Minorità
B’liema mod kien minuri Ġesù?
Ġesù li kien Alla qatt ma fittex li jkun daqs Alla iżda libes il-libsa ta’ bniedem biex ikun bħall-bniedem. B’ħajtu għex il-ġest tal-ħasil tar-riġlejn u jsib il-konferma tiegħu fi kliemu stess: "Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd" Mk 9:35. Kien jagħmilha mal-prostituti, sajjieda, bdiewa, għorrief, rumani…kull min ried jiltaqà miegħu u qatt u bl-ebda mod ma impona ruħu fuq xi ħadd. Qatt ma fittex li jkun superjuri, tant li meta għaraf li riedu jagħmluh sultan, warrab minn ħdejhom |
![]() |
L-ironija tal-ħajja...
Is-soċjetà tinkoraġġixxi lil min jagħmel karriera u tħeġġeġ
biex kulħadd jagħti s-sehem tiegħu fis-soċjetà .
Dan tagħmlu għax tfittex li tissaħħaħ hi. Mad-daqqa
t’għajn jidher li jagħmel sens…iżda jmur kontra l-ispirtu tal-minorità…mela
x’inhi l-verità biex issaħħah is-soċjetà?.
Bi ftit riflessjoni tagħrfu li s-soċjetà qed tkisser lilha nnifisha
b’din il-mentalità. Fil-fatt hekk
qed jiġri, u hekk jiġri lil min ifittex l-interessi tiegħu, ikisser
lil ta’ madwaru biex jistagħna hu iżda mbagħad jitkisser hu minħabba
li jkun għarraq l-ambjent li jgħix fih . Dan huwa l-effett ta’ l-egoiżmu, li inti
tnaqqas lil ħaddieħor biex tikber int. Fl-aħħar mill-aħħar
l-egoiżmu jispiċċa jkisser lil min hu egoist stess! L-egoiżmu
fil-bniedem jiżdied b’mod mgħaġġel għax il-bniedem
jibda jitkisser minn ġewwa u dejjem ifittex li jerġa jimtela
.
Iktar ma bniedem jiġbed lejh jibda jitlef il-kapaċità li jibni relazzjonijiet sodi man-nies li jgħixu miegħu. Il-bniedem soċjali jgħib u jispiċċa waħdu, f’dinja għalih...Imma kulħadd jaqbel li “no man is an island”. U hawn niġu għall-verità…“Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd” Mk 9:35.
Kristu huwa tassew it-triq il-verità u l-ħajja