...Ifirhu u ccelebraw ghax bhall-lum
twieled Gesł! Kemm tistona hux din il-frazi, donnha barra minn postha! u fil-fatt
dan hu dak li qed niccelebraw! Biss, minflok ma noqghod ingerger ghax il-Milied
tilef hafna mit-tifsira tieghu, nistedinkom sabiex intom ukoll tifirhu maghna
u b'hekk ma nibqghux ftit li nifirhu flimkien.
        Issa, billi nahseb li hu indispensabbli
li tifmhu s-sens tal-migja ta' Gesł...
        Biex tifmhu l-kuncett tal-Milied tridu
tirrealizzaw li bil-migja tieghu, Gesł ta' tama gdida lil bnedmin. Tama li
t-tajjeb jista` jirbah fuq il-hazin. Ahna kemm neqirdu li l-hazin jipprevali
fuq it-tajjeb! Bit-tnissil ta' Gesł tnisslet tama li ghal dawk li jixtiequ,
jistghu jirbhu l-hazin.
        It-tifsira ta' din il-grajja hija tant
kbira li ddur madwar il-valur tal-hajja nnifisha. Kieku ghalxiex nghixu jekk
nafu li l-hazin sa jirbah? Kieku ghalfejn naghmlu minn kollox biex inrazznu
l-hazin u naghmlu dak li hu tajjeb? propju ghax bit-twelid ta' Gesł ghandna
garanzija li t-tajjeb xi darba ghad jirbah. U din ix-xi darba
ghndna bzonn nifmuha sew. Ma jfissirx Issa jew ghada jew is-sena
d-diehla (jew ahjar meta jidrilna ahna), izda xi darba. U din zzomm
fiha s-sbuhija kollha tar-religjon taghna, li, ma noqghodux nahsbu ahna x'sa
jsir minna izda nintelqu ghal kollox f'idejn Alla u nhalluh imexxina hu. Alla
ma jistax jittraskurak jew imexxik hazin. B'hekk ghal darba tkunu tistghu
tghidu li qieghdin fis-sod. Allura x'qed tistennew biex tinhelsu mill-hafna
problemi li ghandkom? Hudu l-opportunita` ta' din l-okkazjoni u inhelsu fil-Mulej.