(part 1 of 3)
Nimmaġinani f’librerija qed infittex ktieb. Ma nafx x’inhu dan il-ktieb, pero` għandi ‘gut feeling’ li meta nkun sibtu ngħid ‘Iva, dan hu!’. S’issa, bħal ħafna minnkom, għadni ma sibtx dak li nixtieq, u għalhekk għadni nfittex...
U fejn sa
nfittex?
Fuq
kollox għandek tfittex fik innifsek. Għandek issaqsi l-mistoqsija "Jien min
jien?". X’talenti għandi? Liema stil ta’ ħajja l-iktar jogħġobi? X’ħolm għandi?
L-ewwel ħaġa li trid tagħmel biex tagħraf il-vokazzjoni tiegħek hi li ssir taf
lilek innifsek minn ġewwa (sew). Għal min irid hawn ftit mistoqsijiet biex
jgħinukom taħsbu:
Biex issir taf min int trid tfittex barra minnek u tesperjenza l-ħajja. Kif tista` tiddeċiedi jekk taf naħa waħda biss? Għalhekk hemm bżonn li tiltaqa` man-nies u tagħmel esperjenzi differenti. Kunu dinamiċi bħal ma hi n-natura. In-natura tista` tgħallimna ħafna affarijiet, wara kollox aħna parti minna ukoll! It-talenti u l-ħolm li għandek jistgħu jagħtuk ħjiel tal-vokazzjoni tiegħek, agħti kashom! F’liema ambjent l-iktar li tħossok komda?
Jekk qed tfittex imma tħoss li l-vojt għadu hemm jew anka forsi qed jikber, mela għandek bżonn re-focusing (terga tiffoka ftit). Is-suġġeriment tiegħi hu li tinqata` ftit minn dak l-ambjent u tfittex x’imkien ieħor. U fejn sa tiffoka? fejn sa tfittex?...fejn ghandek ma fittixtx!
You were born an original
Don't die a copy!