Hello ħbieb, x’minkom? Kif qed tqattgħuh is-Sajf? Qed ikun xejn ta’ ġid? Jien għadni kemm nasal lura minn xahar l-Italja. Kienet esperjenza varjata u qawwija. Nixtieq nagħmel itinerarju zgħir bl-esperjenzi prinċipali li għext f’dawn il-jiem. L-esperjenza sa tkun maqsuma fuq diversi ħarġiet biex nagħtikom iktar ċans tieqfu taħsbu ftit fuq kull waħda individwalment. Nittama li bħal ma għamilt jien, hekk ukoll intom tagħmlu mixja spiritwali f’dawn il-ġimgħat li ġejjin.
L-esperjenza f'Assisi (1)
L-ewwel għaxart ijiem qattajthom flimkien mal-postulant sieħbi Joseph Ciappara u patri Anton u f’dawn il-jiem żorna s-santwarji franġiskani l-iktar importanti.
L-ewwel erbat ijiem qattajnihom ġewwa
Fontecolombo, post kwiet
ħafna u maqtugħ minn residenzi immedjati. Hawnhekk San Franġisk kiteb ir-regola
li tibda hekk: "Ir-regola u l-ħajja tal-partijiet minuri hija din".
L-importanti fil-ħajja mhux ir-regoli iżda l-għamla ta’ ħajja wara r-regoli.
Ir-regoli huma l-aspett prattiku biex jgħinuna naslu għal realtà li ma tistax
tiġi spjegata fi kliem. Ejja nmorru lilhinn mill-fidi bbażata fuq il-kmandamenti
u niskopru r-realtà li hemm wara!
Nota xjentifika:
Suġġetti: Learning Theory, Formal Languages.
F’Learning tgħallimna li minn ammont limitat ta’ eżempji (samples) wieħed ma jista qatt jasal jagħraf eżatt is-set oriġinali. Li jista’ hu li jersaq kemm jista’ jkun viċin. Ir-regola hija dik ir-regular expression li biha wieħed jipprova jiddeskrivi kemm jista’ is-set infinit.
Li rridu nagħmlu aħna hu li kemm jista’ jkun naslu nagħru dan is-set x’inhu, dan Alla min hu.
Iċ-ċirkonċiżjoni vera hija dik tal-qalb, opra ta’ l-ispirtu u mhux tal-Liġi miktuba. Rum 2, 29