...Rigward l-iskola, jkolli nistqarr li jiena, bhala anglu, ma naqbel xejn ma kif intom il-bnedmin titghallmu :o(. L-ewwel fosthom ghandha tigi l-formazzjoni tal-personalita`. L-process ta' taghlim ghandu jkun kull wahda skond il-kapacitajiet taghha. Kull persuna ghandha t-talenti UNICI taghha. Jisghobbija ferm meta xi persuni jmaqdru persuni ohra minhabba li m'ghandhomx il-kwalitajiet taghhom (ez. L-istudju). L-ewwel fosthom hemm l-espressjoni 'qisek taz-zibel'. Essacc nahseb iktar inti tista` tghidli xi tfisser, biss jiena nhoss li tkunu qeghdin tmaqdru lill-persuna billi tqabbluha ma persuna ohra li tqisuha inferjuri minhabba li ma tghallmitx skola u ma tilbisx daqshekk pulit fuq xoghlha. Wara kollox tghid m'hux sa tkun bil-glekk biex tigbor iz-zibel!!!

        Ahna hawnhekk il-ferh taghna hu li nfahhru l-Alla. Hawn min ilu s-snin u hawn min gie l-bierah. Kulhadd ifahhar lil Alla bil-mod tieghu imma hadd ma jqis lilu nnifsu ahjar minn haddiehor, kulhadd jaghmel mill-ahjar li jista`.

        Dan ta' l-ahhar huwa l-punt ewlieni. Ahna hawn fuq nahdmu b'sistema 'komunista'. Fis-sens li kulhadd indaqs. Biss meta intom il-bnedmin ippruvajtu tikkupjawna gara li xi nies bdew jitghaznu u jghixu minn fuq haddiehor. Ma baqax jimpurtakom jekk tizviluppawx it-talenti li zejjinkom bihom Alla jew le, l-aqwa li tghixu komdi. Mal-ewwel intbahna li ma kontux ghadkom lesti u ghalhekk nebbahna lil uhud biex joholqu s-sistema kapitalista.

        Bhal f'hafna affarijiet ohra, bdejtu tajjeb u spiccajtu hazin. Issa qed taghmlu wisq pressjoni fuq dak li persuna takkwista. Gibtuha li persuna tiswa daqs dak li jirnexxiela tikseb kemm bis-sewwa kif ukoll bid-dnewwa :o(.

        Nigi mela ghall-punt. L-ghan ta' l-iskola huwa li inti titghallem tuza t-talenti tieghek (l-iktar dak intellettwali). L-ghan ta' Alla huwa li inti titghallem biex bit-talenti tieghek tkun tista tferrah bnedmin ohra.