L-esperjenza f'Assisi (4)
Post importanti ħafna għall-Ordni Franġiskan hija l-kappella
ċkejkna tal- Porziuncola (iddedikata lil Santa Marija ta’ l-Anġli) li fi żmien San Franġisk kienet minsija u mdawra bis-siġar li kienu jimlew il-panura ta’ l-Umbria. Hawn Franġisku għaraf is-sejħa tiegħu fil-qari ta’ l-Evanġelju waqt quddiesa, hawn ingħaqdu miegħu l-ewwel aħwa, minn hawn bagħat il-patrijiet ixandru lil Kristu mad-dinja, hawn kien jirritorna mill-missjonijiet tiegħu u hawn miet, għerwien fuq il-ħaxix. Għalkemm itineranti (jivjaġġa minn post għall-ieħor), dan l-imkien kien għal qalbu iktar minn kull post ieħor. Int għandek post li tista’ ssejjaħlu dar? |
![]() |
![]() |
L’Eremo delle Carceri huwa post ftit il-fuq minn Assisi fejn San Franġisk kien jirtira għal xi jiem biex jerġa jingħaqad m’Alla. Minn hawn tidher ċara Assisi u Santa Marija ta’ l-Anġli li kienet il-qofol ta’ l-Ordni. Dan kien jgħinu jżomm żar f’moħħu li hu kien irtira iżda postu man-nies. Aħna m’aħniex bnedmin soċjali biss iżda bnedmin spiritwali ukoll (in-nies ta’ żmien il-ħaġar fl-‘injoranza’ tagħhom għarfu dan iktar minna!) u bħal ma l-ġisem għandu bżonn l-ikel, l-ispirtu għandu bżonn l-ikel tiegħu: t-tagħlim, s-silenzju, l-ispazju…Kemm qed tieħu ħsieb verament tiegħek innifsek? Lest tirrispetta din il-ħtieġa u tagħti l-ispazju lilek innifsek? |