Grazzi ta’ l-interess li urejtu fija.

Matul dawn il-ġimgħat għaraft li din in-newsletter hija parti naturali minn ħajti u li m’għandix inwarraba għal issa. Għalhekk iddeċidejt li sa nkompli ndejjaqkom ;o). Nixtieq inkompli naqsam magħkom din il-mixja li qed nagħmel fit-tfitxija tiegħi għall-verità. Kieku kelli naqsam magħkom dak kollu li niltaqa’ miegħu kont nibgħat iktar minn 3 fil-ġimgħa imma l-ħin jillimitani biex nibgħat dawk li l-iktar nibqa’ niftakar jew dawk li l-iktar nara mportanti biex insiru persuni isbaħ, iktar sħaħ. Bħala frekwenza nipprova nżomm dik ta’ qabel: minn darba fil-ġimgħa sa darba fix-xahar.

F’din il-ħarġa nixtieq li nmiss punt li ssemma fl-eżerċizzji li qed nagħmlu, bbażati fuq il-valuri tas-Sinodu, u li rrigwardjat l-evanġelizzazzjoni.

Evanġelizzazzjoni

Kull mgħammed huwa msejjaħ biex jevanġelizza. M’hemmx għalfejn tkun ‘perfett’, ħadd qatt ma jista’ jkun; imma filwaqt li naħdmu biex inkunu persuni aħjar, inxandru dak li nitgħalmu, dak li niskopru mat-triq. Li tevanġelizza, fil-prattika jfisser li ixxandar il-veritajiet tal-ħajja li tiskopri permezz tal-esperjenzi li tgħaddi minnhom, u dan kulħadd jista’ jagħmlu, mill-kbir saż-żgħir.


Bilħaqq!

“qisu li tkunu perfetti bħal ma hu perfett missierkom li hu fis-smewwiet” - il-kelma ‘perfett’ titlef ħafna mis-sens oriġinali tagħha. Din tqarreb iktar is-sens propju:
 
“qisu li tkunu (persuni) sħaħ bħal ma hu sħiħ missierkom li hu fis-smewwiet”
 

We have only one call – to be Fully Alive Human Beings