IPNOZI
Tghid x'inhu l-motiv tad-diska
li nghanni waqt l-ghixien
tieghi, ghasfur f'dil-bejta
mistura qalb l-gholjiet?

Min jaf min ilehhinha
l-imtappna mera tieghi,
min jaf min ibenninha
'il din il-ghorfa tieghi?

X'hemm, hemm mahzun fit-tiben,
hemm qalb id-dlamijiet?
Xi hbejt fi hdan l-imghoddi,
x'ghattejt bit-trabijiet?

Tghid x'qies mizien il-kefna
ta' mgiebti l'ghandi llum?
Xi nwar fi sfond wetqieti
biex sawwarli l-'jien' mirqum?

                                         
INA 1993
lura lejn POEZIJI
Ritratt: Eklissi Anulari tax-Xemx, Nasa