Darba ġiet nixfa kbira fil-pajjiż u l-għelieqi ma tawx frott. Il-biedja kienet l-unika mezz ta’ għixien tagħhom. Il-qassis qal lin-nies li m’hemm xejn li jistgħu jagħmlu, ħlief li jitolbu għax-xita. Bagħathom id-dar, talabhom isumu kuljum, minn tlugħ ix-xemx sa nżulha, jemmnu li Alla ser jisma’ talbhom u mbagħad il-Ħadd jiltaqgħu u jitolbu flimkien għax-xita. Ir-raħħala hekk għamlu. Samu matul il-ġimgħa u l-Ħadd marru l-knisja. Malli l-qassis rahom, beda jgħidilhom: “Morru ‘l hemm. M’hux ser nitolbu għax-xita. Intom ma temmnux”. Huma bdew jipprotestaw u jgħidu li samu l-ġimgħa kollha u emmnu. “Temmnu?” qalilhom. “Mela fejn huma l-umbrellel?”.
Djarju Ħabib 1997
Il-bniedem ma jistax jiskopri oċeani ġodda jekk
m’għandux
il-kuraġġ iħares lil hemm mix-xatt