Kors ta’ Taħriġ għall-Voluntieri fil-Qasam Soċjali |
||
Dan il-kors ta’ tlettax-il sessjoni ta’ siegħa u nofs fil-ġimgħa għandu l-għan doppju li jintroduċi l-aspetti ewlenin tal-volontarjat soċjali lil dawk li huma mħajrin jimpenjaw ruħhom fis-soċjetà u fl-istess ħin li jagħti enerġija u perspettivi ġodda lil dawk il-voluntiera li ilhom jagħtu sehemhom f’dan il-qasam għal snin twal. Minħabba r-rivoluzzjoni fil-komunikazzjoni li seħħet fil-pajjiżi tan-naħa ta’ fuq tad-dinja f’dawn l-aħħar 20 sena kien hemm bidliet kbar fil-mod kif jaħdmu l-għaqdiet volontarji. Dan il-kors jiddiskuti kemm it-temi klassiċi tal-volontarjat kif ukoll dawn il-bidliet li qegħdin iseħħu u li qegħdin joffru sfidi u opportunitajiet interessanti lill-volontiera li jaħdmu fuq bażi lokali fl-isfond ta’ realtajiet dejjem aktar globali. Dawk il-parteċipanti li jkollhom aċċess għall-internet se jkunu jistgħu jniżżlu xi materjal b’xejn dwar it-temi diskussi fis-sessjonijiet minn fuq il-website tal-Grupp għat-Tielet Dinja (www.webgtd.cjb.net), waħda mill-għaqdiet li qed jorganizzaw dan il-kors. Il-partecipanti se jintalbu hlas ta' Lm5 ghall-kors kollu biex ikopru l-ispejjez.
|
||
Il-Programm tal-Kors |
||
Data | Tema | Kelliema |
1/10 | Merħba u Ħarsa lejn il-Programm tal-Kors | Roderick Agius |
Introduzzjoni għall-Volontarjat | Godwin Genovese | |
Il-Ħidma ta’ l-Għaqdiet mhux Governattivi f’Pajjiżna | Prof. Anthony M. Abela | |
L-Impenn Favur il-Fqar u l-Emarġinati fil-Forum għall-Ġustizzja u l-Koperazzjoni |
Nathalie Grima (Koperattiva Kummerċ Ġust) |
|
8/10 | Il-Psikoloġija tal-Volontarjat | Bryan Magro |
15/10 | Kif Tgħin |
Jenny Zammit George Zarb |
22/10 | L-Għażla Favur il-Fqar, l-Għażla ta’ l-Insara | Dun Renè Camilleri |
29/10 | Il-Faqar f’Malta, bejn Ħrafa u Realtà | Carmen Delia |
5/11 | Perspettivi differenti dwar il-problemi tal-Faqar u l-Ambjent | Vince Caruana |
12/10 | Elementi ta’ Social Work fil-Volontarjat | Agnes Galea Curmi |
19/10 | Id-Dinamika fil-Gruppi | Dione Mifsud |
26/11 | Il-Koperazzjoni Internazzjonali | Vince Caruana |
3/12 | Prinċipji Etiċi fil-Ħidma Volontarja | Roderick Agius |
10/12 | Il-Globalizzazzjoni | Vince Caruana |
17/12 | Il-Koperattivi u t-Tielet Settur | Dr. Godfrey Baldacchino |
21/12 | Politika Nazzjonali dwar il-Volontarjat |
L-Onor. Louis Galea L-Onor. Evarist Bartolo Is-Sur Mario Mallia |
Għall-Ewwel Paġna | To the First Page | ||