Għaliex Ma?

“Mà, għaliex ma tridx tilgħab miegħi?” staqsiet tifla ta’ seba’ snin lil ommha.
“Għax m’għandix żmien.”
“Għaliex m’għandekx żmien?”
“Għax qed naħdem.”
“Għaliex qed taħdem?”
“Biex naqla’ l-flus.”
“Għalfejn taqla` l-flus?”
“Biex nitimgħek binti.”
”Eh!, imma jien m’għandix ġuħ mà!”

Djarju Ħabib 1997


Il-bniedem ma jistax jiskopri oċeani ġodda jekk
m’għandux il-kuraġġ iħares lil hemm mix-xatt