(part 2 of 3)
Imma kif sa
ninduna?
Il-kejl
aħħari huwa self-fulfilment. Li inti tħossok mimli, u m’hux vojt. Kuntent bik
innifsek u b’dak li qed tagħmel f’ħajtek.
Jien nemmen li fil-vokazzjoni tilħaq il-limiti tiegħek innifsek ta’ dbatija u self-fulfillment. Kulħadd jaf li fid-dinja xejn ma jiġi bxejn. Jekk ma dbatix, ma dgawdix. Kemm lest li tirriskja u dbati u s-sodisfazzjon li jkollok fil-ħajja narhom nisġa waħda. Kull bniedem, billi huwa uniku, għandu l-limiti tiegħu; li għandu jiskopri ġo fih. M’hemmx wieħed aħjar minn ieħor, kulħadd huwa msejjaħ li jiskopri tiegħu. Int trid tiskopriha tiegħek? Tinsiex li huwa hawn li sa tkun sodisfatt verament b’ħajtek. Nemmen li sakemm ma taqtax qalbek u tirrassenja ruħek, sa tibqà tfittex sa ma tasal. |
|
Imma nistà nasal?
Inti trid tasal? Lest
tagħmel ħiltek kollha biex issib il-vokazzjoni tiegħek? Jekk
“le” jew xi ftit dibjuż tant ieħor huma r-risposti li tieħu.
Trid tkun determinata li tasal biex tasal, baħri tal-bnazzi fil-bnazzi
biss jaqbad ħut u l-ħajja m’hux bnazzi biss, tafu iktar minni!
U meta sa
nasal?
Hehe :o),
kulħadd irid jasal! Aħjar tibda miexi! Il-ħajja hija mixja WAĦDA. Meta ssib
il-vokazzjoni tiegħek, il-ħolma, imbagħad tibda l-mixja ta’ ħajtek biex tersaq
lejn din il-ħolma.
Il-mixja u
l-ħolma
Il-mixja u
l-ħolma jimxu flimkien. M’hemmx mixja mingħir ħolma u m’hemmx ħolma mingħir
mixja. Il-ħolma hija mportanti biex tagħti sens lill-mixja u l-mixja hija
mportanti biex żżomm ħajja l-ħolma. Inkella tibqa` biss ħolma u ma sservi għal
xejn (Din forsi xi ftit astratta, tinkwetawx :o) Din li jmiss m’hux inqas, kull
senteza fiha x’tomgħod!).
What shall I do to find God’s will?
Search for the deepest
inclination of your heart and follow it