaxziera, u sew dawk li m’ghandhomx, huma importanti l-istess u ghandhom ilkoll is-sehem taghhom x’jaghtu. Meta membru jibqa lura milli jaghti s-sehem tieghu l-grupp ikun aktar dghajjef  minhabba f’hekk. Meta kull membru jirrispetta lill-ohrajn u jismaghhom ikun qieghed jghin biex fil-grupp ikun hemm il-ghaqda.

L-attendenza

In-numru ta’ l-Anzjani li jattendu ghall-laqghat naqas ftit dan l-ahhar, kemm minhabba l-anzjanita’, il-mard u kemm bl-imwiet. Bhalissa qieghedin jigu bejn erbghin u hamsin persuna. Gieli konna sittin u izjed. Jehtieg li jsir aktar sforz minn kulhadd biex inheggu aktar anzjani specjalment irgiel biex jibdew jattendu ghal dawn il-laqghat fic-Centru.

 

Il-Kumitat.

6 ta’ Mejju, 2004.

 

 

 

 

 

Tgharif Fil-Qosor


  

 

 


 |CAHHAD| |ABBONA| |GHAJNUNA| |MISTOQSIJIET| |KUMMENTI| |IKKUNTATJANA| |FITTEX| |MAPPA TAS-SITE|

 
Copyright © 2003-09 Parrocca San Filep T' Agira, Haz-Zebbug. All rights reserved.
Knisja Arcipretali ta' San Filep T'Agira, Ufficju Parrokkjali, 09, Triq Il-Parrocca,  Haz-Zebbug 
Zur il-website fuq www.parroccasanfilep.tk
Ibaghat  e-mail fuq: parroccasanfilep@hotmail.com bil-mistoqsijiet u l-kummenti tieghek.