Il-kittieb Spanjol mill-Galizja, Miro Villar,
meqjus bħala wieħed mill-aqwa poeti żgħażagħ
li hawn fl-Ewropa, se jkun Malta fl-aħħar ġimgħa ta’
Awwissu biex imexxi sensiela ta’ workshops ta’ kitba kreattiva u jieħu
sehem fil-proġett “Bliet (u Miti)”, ta’ Inizjamed fil-Birgu u
f’Bay Street.
Miro Villar huwa huwa involut ħafna
fix-xena artistika fil-Galizja u jaħdem ħafna ma’ artisti oħrajn
fosthom fotografi u mużiċisti. Dan l-iskambju bejn forom
differenti ta’ l-arti huwa element ewlieni fil-proġett “Bliet (u
Miti)” ta’ Inizjamed li beda f’Mejju li għadda. Iż-żjara
ta’ Miro Villar qed tiġi organizzata minn Inizjamed bil-għajnuna
ta’ l-NSTS, Bay Street u s-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta’
l-Edukazzjoni
Din hija silta qasira minn intervista ta’
l-awtur żagħżugħ Stephen Cachia ma’ Miro Villar.
L-intervista sħiħa tixxandar fl-istampa lokali iktar ‘il
quddiem. [ikompli]