(part 3 of 3)

u dil-vokazzjoni x’inhi!?

Mela fl-ahhar ittra ghalaqt b'silta li kellha tintriduci t-tema tal-lum...ha nfakkarkom x'inhi...

What shall I do to find God’s will?
Search for the deepest inclination of your heart and follow it...

U Alla fejn jodhol f'dan kollu?

Vokazzjoni ta’ qadi
          Kull vokazzjoni essenzjalment hija vokazzjoni ta’ qadi. Li kull persuna tuża t-talenti tagħha għall-ġid ta’ ħaddieħor. Huwa għalhekk li l-kelma vokazzjoni tinkludi ħafna stili ta’ ħajjiet. "Il-qadi għalhekk isir kemm il-mogħdija u mezz għani biex wieħed jasal u jifhem aħjar il-vokazzjoni propja tiegħu" - mill-messaġġ tal-Papa liż-żgħażagħ f’jum il-vokazzjonijiet. Dan jemfasizza l-importanza tal-volontarjat f’ħajjitna (apparti li jgħinna nagħmlu esperjenzi differenti u ġodda). Fi kliem ieħor, fittxu li tużaw it-talenti tagħhkom għall-ġid ta' l-oħrajn.

U fejn jidhol Alla?
          :o) Alla ukoll jixtieqna nsibu skop f'ħajjitna, probabbli iktar milli mixtiequ aħna stess! :o). Għalhekk ma nistgħux nimxu lejn Alla u ma nersqux eqreb tal-vokazzjoni tagħna, u bl-istess mod, ma nistgħux nersqu lejn il-vokazzjoni tagħna mingħir ma nersqu ukoll lejn Alla. Iva, għax fil-vokazzjoni tagħna niskopru lil Alla fil-milja tiegħu.

Inħeġġiġkom sabiex tagħmlu differenza bejn Alla, spiritwalià u reliġjon. Forsi xi darba niħol iktar fil-fond ta’ dan, għalissa kemm ngħadi xi ħsibijiet żgħar:

Alla huwa INDIPENDENTI mir-reliġjon u r-reliġjon qiegħda hemm biex TGĦINNA nersqu lejn Alla. Xi kultant ma nirrealiżżawx ukoll li Ġesù ma kienx nisrani, anqas ma kien Lhudi. Ġesù uża r-reliġjon Lhudija biex jersaq lejn Missieru. Kien Lhudi, però mar il-fuq mir-reliġjon Lhudija u saffiha mit-taħsir li kienet ġemmgħet maż-żmien.

Religjon, Alla u Jien

Problema komuni li nara hi li n-nies jillimitaw l-għarfien tagħhom ta' Alla għal dak li jiġi ppreżentat lilhom mir-reliġjużi biss. Dan huwa ħażin u hu għalhekk ukoll li jinbtu ideat marxisti (li l-kunċett ta’ Alla ivvintaħ il-bniedem u nesa li vvintaħ hu). Biex ir-relazzjoni tagħna m’Alla tkun ħajja irid ikolna esperjenza diretta miegħu. Dan bħal kull relazzjoni f’koppja. Immaġinakom tibnu relazzjoni ma persuna oħra minn dak li tisimgħu fuqu/a biss!!! Taħsbu li jkollkom idea ċara tal-persuna l-oħra? L-istess aħna m’Alla, hemm bżonn li nagħtu każ tal-komunikazzjoni diretta li għandna m’Alla. Viċin tagħha ħafna iktar milli naħsbu, kull ma rridu hu li nsiru konxji tas-sempliċità tagħha – xi ħaġa kbira fiha nnifisha!

L-aħħar ħsieb: In-nisrani ma jitkejjilx minn kemm imur il-quddies iżda minn kemm jgħix il-valuri li għallem Ġesù, l-ewwel fosthom l-imħabba. Dan ma jfissirx li allura l-quddies u s-sagramenti m’għandhomx valur jew jonqsilhom il-valur. Is-sagramenti m’humiex dawk li jidistingwu l-ħajja nisranija iżda li jmantnuha. Minnhom għandna nieħdu l-enerġija biex inkompli ngħinu u nħobbu lill-oħrajn.

M'hux kemm taf FUQ Alla li jghodd izda kemm taf LIL Alla.

Dawn kienu xi ħsibijiet fuq it-tema ta’ vokazzjoni (apparti fl-aħħar ftit li kienet fuq it-tema ta’ Alla). Jista jkun użajt kliem li jistgħu jagħtu l-impressjoni li triq waħda hemm. Lol! Ħarsu lejn il-ħajja u tindunaw li rari jkun hemm triq waħda. Pjuttost kulħadd għandu t-triq tiegħu. Din kienet tiegħi. J’Alla taslu!


Whatever happens in your life, whatever you make of it,
one thing really matters, live life to the FULL