Perkussjonist u Kollaboratur ta' Desmond Tutu ghall-Gimgha Afrikana |
||
L-Universita ta' Malta - 15-21 Marzu, 1999 | ||
Mousse
Ndiaye, perkussjonist Senegaliz li daqq ma’ Yousse Ndour, u Charles
Villa-Vicencio, mit-Truth and Reconciliation Commission ta’
l-Afrika t’Isfel, se jkunu l-mistednin ewlenin ta’ Gimgha Afrikana li
se ssir bejn it-Tnejn 15 u s-Sibt 20 ta’ Marzu, fl-Università ta’
Malta u fi bnadi ohra.
Fl-organizzazzjoni ta’ din il-Gimgha hemm mhux anqas minn ghoxrin ghaqda u koperattiva Maltija u barranija. L-attivitajiet jinkludi seba’ workshops ta’ muzika u zfin Afrikan, tnejn minnhom miftuhin ghall-pubbliku in generali; lejla ta’ muzika u letteratura ispirata mill-Afrika, kuncert ta’ saghtejn ta’ muzika u zfin Afrikan, celebrazzjoni inter-religjuza, zewg seminars b’ghadd ta’ kelliema barranin, lejla ta’ cinema Afrikana, u wirja ta’ arti u impenn fl-Afrika. Ghall-ewwel darba, seba’ koperattivi lokali u barranin, fosthom koperattiva Sud Afrikana qeghdin jahdmu flimkien mhux biss biex jipprezentaw stampa iktar gusta ta’ l-Afrika, izda anki biex jippromwovu l-koperattivi bhala alternattiva konkreta ghan-nuqqasijiet li jezistu fid-dinja tax-xoghol. Minbarra li kien kollaboratur mill-qrib ta’ l-Isqof Desmond Tutu fit-T.R.C., Charles Villa-Vicencio huwa wkoll Professur tar-Religjon u s-Socjetà fl-Università ta’ Cape Town u awtur jew editur ta’ tlettax-il ktieb. Jahdem ukoll mal-Cambridge University Press bhala konsulent editorjali ghas-serje dwar ir-Religjon u l-Ideologija u mar-rivista, Journal of Church and State li tohrog fl-Istati Uniti. Tnejn mill-kotba tieghu huma Civil Disobedience and Beyond: Law Resistance and Religion in South Africa u A Theology of Reconstruction: Nation-building and Human Rights. L-ghan ta’ din il-Gimgha Afrikana organizzata mill-Grupp ghat-Tielet Dinja u l-Koperattiva Kummerc Gust (tal-hanut L-Arka), bil-kollaborazzjoni ta’ l-Ufficcju ghall-Izvilupp tal-Kampus u l-BOV Club huwa li l-pubbliku Malti jkollu esperjenza ta’ kultura, edukazzjoni u impenn Afrikan. F’dan il-kuntest, is-sehem ta’ Mousse Ndiaye, li minbarra li jdoqq jghallem ukoll fl-Università ta’ Helsinki u akkademji tal-muzika, huwa importanti hafna, ghax bil-workshops u l-kuncert tieghu u ta’ Thioune Ndiaye (zeffiena) se joffri esperjenza diretta ta’ kultura Afrikana. Il-Programm Shih Il-programm tal-Gimgha Afrikana fil-qosor huwa dan: Wirja ta’ Arti u Impenn fl-Afrika - Junior Common Room (L-Università), mit-Tnejn sal-Hamis, 9.00a.m.-1.00p.m., 4.00p.m.-7.00p.m. Ftuh Ufficjali - It-Tnejn, 7.00pm, Junior Common Room. Workshops (perkussjoni u zfin) ghal kulhadd, It-Tnejn u t-Tlieta, 3.00p.m. – 5.00p.m., Junior Common Room (LM2 kull workshop). Isefra, lejla ta’ muzika u letteratura impenjata – It-Tlieta, 7.00p.m., Sala Francis Ebejer (wara l-Liberija ta’ l-Università) dhul b’xejn. Cinema Afrikana, L-Erbgha, Sala Francis Ebejer, (LM1.50); 6.00p.m.: "Xala" (Senegal); 8.30p.m.: "Halfaouine" (Tunisia), English subtitles. Kuncert ta’ Mousse Ndiaye, Il-Hamis, 7.00p.m., Sala Francis Ebejer, ma’ Jamil Limam, Joyce Mabilla u Thioune Ndiaye (LM3). Seminar: Africa for Africa, Il-Gimgha, 9.00p.m.-1.00p.m., Aula Magna, L-Università l-Qadima, Il-Belt Valletta; kelliema l-Prof. Charles Villa-Vicencio, Dr. Paul Clough, Dr. Stella Borg Barthet u s-Sur Vince Caruana (LM2), bl-Ingliz. Interfaith Celebration, Il-Gimgha, Il-Knisja ta’ Ta’ L-Ibrag, 7.30p.m., imexxi Gwann Xerri O.P., bil-Malti u bl-Ingliz. Seminar: Draft Policy ghal-Ligi dwar ir-Refugjati, Is-Sibt, Mount St. Joseph, Il-Mosta, 9.00a.m. – 5.00p.m. (LM7, bl-ikel). African Night organizzata mis-Society for African Studies, Is-Sibt, Sala Francis Ebejer, 7.00p.m.. Se jkun hemm ikel Afrikan ghall-bejgh fl-attivitajiet kollha li jsiru f’Sala Francis Ebejer. Ghall-biljetti, ghall-bookings tal-workshops u tat-trasport wara l-attivitajiet, u ghal aktar taghrif cempel lill-Ufficcju ghall-Izvilupp tal-Kampus fuq 3290 2236 jew il-hanut L-Arka fuq 244865. Adrian Grima |
||