Minorità
Tkun minuri hija ghazla, ghazla li kull fejn tkun kulhadd ikun jistà jhares lejk bhala sieheb fl-istess ilma. Li tinghata biex tkun ta’ kollox u ta’ kulhadd, qaddej ghal kull min tiltaqà mieghu. Ma jiddependix mix-xoghol li taghmel izda hija l-atitudni li bih taghmlu. Li tkun bniedem minghir pretensjonijiet; filghodu qieghed waqt laqgha gholja u wara nofs inhar tnaddaf it-toilets ta’ appartament! Marbuta ma minorità hija l-umiltà.
Li tkun minuri jfisser ukoll li toqrob lejn il-verità, li taghraf li fil-fatt ahna tassew f’bahar wiehed qieghdin, ilkoll bnedmin nghixu fl-istess dinja. Ilkoll bix-xewqat taghna, l-karattru uniku taghna, id-djufijiet u t-talenti taghna…ilkoll bnedmin u ghalhekk ilkoll ahwa.