L-esperjenza f'Assisi (2)
La Foresta patri jieħu ħsieb programm ta’ riabilitazzjoni għall- ex-drogati. Jaħdmu ħafna fl-injam u l-art li minnha jieklu. Il-logo tagħhom jikludi l-kliem Tempora, Tempere Tempore:
Tempora: il-persuna fil-ħin ta’ issa (The being of a person at this point in time)
Tempere: tittempra
Tempore: iż-żmien
Tempora Tempere Tempore għalhekk tfisser: il-bniedem jittempra lilu nnifsu maż-żmien.
Saying
li jiktbu fuq l-injam bħala souveniers jgħid: "Il-moda hi dik li ssegwi
meta ma tafx wara xiex sa timxi". Tgħid veru?…
Hekk kif tidħol ma ħajt tara kitba bil-latin li tgħid: “post tajjeb ħafna fejn wieħed jistrieħ”…u int kemm ilek ma tieqaf ftit minn dak li qed tagħmel? Ħadt mhu sa joqgħod jiġri warajk biex tieqaf tistrieħ! Ħu r-riedni ta’ ħajtek f’idejk u ħu ħsieb tiegħek innifsek!
Poggio Bustone huwa kunvent żgħir fil-post fejn San Franġisk irċieva l-konferma li t-talba li kien għamel ftit ġimgħat qabel instemgħet.
"Intom titolbu u ma taqalgħux għax titolbu ħażin". Fittxu mela li titolbu tajjeb. Meta d-dixxipli talbuh biex jgħallimhom jitolbu t-tweġiba kienet: Missierna, li inti fis-smewwiet...
Wara hawn kien għad fadal ftit tal-ħin għalhekk P. Domenico, li kien qed idawwarna mas-santwarji, ħadna sa
Il Faggio, li hija siġra li minflok lebbtet il-fuq bħall-oħrajn
mejlet l-isfel u tikber bħall-ħaruba ta’ Malta. It-tradizzjoni tgħid
li meta kien għaddej minn hemm darba minnhom Franġisku inqabad f’maltempata
kbira u daħal jistkenn taħt din is-siġra li mielet biex tgħattih.
Hux vera jew le ma nafx però huwa fatt li s-siġra kibret b’mod differenti
ħafna minn sħabha u għandha ħafna żmien.
Il-ħarsien ta’ l-ambjent issa qiegħed fuq fomm kulħadd anka grazzi għall-mezzi ta’ komunikazzjoni li saru jagħtuh coverage tajjeb ħafna. Però qed nisħqu fuq l-ambjent għax verament għandna mħabba lejn il-ħolqien jew għax aħna maħniex ngħixu komdi?
Greccio huwa l-post fejn San Franġisk esprima x-xewqa tiegħu
li kemm jista’ jkun jara b’għajnejh u jmiss b’idejh lil Alla li ma jarax
u ma jmisx. Hawn seħħet l-ewwel rappreżentazzjoni ta’ dak l-għar
ġo Betlehem. Int tixtieq tiltaqa’ b’mod ħaj ma dan Alla li tant taf
fuqu? U wara kollox, tista’ tgħid li tafu?
Dak inhar, għal ftit sekondi, il-pupu tad-drapp li kienu ppreparaw in-nies tal-post ħa l-ħajja u deher bħal donnu qed iqum minn nagħsa twila, dehra xierqa tassew għax dak inhar Ġesù twieled mill-ġdid fil-qlub ta’ dawk in-nies sempliċi. Alla daħal fil-qalb ta’ dawk in-nies permezz ta’ Franġisku. Bl-istess mod jinqeda bin-nies li jdawruk biex jistiednek tiltaqa’ miegħu. Int x’tagħmel, taċċetta? Trid tiltaqa’ miegħu jew tibża’? Għalfejn tibża’ meta taf li l-ewwel kliem tiegħu dejjem kienu: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” Mt 14,27; Ġw 6,20 (Ġesù jimxi fuq l-ilma)? Jekk tixtieq tagħraf min hu Alla x’qed tagħmel biex tiltaqa’ miegħu? L-għarajjes jiftehmu l-post u l-ħin fejn sa jiltaqgħu, int talloka ħin għal Alla? Biex tibni relazzjoni sabiħa u soda ma bnedmin oħra li tarhom u tkellimhom hija diffiċli u kultant ikun hemm bżonn ta’ terzi persuni. Biex tibni relazzjoni ma dan Alla li ma tarax u ma tmisx hija ferm itqal u l-għajnuna ta’ direttur spiritwali hija meħtieġa jekk tixtieq verament li ssir taf dan Alla min hu. Nerġa nfakkarkom…min ifittex isib…