Xi ġimgħat ilu mort kamp ta’ ġimgħa fejn fl-aħħar tal-kamp konna mħeġġin biex niktbu messaġġ posittiv fuq il-membri li attendew. Waħda minnhom laqtitni b’mod partiikolari għax inħoss li titfa dawl fuq kif inħares lejn il-ħajja u kif naffrontha u xtaqt naqsama magħkom.
“...Kienet oppurtinita` li ma stajtx ma naħtafiex għax għalkemm forsi minix konxja tagħha, deep down nimmisja fik dik il-ġenerosità, dik l-intelligenza li għandek biex taffronta persuni u sitwazzjonijiet. Meta nħares lejk l-ewwel ħaġa li tiġini f'moħħi kemm int persuna avventuruża, forsi ukoll għandek il-kapacita` li bl-istess spirtu t'avventura taffronta l-ħajja. Narak li int lest għal challenge u ma taqtax qalbek wara l-ewwel ostaklu li jipprova jwaqqaflek il-ħolma jew l-għan tiegħek. Għalhekk johroġ ukoll l-ispirtu li int persuna determinata li kapaċi tasal għal għanijiet tiegħek. Nammira ħafna fik il-kapacità li għandek twassal il-messaġġ tiegħek fil-qalb tal-persuna. Grazzi ta' kollox.”
Wahda mill-ftit affarijiet li jinteressawni fil-ħajja u li narhom jagħmlu sens hu li nitgħallem ngħix. Altru milli wasalt, inxebbaħ lili nnifsi ma tarbija li bilkemm bdiet nimxi, iżda mixja inħoss li għamilt. Minn din il-feedback card joħorġu 3 valuri li għalija huma importanti ħafna.
L-ewwel wieħed hu li essenzjalment il-ħajja tikkonsistni minn nies differenti li qed jgħixu/jaħdmu flimkien. Għalhekk waħa mis-skills bażiċi hi li nitgħallem nikkomunika sew, naħdem fi grupp, nifhem il-persuni, inwassal il-messaġġ tiegħi filwaqt li nħalli lin-nies fil-liberta` tagħhom.
It-tieni challenge hu l-mod ta’ kif taffronta l-problemi li tiltaqa` magħhom. Inħoss Ii l-ispirtu ta’ avventura vera jgħini ħafna biex naffronta l-ħajja. Jagħtini d-dinamiżmu li għandi bżonn biex nipprova affarijiet ġodda u fejn ma jirnexxilix nerġa nipprova b’mod ieħor. Dan l-aħħar irrealizzajt li fil-fatt is-sens ta’ falliment ma jeżistix fin-natura iżda ħloqnieh aħna sforz l-expactations li noħolqu. Ħarsu lejn tfal qed jippruvaw itellgħu blokka fuq oħra…meta ma jirnexxielhomx, ma jaqtgħux qalbhom iżda sempliċement jerġgħu jippruvaw. Qegħdin fi proċess li jitgħalmu u ma jippretendux li sa jirnexxielhom jagħmlu xi ħaġa li ma jafux! Jien kapaċi ngħid “ma nafx!” mingħir ma nħossni tellief?
Punt ieħor li narah kruċjali f’ħajti hu li niddeċiedi. Li niddeċiedi li sa nagħmel xi ħaġa b’determinazzjoni. Jien inqisa bħala xi ħaġa bażika, jekk ma nkunx determinat li sa nasal, mela allura m’inix sa nasal għax malli jibda l-maltemp indur lura. Mill-esperjenza tiegħi tgħallimt li l-maltemp huwa parti mill-vjaġġ, għalhekk jekk m’hux sa nkun determinat li nibqa għaddej anka fil-maltemp anqas ħaqq noħroġ mill-port.
Dawn huma biss valuri li NIPPROVA nimxi magħhom u m’hux li nagħmilhom. Dik hija ġlieda oħra, li nimxi ma dak li nemmen, imma ta’ l-inqas inħoss li hekk għandi direzzjoni. Tgħallimt ma niddeċidix qabel ma jasal il-waqt li niddeċiedi, għax wara kollox min jaf x’għad niskopri u b’xorti tajba ma tantx għadni ndawwar ħarsti lura lejn dak li nkun iddeċidejt. Probabbli minħabba li ma narax li hemm deċiżjoni ħażina essaċċ iżda waħda differenti mill-oħra. Jekk wara tinduna li aħjar ħadt l-oħra, issa ta’ l-inqas taf li dik li ħadt m’hix tajba, qabel dan ma kontx tafu. Jien inħoss li qegħdin fi proċess kontinwu ta’ esplorazzjoni, nesploraw lilna nfusa u d-dinja ta’ madwarna. Nitgħallmu min aħna u x’qed nagħmlu f’din id-dinja.
We are in a continuous process of
exploration,
exploring who we are and how are we going to live in
this world.