...Din id-darba domt ftit jien ghax hawn fuq bdew it-thejjijiet ghall-Milied u tghidx kemm qed ikolna x'naghmlu!! Koz hux! L-avvent...zmien ta' stennija u PANIC ghal hafna! Imma ghalfejn dan kollu? Specjalment ahna hawn fuq li m'ghandna x'naqsmu xejn (jew ftit li xejn) maghkom?

        Ahna niccelebraw l-imhabba kbira li Alla wera maghkom il-bnedmin meta baghat lil Gesł fostkom. Per ezempju, immagina li lill-kelb tieghek tant thobbu li tiddeciedi li ssir kelb bhalu biex taghmillu kumpanija! Hija xi haga sabiha hafna u turi imhabba kbira!

        Fil-kaz taghkom il-migja ta' Gesu' fostkom tfisser hafn'iktar minn hekk. Ha nsaqsik mistoqsija...Gesł ghalfejn tahseb li sar bniedem? Orrajt ghax ihobbkom imma l-missjoni tieghu xi tfisser verament? Mit-testment l-antik jidher car li li gara kien li intom il-bnedmin tant kontu tbieghtdtu minn Alla (billi abbuzajtu mill-liberta` li taghkom) li nqtajtu kompletament minn mieghu. Dan ifisser li tliftu l-kapacita` li thobbu, l-ikbar rigal li intom imzejnin bih. Alla tant iddispjecieh li tliftu l-iskop ta' hajjitkom li ddecidew li jigi l-Iben fostkom biex jerga` jghallimkom kif thobbu.

        Dan hu l-messagg tal-Milied, dan hu l-ferh li suppost ticcelebraw. Bil-migja tieghu fostkom, Gesł rega' holoq il-katina bejnkom u Alla. "Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier fija." "M'hux jien qed nitkellem izda huwa l-Missier li qed jghidli x'ghandi naghmel." " Jien u l-Missier haga wahda." "Jien ghalhekk gejt fid-dinja, biex naghti d-dawl lill-ghomja u s-smigh lit-torox." Gesł d-dawl tad-dinja, t-triq, il-verita` u l-hajja...kollha jixhtu dawl fuq il-Missjoni ta' Gesł, li jerga` jhabbeb id-dinja ma Alla.

        Ghandkom tifirhu ghaliex bit-twelid tieghu, Gesł ta' tama gdida lill-"bnedmin ta' rieda tajba". Tahom garanzija li jekk iridu jistghu jirbhu l-hazen tad-dinja. L-iktar haga li tkiddkom hi l-prezenza tal-hazen. Huwa ghalhekk li ghandkom l-ingustizzji kollha. Kemm il-darba nismakom tghidu li min ifotti u jghawweg l-affarijiet jimxi iktar minn min hu onest fid-dinja. M'hux bilfors! "Ghax ulied id-dinja jimxu bil-ghaqal aktar minn ulied id-dawl ma' min hu tal-qatgha taghhom." Lq 16, 8. Biss bit-twelid ta' Gesł tak garanzija li jekk trid, bil-ghajnuna tieghu, int ukoll tista` teghleb il-hazin. Tajjeb li tifhem ukoll li dan huwa process twil (bhal ma spjegajt l-ahhar darba). M'hux sa tqum fil-ghodu u tghid 'mill-lum il-quddiem jien sa nirbah il-hazin dejjem'. Biss ghandek garanzija li jekk izzomm shih xi darba ghad tasal.

        Mela ifrah u fahhar lil Alla int ukoll ta' l-imhabba hekk kbira li wera mal-bnedmin KOLLHA!!!

        L-angli sellmu lir-rghaja "...u paci fl-art lill-bnedmin ta' rieda tajba".

Meta jkollok il-paci f'qalbek...

Il-Milied it-tajjeb, mimli hena u paci tal-qalb!!! :o)