









| |
Regoli tac-Centru
|
Ta' Warda Youth Services
CentruTaz-zghazagh Ta' Warda,
97, Triq Il-Kbira,
Haz-Zebbug
Website: www.tawarda.tk
Ibaghat: tawarda@hotmail.com
5 ta’ Frar 2003
|
Kuntenut
|
|
1. Isem
2. Definizijoni
3. Skop
4. Membri
5.
Amministrazzjoni
6. Gruppi Ohra
7. Imgieba
8. Il-laqghat
9. Indafa
fic-centru
10. Procedura
11. Regoli
tac-centru
12. Eghluq
Appendici
|
|
1.0 Isem
-lura-
|
|
1.1 L-isem ufficcjali huwa: Centru
Parrokkjali ghaz-Zghazagh, Ta’ Warda.
|
2.0 Definizzjoni
-lura-
|
|
Ic-Centru Parrokkjali ghaz-Zghazagh, Ta’
Warda, huwa centru li kien imwaqqaf mill-Kummissjoni zghazagh
tal-parrocca ta’ Haz-zebbug , li jilqa’ fih zghazagh minn tnax (12)
sa hamsa u ghoxrin (25)sena. Zghazagh li jaghlqu il 25 sena u juru ix-xewqa
li jibqghu jattendu jistghu jaghmlu dan ladarba ma jkunx hemm oggezzjoni
mill-Animatur Pastorali wara li jkun ikkonsulta lil Bord tat-Tmexxija u
l-Formation Team. |
3.0 Skop
-lura-
|
|
L-iskop tac-Centru hu li jaghti formazzjoni
holistika kemm jista’ jkun liz-zghazagh permezz ta’ laqghat kif
ukoll attivitajiet religjuzi, kulturali , sportivi u socjali. |
4.0 Membri
-lura-
|
|
4.1 Biex issir membru wiehed irid jitlob lil
Animatur Pastorali biex jaghmel dan. Il-membru l-gdid hu mitlub jimla’
formola apposta bid-dettalji personali tieghu.
4.2 Jistghu isiru membri dawk iz-zghazagh
kollha minn tnax (12) sa hamsa u ghoxrin (25) sena li ghandhom rieda
tajba, u li jixtiequ jtejjbu l-hajja taghhom u ta’ l-ohrajn bl-zvilupp
tat-tajjeb kollu li hemm fihom.
4.3 Jissejhu membri dawk li jattendu
regolarment ghal laqghat li jsiru skond il-gruppi ta’ eta, hlief ghal
xi raguni valida (kwistjoni familjari, sahha, edukazzjoni, xoghol).
4.4 Kull membru ghandu jkollu kopja ta’
dawn ir-regoli, jaqrahom u jimxi maghhom.
|
5.0 Amministrazzjoni
-lura-
|
|
5.1 Ic-Centru Parrokkjali ghaz-Zghazagh,
Ta’ Warda ghandu jitmexxa minn Animatur Pastorali (youth minister) ,
li dan jista’ jkun kemm qassis kif ukoll lajk li jkun ha xi forma ta’
formazzjoni pastorali specjalizzata,ie b’qalb pastorali.
5.2 L-Animatur Pastorali, ghandu jwaqqaf zewg
strutturi relatati pero distinti, li jissejhu rispettivament,
“Formation Team” u “Bord tat-Tmexxija”.
5.3 Il-Formation Team jkun maghmul minn dawk
kollha li jaghtu formazzjoni diretta liz-zghazagh fil-laqghat, kif ukoll
nies ohrajn li jkunu jistghu jghinu bhal ma huma counselors, ghalliema u
psikologi. Membri f’dan il- Bord huma fid-dmir li jfasslu programmi ta’
laqghat kif ukoll jahdmu fuq kodici ta’ etika u policies ohra .
5.4 Ir-responsabilita tal-Bord tat-Tmexxija
hi li jiehu hsieb id-day to day running tac-Centru, kif ukoll jara’
kif janima u jsahhah inizzjattivi li johorgu miz-zghazagh. Hi fir-responsabilita
tal-Bord ukoll li jimxi skond proceduri annessi ma’ dawn
ir-regolamenti fl-eventawlita li jkun hemm xi ksur ta’ xi forma jew
ohra tar-regoli tac-Centru.
5.5 L-istrutturi interni tal- Formation Team
u l-Bord tat-Tmexxija jigu regoralizzata skond il-htiega. Pero tajjeb li
jkun hemm segretarju/a biex ikunu jistghu jinzammu records ta’ dak li
jkun gie diskuss.
5.6 Dawn il-Bordijiet ghandom jiltaqghu kull
xahar, sakemm ikun possibbli. |
6.0 Gruppi ohra
-lura-
|
|
6.1 Gruppi ohra jistghu jaghmlu uzu
mic-Centru Parrokkjali taz-Zghazagh ta’ Warda bl-approvazzjoni tal-
Arcipriet /u jew delegat tieghu. |
7.0 Imgieba
-lura-
|
|
7.1 L-imgieba tal-membri ghandha tkun
ezemplari. Kull membru jrid izomm f’mohhu li ma’ l-imgieba tieghu
hemm marbuta l-fama tac-Centru Parrokkjali taz-Zghazagh ta’ Warda.
7.2 L-imgieba ta’ kull membru ghandha
tistimola fiducja fil-membri l-ohra( b’mod specjali ta’ dawk ta’
eta izghar) u tkun ta’ xhieda tal-valuri li fuqhom huwa mibni c-Centru:
formazzjoni ta’ nsara u cittadini tajbin u responsabbli.
7.3 L-imhabba u r-rispett lejn l-ohrajn
ghandhom imexxu l-imgieba ta’ kull membru li jattendi Ic-centru.
7.4 Kliem, imgieba, ilbies sigaretti u xorb
huma regoralizzati b’dawn r-regoli ta’ hawn taht:
7.4.1 Kliem hazin, dagha, cajt goff u
baxx u kull tip ta’ diskors iehor li jbaxxi lil min
jghidu u lil min jisimghu, mhux tollerat.
7.4.2 Diskors dwar politika partiggjana u partiti ta’ festi ghandhom
jigu evitati
7.4.3 Diskors li jista’ jqanqal mibgheda ghira jew firda, mhux
tollerat.
7.4.4 Laqmijiet u titli li jistghu iwegghu lil dak li jkun mhux
tollerata
7.4.5 Imgieba ta’ intimita fizika zejda bejn il-membri kollha, mhix
tollerata.
7.4.6 Id-dicenza fl-ilbies u l-manieri ghandha tkun ir-regola
tal-gurnata.
7.4.7 Tippjip fil- premises mhux accettabli
7.4.8 Xorb alkoholiku mhux permess hlief
f’okkazzjonijiet eccezzjonali fejn l-Animatur Pastorali jhoss
fil-kuxjenza tieghu li jitollera. Dan jghodd biss ghal dawk
il-membri li huma permessi bil-ligI li jaghmlu dan.
7.5 L-accessorji u kull taghmir iehor li
jippartjeni lic-Centru hu ta’ uzu ta’ kulhadd u hadd ma ghandu
jkollu pussess esklussiv fuqu.
7.6 Ghandu jigi evitat ukoll storbju zejjed
li jista’ jtellef, b’mod specjali f’certi hinijiet, specjalment
waqt li tkun ghaddejja xi laqgha u f’certi hinijiet ohra ta’
mistrieh u jew tard fil-ghaxija. |
8.0
Il-Laqghat -lura-
|
|
8.1 Il-membri huma obbligati li jattendu
regolarment ghal laqghat li jsiru skond il-gruppi ta’ eta, hlief ghal
xi raguni valida (kwistjoni familjari, sashha, edukazzjoni, xoghol).
8.2 Min ma jidholx ghall-laqgha skond
il-grupp ta’l-eta tieghu, barra meta jkun hemm raguni valida, ma
ghandux jidhol fil-premises dak in-nhar.
8.3 Jekk ikun hemm min, bla raguni valida,
qed jonqos milli jattendi l-laqghat, ma ghandux jidhol fil-premises
tac-Centru qabel ma jkellem lill-Animatur Pastorali jew l-Arcipreit u /
jew Delegat tieghu
8.4 Kull membru ghandu jkollu disposizzjoni
posittiva tul il-laqghat sabiex tkun tista’ tinholoq atmosfera fejn
tista’ ssir diskussjoni xierqa.
8.5 Kull sitt xhur tissejjah Laqgha Generali,
fejn l-attendenza ghaliha tkun obligatorja.
8.6 Laqghat Generali Straordinarji jistghu
jissejhu mill-membri, kif ukoll mill-Bord tat-Tmexxija u mill-Animatur
Pastorali. |
9.0 Indafa fic-Centru
-lura-
|
|
9.1 Ic-Centru Parrokkjali taz-Zghazagh ta’
Warda ghandu jinzamm nadif dejjem u minn kulhadd.
9.2 Il-Bord tat Tmexxija ghandu jorganizza l-membri
biex isir tindif regorali tal-post.
9.3 Il-Membri kollha ghandhom jibzghu
ghac-Centru, ghall-ghamara u l-armar tac-Centru.
9.4 Jekk issir xi hsara fil-propjeta kollha
tac-Centru, min ikun responsabbli tal-hsara, ghandu d-dmir li jirrimedja,
anke billi jhallas l-ispejjez.
9.5 Kull min ikollu propjeta personali li
tintuza ghall-htiega tac-Centru biss titqies ukoll taht ir-regoli 9.3 u
9.4. |
10.0 Procedura
-lura-
|
|
10.1 F’kaz li wahda jew iktar minn dawn
ir-regoli ma jigux imharsa, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u jew
l-Leaders tal-gruppi ghandhom jigbdu l-attenzzjoni ta’dak li jkun.
10.2 Jekk il-persuna koncernata ma taghtix
kaz tat-twiddib , darba darbtejn, il- membru/i tal- board tat-tmexxija u
jew il-Leaders tal-gruppi, huma fl-obligu li jinfurmaw l-Animatur
Pastorali.
10.3 L-Animatur Pastorali fl-obligu li
jkellem lil individwu koncernat.
10.4 Jekk l-imgieba ta’ l-indiviwdu
koncernat ma tinbidilx, jew ikun hemm rapporti ohra ta ksur ta’ dawn
ir-regoli, l-Animatur Pastorali hu fl-obligu li jiehu passi
dixxiplinarji.
10.5 F’kaz li jkun hemm imgieba hazina u
inkontrollabbli, fid-dawl ta’ dawn ir-regolamenti, fil- mankanza
tal-Animatur Pastorali, l-membri tal-Bord tat-Tmexxija u jew il-Leaders
tal-Gruppi ghandhom l-obligu fic-cirkustanza jkeccu l-barra lil dak li
jkun u ma’l-ewwel opportunita jinformaw lill-Animatur Pastorali.
10.6 Min jitkecca mic-Centru ma jistax jidhol
fic-Centru qabel ma jitkellem ma l-Animatur Pastorali u ssir analizi
serja tas-sitwazzjoni.
10.7 F’kaz ta’ tkeccija jew sospensjoni
il-genituri ghandhom ikunu informati.
10.8 L-Animatur Pastorali wara li jkun
tkellem ma’l-Arcipriet u/jew delegat tieghu, jirriserva d-dritt li
jkecci u jew jisosspendi lil xi membru ghal zmien definit jew indefinit.
10.9 Membru mkecci jew sospis ma ghandux
jibqa’ fil- vicinanzi tac-Centru. |
11.0 Regoli tac-centru
-lura-
|
|
11.1 Dawn ir-regoli jew partijiet minnhom,
jistghu jinbidlu biss bl-approvazzjoni ta’ l- Animatur Pastorali
flimkien mal-Arcipriet u/jew id-delegat tieghu u bi qbil mall-Bord tat-Tmexxija.
Il-Bord tat-Tmexxija hu fl-obligu li jinforma lill-membri tal-Formation
Team. F’kaz ta’ oggezzjoni mill-Formation Team, tissejjah laqgha
biex jigu diskussi l-oggezzjonijiet.
11.2 L-Animatur Pastorali flimkien ma’ l-Arcipriet
u/jew id-delegat tieghu jistghu, jekk ihossu il-bzonn, fuq il-kuxjenza
taghhom, jissospendu jew ibiddlu dawn ir-regoli jew parti minnhom, ghal
zmien definit jew ghal dejjem, u minghajr ma joqghodu ghall-11.1.
11.3 Jekk L-Animatur Pastorali flimkien ma’
l-Arcipriet u/jew id-delegat tieghu, ihossu il-bzonn li jimxu skond
11.2, ghandhom d-dmir li jinformaw bid-decizzjonijiet taghhom
lill-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
11.4 F’kaz li l-Animatur Pastorali jkun
ghadu ma nhatarx jew jirrizenja minn dik il- kariga, ir-reponsabilita
taqa’ kollha fuq l-Arcipriet u /jew delegat tieghu.Ghaldaqsatant kull
refrenza li hemm ghall-Animatur Pastorali tinqara’ Arcipriet u/jew
delegat tieghu.
11.5 Kull persuna li jkun qed jghin
fil-formazzjoni taz-zghazagh ghandu jimxi fuq il-kodici ta’ etika li
jkun imfassal mill-Formation Team. F’kaz ta’ irregoralitajiet, l-Arcipriet
/u jew delegat tieghu ghandhom jiehdu l-passi mmedjati biex ma
titkabbarx jew titkompliex ssir il-hsara. |
12.0 Gheluq
-lura-
|
|
12.0 Dak kollu li f’dawn ir-regoli qieghed
miktub fil-maskil, japplika bl-istess mod fil- feminil, hlief ghall-
Arcipriet u /jew delegat tieghu.
12.1 L-opportunitajiet, id-drittijiet u d-dmirijiet
huma l-istess ghal kulhadd. Inkitbu hekk ghal raguni prattika minghajr
l-ebda sens ta’ pregudizzju jew diskriminazzjoni. |
Appendici 1
-lura-
|
|
1.0 Hinijiet tal-Ftuh u Gheluq tac-Centru
1.1 Ic-Centru ghandu jinfetah minn membru tal-Formation
Team jew tal-Bord tat-Tmexxija.
1.2 Membru mill-Formation Team jew mill- bord
tat-Tmexxija ghandu dejjem ikun prezenti fic-Centru. |
1.3 Ftuh U Gheluq
-lura-
|
|
· It-Tnejn - - Ma jiftahx
· It-Tlieta - - Jiftah biss ghall-
Pre-youths grupp 1 mis-6.00pm sat-8.15pm li tinlkudi il- laqgha.
· L-Erbgha - - Jiftah ghall- Pre
youths, Gruppi kollha - -Social Evening -- mis-7.00pm sad-9.00pm;
Zghazagh Kbar bejn 9.00pm u l-10.30pm
· Il-Hamis - - Jiftah ghaz-Zghazagh
Kbar bejn 8.00pm u l-10.30pm - Social Evening
· Il-Gimgha - - Jiftah fis-6.00pm
ghall- Pre-youths 2 +3 laqghat u Zghazagh Kbar laqgha (8.30pm) . L-Gheluq
ikun 10.30pm
· Is-Sibt - - Ma jiftahx
· Il-Hadd - - Jiftah filghodu bejn
10.30am u 12.00pm ghall-kulhadd. Zghazagh Kbar bejn 8.00pm u l-10.00pm
- Social Evening
|
|
1.4 Meta jkun ser issir xi xoghol volontarju
minn xi membri, f’hinijiet ohra barra fil-hinijiet li s-soltu jiftah
c-Centru trid tigi identifikata l-persuna responsabbli u jithallew
jidhlu biss dawk il-membri li se jkunu ser iwettqu xi xoghol. |
| |
|