Hello ħbieb, għal issa din sa tkun l-aħħar E-Life. Fit-12 ta’ Ġunju tispiċċa s-subscription u billi fis-Sajf ma nkunux hawn mhux sa nġedduha. Ġunju mimli daqs bajda, mill-21-27 sa nkun ġimgħa Baħar iċ-Ċagħaq u mill-5 ta’ Lulju sal-5 t’Awissu sa nkun Assisi. Sejrin naraw kunventi fejn kieku nqattgħu n-Novizzjat (it-3 sena). Wara għażilt li nagħmel 3 ġimgħat irtir biex insib lili nnifsi, nara x’irrid minn ħajti. Niltaqa’ miegħi nnifsi u ma Alla. 10 t’ijiem minnhom sa jkunu f’kunventin fil-qalba ta’ muntanja ħadra, il-kumplament sa nqattagħhom ġo hostel. Il-messaġġ tiegħi għal din id-darba hu qasir:

Fittxu għal dak li jagħmel sens fil-ħajja u pperseveraw f’din it-tfittxija, wara kollox ħajjitkom hemm fin-nofs

Siġra bil-mod tikber, l-istess intom, tippretendux li f’daqqa waħda tagħmlu sens minn ħajjitkom. Tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħkom hemm. Tridu tfittxu ħafna u tkunu determinati iżda x’għandkom x’titilfu? Jekk tieqfu tfittxu u tkunu għadkom ma għamiltux sens minn ħajjitkom tkunu qed tikkundannaw lilkom infuskom għal ħajja monotona. Tweġibiet jeżistu, imqar jekk persuna waħda ssibhom, dan hu biżżejjed biex juri li qiegħdin hemm. Aħna imbagħad li jibqgħalna hu li nsibu t-triq.

Għal dawk li jħossu li sabu xi ħaġa fil-ħajja aqsmuha ma l-oħrajn ħalli flimkien inkunu dawl għal min għadu qiegħed jibda din il-mixja.