Night Prayers…

 

Missierna li inti fis-smewwiet

Aw xi trid?

Ħej ittellifnix, qiegħed nitlob!

M’hux int sejjaħtli?

Sejjaħtlek? Le ma sejjaħtlekx. Jien qed nitlob. Missierna li inti fis-smewwiet…

Hemm qed tara, erġajt sejjaħtli.

Sejjaħtlek?

Iva sejjaħtli, inti għidt: “Missierna li inti fis-smewwiet…”. Hawn jien, xi trid?

Ħeqq ma ridt infisser xejn speċjali. Kont qed ngħid it-talba tas-soltu qabel norqod, taf int, tgħinni nħossni tajjeb, speċi ta’ neħles biċċa xogħol minn fuq moħħi.

Kollox sew, kompli.

Jitqaddes ismek

Żomm ftit, xi trid tgħid biha din?

X’din hi?

X’ridt tfisser b’jitqaddes ismek?

Tfisser…tfisser…jien naf xi tfisser? X’naqbad ngħid? Hija parti mit-talba hux! Insomma, xi tfisser fuq kollox?

Tfisser tagħti ġieh, qaddis, ta’ l-għaġeb.

Sew, interessanti…Tiġi saltnatek, ikun li trid int kif fis-sema hekkda fl-art.

Temmnu dak li għadek kif għidt?

Iva dażgur, għaliex le?

X’qed tagħmel dwar dak li għidt?

X’qed nagħmel? Heqq xejn. Sempliċement naħseb li tkun idea tajba li kieku Int ikollok kontroll sħiħ hawn isfel bħal ma għandek hemm fuq.

Int tagħmel li rrid jien?

Insomma, Immur il-knisja…

Imma jien m’hux dak staqsejtek. X’jidhirlek mill-vizzju li għandek bil-filma li tara? U b’kemm titlef il-boxxla malajr? Il-vera għandek problema hemm, ibni. U l-mod kif tonfoq flusek…kollox għalik bla ebda ħsieb f’min qiegħed ibati? U x’taħseb dwar  il-kotba li qed taqra?

Isma, toqgħodx taqbad miegħi hej…jiena tajjeb daqs dawk l-uHud ta’ wiċċ b’ieħor li jmorru l-knisja.

O skużani! Ħsibtek qed titlob biex ikun dak li rrid jien! Jekk vera trid li dan iseħħ irid jibda minn min qiegħed jitlob għaliha, bħalek ngħidu aħna.

Insomma, kollox sew, nammetti li għandi dak il-vizzji. U issa li qed issemmihomli naf b’xi tnejn oħra ukoll.

Anka jien naf bihom.

Qatt ma ħsibt wisq fuq dawn in-nuqqasijiet qabel illum. Irrid naqtà dawn il-vizzji. Nixtieq verament inkun ħieles. Taf int…

Tajjeb. Issa qed naslu x’imkien. Naħdmu fllimkien, Jien u int. Flimkien nagħmlu rebħiet kbar. Inħossni kburi bik.

Hemm, skużani Mulej, imma rrid nispiċċa tafx. Din it-talba qed iddum iktar mis-soltu. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum

Trid tnaqqas il-ħobż. Ġa int overwieght kif int.

Isma ħej, dan huwa ħin ta’ talb tafx, m’hux jum il-kritika nazzjonali! Ara jien ukoll, qed nagħmel id-dmirijiet tiegħi reliġjużi u f’daqqa waħda tiġi int u toqgħod tfakkarni fin-nuqqasijiet tiegħi.

Eh…it-talb jista` jkun xi ħaġa perikoluża. Tista` tispiċċa mibdul, tafxejn? Dak li qed nipprova nwassallek. Int sejjaħtli u hawn jien. Issa tard wisq biex tieqaf. Kompli itlob għax il-parti li jmiss tinteressani ħafna…ejja ċaqlaq!

Nibżà.

Tibża` Minn xiex?

U għax naf x’sa tgħid

Ipprovani u tara

Aħfrilna dnubietna bħal ma naħfru lil min hu ħati għalina.

Xi tgħidli dwar Pawlu?

Qed tara, kont naf li se ssemmihuli. Imma ma tafx kemm gideb fuqi, iġġakbinani u seraqli flusi? Qatt ma ħallas dejnu miegħi. Ħlift li npattihilu.

Allura t-talba li qed titlob? Xi tgħid dwarha?

Kont qed ngħida bla ma nfissirha.

Ejja, għallinqas int sinċier, iżda taf li m’intix ferħan iġġorr dak l-imrar ġewwa qalbek hux tassew?

Iva, imma żgur li nħossni aħjar la darba npattihielu. Għadek ma tafx xi pjanijiet għandi għalih! Għad irid jiġi żmien meta jkun jixtieq li qatt ma kellu x’jaqsam miegħi.

Mintix se tħossok aħjar. Anzi se tħossok agħar. It-tpattija m’hix xi ħaġa li tferraħlek qalbek. Aħseb f;ekmm int imdejjaq bħal issa u ftakar li Jien nista` nibdel dan kollu.

Tista` tagħmilni ferħan? Kif?

Aħfirlu u jien naħfer lilek, imbagħad il-mibgħeda u d-dnub jkunu l-problema ta’ Pawlu m’hux tiegħek. Tista` titlef ftit flus, iżda jkollok il-paċi f’qalbek.

Mulej, ma nistax naħfirlu tafx.

Allura ma nistax naħfer lilek.

Insomma, għandek raġun, Int dejjem ikollok raġun. U fuq kollox nixtieq iktar ikolli l-paċi tiegħek milli npattiha lil Pawlu…Orrajt, orrajt, kollox sew naħfirlu. Għinu Mulej isib it-triq it-tajba. Issa li qed naħseb dwar il-biċċa tax-xogħol jidhirli li Pawlu hu bniedem imdejjaq tassew. Bil-mod kif iġib ruħu man-nies, ma tantx jista’ jkun bniedem ferħan. Mulej, urieh ir-triq b’xi mod, u lili għinni ninsa.

Hekk qed tara? Prosit tassew, kif qed tħosdsok?

Hemm…insomma, m’hux ħażin. Fil-fatt inħossni tassew tajjeb. Taf sejn li llum se mmur norqod b’moħħi u qalbi fil-paċi wara tant żmien!

Għadek ma spiċċajtx titlob…

Iva, iva, kollox sew…U ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni.

Tajjeb, hekk sa nagħmel, basta ma tpoġġix lilek innifsek fejn hemm it-tentazzjoni.

Xi trid tgħid biha din?

Dik il-kumpanija li qed tagħmilha magħha se ddaħlek fl-inkwiet. Biddel xi ħbiberiji li għandek għax inkella se tispiċċa ħażin. Xi wħud minn dawk hekk imsejħa ħbieb qed jinfluenzawk wisq. Bla ma taf se tispiċċa tagħmel il-ħmerijiet li qed jagħmlu huma bħalissa. Imbagħad toqgħodx tiġi għandi titkarrab biex nirranġalek it-tgerfix li tkun dħalt fih.

Minix nifhem tafx.

Dażgur li qed tifhem! Għamiltha kemm-il darba. Tidħol f’xi bawxata, tispiċċa fl-inkwiet, imbagħad tiġi tiġri għandi. “Mulej eħlisni minn din l-ixkora u nqegħdek li qatt ma nerġa’ nagħmel biċċa bħal din”. Tiftakar x’wegħdiet għamiltli?

Iva Mulej, il-vera qed inħossni nistħi quddiemek.

Liema waħda qed tiftakar?

Ħeqq, dik id-darba meta il-kważi nqbadt li kont qed inqarraq waqt l-eżami. Kont tlabtek, “Mulej, tħallix lil Pawlu jikxifni li kont qed nikkopja. Jekk ma jikxifnix inwegħdek li nisma’ quddies kull nhar ta’ Ħadd u li nagħmel kull ma tgħidli”.

Sew, Pawlu ma kixfekx iżda int żammejtha kelmtek?

Jiddispjaċini le, Veru jiddispjaċini. Sa llum kont naħseb lu jekk ngħid il-Missierna kull filgħaxija, ikun biżżejjed u nkun nista’ nagħmel li rrid. Ma kontx qed nistenna xi ħaġa bħal tal-lum… li int se tkun hemm qiegħed tismani.

Issa komlpli l-aħħar parti tat-talba.

Għax tiegħek is-saltna, l-qawwa u l-glorja għal dejjem.

Taf kif ningħata glorja? Taf x’jagħmilni l-veru ferħan?

Le, imma nixtieq inkun naf. Irrid nagħmel ir-rieda tiegħek Mulej. Nista’ nara kif ħarbatha ħajti s’issa u nista’ nara kemm inkun sew li nkun wieħed minn dawk li jgħidu iva għall-pjanijiet tiegħek.

Għadek kif weġibt il-mistoqsija

Tassew?

Hekk hu. Għax l-iktar ħaġa li tagħmilni kuntent bik u li tagħtini glorja hija li jkolli nies bħalek li tassew iħobbuni, u dan ġa qed narah iseħħ bejnietna. Issa li xi ftit minn dawn id-dnubiet antiki telgħu f’wiċċ l-ilma u twarrbu, ma tistax tgħid x’nistgħu nagħmlu flimkien. Darba Omm ibni qalet li Jien kapaċi nagħmel ħwejjeġ kbar ma’ min hu umli.

Mulej, ejja naraw x’nistgħu nagħmlu bija.

Iva, ejja naraw