L-Evangelju

skond Mattew

KAP 1 sa 10

KAP 11 sa 18 (hawn)

KAP 19 sa 28

Nisga

 

 

IV. IL-MISTERU TAS-SALTNA TAS-SMEWWIET

1. RAKKONT

11 11, 1 fl-ibliet taghhom: il-bliet tal-lhud.

Mistoqsija ta’ Gwanni l-Battista

u x-xhieda ta’ Gesu` dwaru (11, 2-15)

11, 2 tnejn mid-dixxipli tieghu: skond varjanti, ara Lq 7, 18; tr. "id-dixxipli tieghu".

11, 3 Gw 1, 21+

11, 3 Minghajr ma kellu ebda dubju ta’ xejn dwar Gesu`, Gwanni l-Battista jistaghgeb meta jara jsehh quddiemu tip ta’ Messija li hu daqstant differenti minn dak li huwa kien qed jistenna (ara 3, 10-12).

11, 5 Mt 8, 3+

11, 5 l-Evangelju jixxandar lill-foqra: litt. "il-foqra huma evangelizzati" (ara Mt 4, 23+; Lq 1, 19+). B’din ir-riferenza ghat-tehbiriet ta’ Isaija, Gesu` juri lil Gwanni li l-opri tieghu qeghdin tabilhaqq iniedu l-era messjanika, izda taht is-sura ta’ beneficcji u salvazzjoni u mhux ta’ forza u kastig (ara Lq 4, 17-21).

11, 9 Mt 16, 14+

11, 11 hu akbar minnu: minhabba fil-fatt biss li jkun jappartjeni lis-saltna, filwaqt li Gwanni, billi hu prekursur, baqa’ fil-bieb.Din il-kelma tikkonfronta zewg epoki ta’ l-opra divina, zewg "ekonomiji", minghajr ma ddaghjjef b’ebda mod il-persuna ta’ Gwanni; iz-zminijiet tas-saltna jittraxxendu ghalkollox dawk li gew qablu u li hejjewh.

11, 12 il-bnedmin qeghdin jithabtu bis-shih ghaliha, u dawk li jithabtu bis-shih jahtfuha: kelmiet li jitfissru b’mod divers, l-iktar kif jigu tr. minn x’uhud: "qed tbati l-vjolenza u l-vjolenti se jaghmlu lilhom infushom sidien taghha". Din il-vjolenza tista’ tkun: 1. il-vjolenza qaddisa ta’ dawk li jaghmlu lilhom infushom sidien tas-saltna minhabba f’tghakkis l-iktar iebes; 2. il-vjolenza hazina ta’ dawk li jippretendu li jwaqqfu s-saltna permezz ta’ l-armi (l-imheggin; iz-zeloti); 3. it-tirannija tas-setghat imxajtna, jew ta’ min jappogghom fuq din l-art, li jippretendu li jzommu f’idejhom l-imperu ta’ din id-dinja u jxekklu t-twettieq tas-saltna ta’ Alla. Fl-ahharnett, jigu tr. minn x’uhud: "is-saltna ta’ Alla timxi ’il quddiem bil-vjolenza", jigifieri titwaqqaf bil-forza, minkejja kull xkiel.

11, 14 Gwanni gie biex jaghlaq l-ekonomija tal-patt il-qadim, minnufih wara Malakija, l-ahhar mill-profeti, li tieghu iwettaq l-ahhar tehbira (Ml 3, 23).

Gudizzju ta’ Gesu` fuq il-generazzjoni ta’ zmienu (11, 16-19)

11, 19 Mt 8, 20+ Gw 6, 35+

11, 19 Wara l-opri tieghu stess, hemm varjanti li ggib: "permezz ta’ uliedu" (ara Lq 7, 35). - Kif jaghmlu t-tfal bil-buli jew bil-geddum, li jirroftaw kull ghamla ta’ loghob li tigi lilhom offruta (hawnhekk il-festi tat-tieg u tad-dfin), il-lhud jichdu kull proposta ta’ Alla, sew l-indiema li jitkellem minna Gwanni, sew l-inzul umli li jaghmel Gesu`. Madankollu, kemm wahda kemm l-ohra jiggustifikaw ruhhom bid-diversi sitwazzjonijiet li jsibu ruhhom fihom sew Gwanni l-Battista sew Gesu` ghar-rigward ta’ l-era messjanika (ara 9, 14w; 11, 11-13). - Minkejja r-rieda hazina tal-bnedmin, il-hsieb gharef ta’ Alla jirrejalizza u jiggustifika ruhu wahdu, bl-imgieba li dan inebbah biha sew lil Gwanni l-Battista sew lil Gesu`. L-"opri" ta’ Gesu`, b’mod partikolari, jigifieri l-mirakli tieghu (v 2), huma x-xhieda li tikkonvinci jew li tikkundanna , (vv 6 u 20-24). Gesu` ghadu qrib il-gherf fi 11, 28-30; 12, 42; 23, 34p; Gw 6, 35+; 1 Kor 1, 24. - Esegesi ohra tara biss proverbju f’dawn il-kelmiet, u l-mod kif dan jigi applikat ghal dawk li ma jemmnux ihabbar li l-gherf qarrieqi taghhom (ara v 25) se jaghmel il-frott li jisthoqlu, jigifieri l-kastigi divini (vv 20-24).

Zvintura ghall-ibliet max-xatt ta’ l-ghadira (11, 20-24)

11, 21 Tir u Sidon: bliet li t-theddid tal-profeti ghamel minnhom xempji tal-hazen (Gham 1, 9w; Is 23; Ezek 26-28; Zak 9, 2-4).

Il-bxara t-tajba rivelata lin-nies semplici.

Il-Missier u l-Iben (11, 25-27)

11, 25 Billi din is-silta (vv 25-27) m’ghandhiex rabta cara mal-kuntest li fih qeghedha Mt (ara l-post taghha differenti skond Lq), dawn il-hwejjeg ma jirreferux ghal dak li gie qabel; minflok ghandhom jiftiehmu bhala l-"misteri tas-saltna" b’mod generali (13, 11), rivelati liz-"zghar", id-dixxipli (ara 10, 42), izda mizmuma mohbijin mill-"ghorrief", il-Farizej u l-imghallmin taghhom.

11, 27 Il-professjoni ta’ relazzjonijiet intimi ma’ Alla (vv 26-27) u l-istedina biex insiru dixxipli (vv 28-30) jfakkru f’bosta siltiet mill-kotba ta’ l-Gherf (Prov 8, 22-36; Sir 24, 3-9 u 18-20; Gherf 8, 3w; 9, 9-18, ecc). Gesu` wkoll jattribwixxi lilu nnifsu r-rwol ta’ l-Gherf (ara Mt 11, 19+), izda b’mod eminenti, mhux aktar bhala personifikazzjoni, izda bhala persuna, l-"Iben" li jisboq kollox tal-"Missier" (ara 4, 3+). Din is-silta, qisha ta’ Gwanni (ara Gw 1, 18; 3, 11.35; 6, 46; 10, 15, ecc), tesprimi fil-qiegh l-iktar ewlieni tat-tradizzjoni sinottika, bhal f’Gwanni, l-gharfien car li kellu Gesu` li huwa kien bin Alla.

11, 27 Mt 4, 3+ Gw 3, 35+ Gw 3, 11+

Gesu` Mulej tat-toqol hafif (11, 28-30)

11, 28 mhabbtin u mtaqqlin: taht il-madmad tal-Ligi li l-osservanza taghha, skond ma jghidu li ghandek taghmel il-Farizej, hu ta’ piz kbir li ma tistax tifilhu (23, 4; ara 5, 17+). Il-"piz tal-Ligi" hija metafora ta’ spiss uzata fost ir-rabbin (ara qabel Sof 3, 9 LXX; Lam 3, 27; Ger 2, 20; 5, 5; ara Is 14, 25). Sir (6, 24-30) diga` juzaha f’kuntest ta’ Gherf, bl-ideja ta’ xoghol hafif u ta’ mistrieh.

11, 29 ta’ qalb helwa u umli: tismijiet klassici tasl-"fqajrin" tat-TQ (ara Sof 2, 3+; Dan 3, 87). Gesu` jiehu fuqu l-atteggament religjuz taghhom u juzah biex jaghmel lilu nnifsu l-imghallem tal-Gherf taghhom, kif kien imhabbar mill-"qaddej" (Is 61, 1w u Lq 4, 18; ara wkoll Mt 12, 18-21; 21, 5). Kien ghalihom li fil-fatt qal il-beatitudnijiet (Mt 5, 3+) u bosta aktar taghlimiet tal-bxara t-tajba.

Is-sbul maqtugh (12, 1-8)

12 12, 1 Ez 20, 8+

12, 2 Id-dixxipli ma kienux qed jigu mcanfrin ghax kienu qeghdin jaqtghu is-sbul, waqt li ghaddejin mill-ghelieqi ta’ ghajrhom (Dt 23, 26 kien jippermetti dan), izda ghax kienu qed jaghmlu dan is-Sibt. Il-kazisti f’dan jaraw "hidma" li kienet projbita milli ssir skond il-Ligi (Ez 34, 21).

12, 4 Ez 25, 23+

12, 5 Jum is-Sibt ma kienx ihaffef, izda pjuttost itaqqal il-hidma tal-ministri tal-kult.

12, 8 F’din l-okkazjoni u fil-waqt ta’ kull fejqan li huwa jaghmel is-Sibt (Mt 12, 9-14p; Lq 13, 10-17; 14, 1-6; Gw 5, 1-18 u 7, 19-24; 9), Gesu` jafferma li lanqas ghamil imwaqqaf minn Alla, bhalma hu l-mistrieh ta’ kull gimgha, ma ghandu valur assolut; li dan l-ghamil ghandu jcedi meta tinqala’ xi htiega jew biex tintwera l-imhabba; li huwa nnifsu ghandu s-setgha li jinterpreta b’awtorita` il-Ligi ta’ Mose` (ara 5, 17+; 15, 1-7p; 19, 1-9p). Huwa ghandu awtorita` bhal dik bhala "Bin Alla", bhala kap tas-saltna messjanika (8, 20+) li ghandu x-xoghol li jwaqqaf sa minn fuq din l-art (9, 6) l-ekonomija l-gdida (9, 17+), wisq oghla minn dik tal-qedem ghax "hawnhekk hawn xi haga bil-wisq ikbar mit-tempju". - Ir-rabbin kienu jippermettu derogi (thassir u tibdil) fil-Ligi kif tolqot is-Sibt, izda l-iskrupli li kellhom kienu jzommuhom lura kemm jista’ jkun.

Fejqan ta’ ragel b’idu niexfa (12, 9-14)

12, 12 Ez 20, 8+

Gesu` u il-"qaddej tal-Mulej" (12, 15-21)

12, 16 Mk 1, 34+

12, 17 hekk isehh: bid-dehen li bih Gesu` jwettaq kull hidma ta’ gid.

12, 18 Mt 3, 16+

12, 18 hu jxandar il-gustizzja: Tr. "id-dritt"; hu d-"dritt" divin li jirregola r-relazzjoni ta’ Alla mal-bnedmin u dan jesprimi ruhu essenzjalment bir-rivelazzjoni u bit-twemmin veru li jitnissel minnha.

Gesu` u Beghelzebul (12, 22-32)

12, 22 Mt 8, 29+

12, 23 Mt 9, 27+

12, 24 Beghelzebul: alla tal-kanaghnin li ismu jfisser "Baghal il-princep" (u mhux "Baghal tal-mizbla" kif spiss inghad); dan ifisser kif ghal kull twemmin f’Alla wiehed, huwa l-"princep tax-xjaten". Il-forma "Beghelzebub" (sirjak u vulg.) hi wahda ta’ loghob bil-kliem (ara qabel 2 Slat 1, 2w) li tibdel dan it-titlu f’dak ta’ "Baghal tad-dubbien".

12, 26 Gob 1, 6+

12, 27 uliedkom: traduzzjoni litt.; ghamla semitika li tfisser "dawk taghkom tal-partita" (tal-qalba, imharrgin sew fil-Ligi).

12, 28 Mt 8, 29+ Mt 3, 16+

12, 32 Il-bniedem jista’ jigi skuzat jekk iqarraq lilu nnifsu dwar id-dinjita` divina ta’ Gesu`, mistohbija taht ix-xehtiet umli ta’ "Bin il-bniedem" (8, 20+), izda ma jigix skuzat jekk huwa jaghlaq ghajnejh u qalbu ghall-opri li jidhru car ta’ l-Ispirtu. Meta l-bniedem jichadhom, huwa jkun qed jarmi ’l barra l-akbar proposta li Alla jkun qed jaghmillu u jkun qed ipoggi lilu nnifsu ’l hinn mis-salvazzjoni (ara Lhud 6, 4-6; 10, 26-31).

Il-kliem juru x’hemm fil-qalb (12, 33-37)

12, 36 kull kelma fiergha: din mhux semplici riferenza ghal kelma "inutli" (mhux mehtiega), izda ghal kelma iebsa, wahda ta’ kalunnja.

Is-sinjal ta’ Gona (12, 38-42)

12, 38 sinjal: ghelm ta’ l-ghageb li jesprimi u jiggustifika l-awtorita` li Gesu` jghid li ghandu (ara Is 7, 11w; Lq 1, 18+; Gw 2, 11+). Huwa jirrofta milli jaghti xi sinjal iehor, divers minn dak tal-qawmien tieghu mill-imwiet, li se jkun is-sinjal ahhari li dwaru hawnhekk jaghmel it-thabbira mistohbija.

12, 39 hazin u infidil: xbieha mehuda mill-Bibbja (ara Hos 1, 2+). - Gona: f’16, 4 Mt ma jghidx, kif jaghmel hawnhekk (v 40), x’inhu sewwasew is-sens tas-"sinjal ta’ Gona"; Lq 11, 29w jifhmu bhala l-predikazzjoni ta’ Gesu` li hi sinjal ghan-nies ta’ zmienu, l-istess bhalma Gona kien ghan-nies ta’ Ninwe. Din it-tieni tifsira, min-naha l-ohra, tiftiehem xort’ohra fil-v 41; izda hija anqas verosimili. Mhux biss ghax il-predikazzjoni diga` attwali ta’ Gesu` ma tistax tithabbar bhala wahda tal-gejjieni, izda wkoll, u fuq kollox, ghax fit-tradizzjoni gudajka Gona kien maghruf ghall-helsien mirakoluz tieghu, wisq iktar milli ghall-predikazzjoni tieghu lill-pagani, li aktar ma kienetx milli kienet toghgobhom. Ukoll jekk l-ispjegazzjoni tal-v 40 tigi ftit jew wisq tard, it-tifsira ta’ Mt ghandha, ghaldaqstant, tirrifletti ahjar milli jaghmel Lq x’inhu l-hsieb ta’ Gesu`: huwa jhabbar b’mod mistohbi t-trijonf tieghu ahhari. Ghar-rigward ta’ Mk, x’aktarx li huwa zamm mistura kull riferenza ghal Gona, li qies bhala tqila wisq ghall-qarrejja tieghu (ara Mc 8, 12+).

12, 40 tlitt ijiem u tlitt iljieli: dawn il-kelmiet li jirrepetu ruhhom, mehudin ghalkollox kif inhuma f’Gen 2, 1+, jigu applikati b’mod biss approssimattiv ghall-intervall bejn il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu.

12, 42 Gw 6, 35+

L-ispirtu mnigges li jerga’ lura bil-qawwa (12, 43-45)

12, 43 Mt 8, 29+

12, 43 huwa jmur jiggerra f’art niexfa: in-nies tal-qedem kienu jqisu l-imkejjen tad-dezert bhallikieku mizghudin bix-xjaten (ara Lev 16, 8+; 17, 7+; Is 13, 21; 34, 14; Bar 4, 35; Apk 18, 2; Mt 8, 28). Madankollu, dawn iktar jippreferu jghammru fil-bnedmin (Mt 8, 29+).

Il-qraba tassew ta’ Gesu` (12, 46-50)

12, 46 hutu: mhux ulied Marija, izda qraba sew, bhalma huma l-kugini, li ebr. u aramajk jsejhu wkoll "ahwa" (ara Gen 13, 8; 14, 16; 29, 15; Lev 10, 4; 1 Kron 23, 22w; ara wkoll 13, 55p; Gw 7, 3w; Atti 1, 14; 1 Kor 9, 5; Gal 1, 19).

12, 47 Vers imholli barra minn x’uhud, skond xiehda tajba; jidher li hu tennija tal-v 46, u Mk u Lq jaghmlu l-istess.

12, 50 Kull rabta ta’ qrubija bid-demm tigi wara dik tal-qrubija spiritwali (ara 8, 21w; 10, 37; 19, 29).

2. KLIEM PARABOLIKU

Dahla (13, 1-2)

13 13, 1 Dakinhar: din il-kelma li ttenni ruhha ta’ spiss turi biss li ghaddej iz-zmien izda m’ghandha ebda valur kronologiku.

Parabbola taz-zerriegh (13, 3-9)

13, 3 fuq bosta hwejjeg bil-parabboli: flimkien maz-zewg parabboli li jgib bhalma jaghmel Mk, Mt izid hamsa ohra, biex b’kollox jghodd sebgha (ara 6, 9+).

13, 9 ha jisma’: zjieda wara "widnejn"; l-istess fi 11, 15 u 13, 43.

Ghaliex Gesu` jithaddet bil-parabboli (13, 10-17)

13, 12 Ghall-erwieh li ghandhom dispozizzjoni tajba, flimkien mal-pussess tal-patt il-qadim ghandu jizdied il-perfezzjonament tal-patt il-gdid (ara 5, 17.20); ghal dawk l-erwieh li ghandhom dispozizzjoni hazina, se jitnehhilhom ukoll dak li ghandhom, jigifieri l-istess ligi gudajka li, mhollija ghaliha nnifisha, titmermer.

13, 13 iharsu kemm iharsu ma jarawx: twebbis volontarju u kolpevoli li jnissel u jfisser it-tehid tal-grazzja. Kull rakkont li jigi qabel hejja ghal dan il-kliem permezz tal-parabboli billi gab fid-deher dan it-twebbis (11, 16-19.20-24; 12, 7.14.24-32.34.39.45). Lil dawn l-ispirti li ma jarawx fil-boghod, li d-dawl shih fuq ix-xorta umli u mistohbija tal-veru messjanizmu ma jaghmilx hlief jaghmi iktar (Mk 1, 34+), Gesu` jista’ jaghti biss dawl mghotti bis-simboli: dell dghajjef li xorta jkun grazzja, stedina ghal riflessjoni ahjar u biex wiehed jircevi aktar.

13, 14 Is 6, 9-10+

13, 17 profeti u nies gusti: dawk tal-patt il-qadim (23, 29; ara 10, 41). San Pawl sahaq fuq is-skiet fit-tul li bih gie mdawwar il-"misteru" (Rum 16, 25; Efes 3, 4w; Kol 1, 26; ara wkoll 1 Pt 1, 11w).

Tifsira tal-parabbola taz-zerriegh (13, 18-23)

13, 19 dak li nzera’: litt. "dan u dak li nzera’ ". Dawn il-kelmiet strambi jitnisslu minn certa konfuzjoni li hemm fit-tifsira tal-parabbola, li tidentifika lill-bnedmin daqqa mad-diversi ghamliet ta’ art li xi ftit jew wisq jilqghu tajjeb il-Kelma, u daqq’ohra maz-zerriegha nnifisha, ta’ kwalita` ftit jew wisq tajba, li taghmel jew it-tletin, jew is-sittin, jew il-mija ghal kull wiehed.

Parabbola tas-sikrana (13, 24-30)

Parabbola taz-zerriegha tal-mustarda (13, 31-32)

Parabbola tal-hmira (13, 33)

13, 33 Bhaz-zerriegha tal-mustarda u l-hmira, is-saltna ghandha bidu mudest, izda zvilupp kbir.

Il-folol jisimghu parabboli biss (13, 34-35)

13, 35 tad-dinja: xi xiehda jhallu dal-kliem barra.

Tifsira tal-parabbola tas-sikrana (13, 36-43)

13, 38 huma wlied... huma wlied: kif tradotta litt.; ghamla semitika li tfisser "is-sudditi".

13, 39 Mt 4, 1+

13, 42 Mt 8, 12+

13, 43 Wara s-saltna (messjanika) ta’ l-Iben tal-v 41 tigi s-saltna tal-Missier li lejha l-Iben irodd il-maghzulin li jkun salva (ara Mt 25, 34; 1 Kor 15, 24).

Parabbola tat-tezor u tal-gawhra (13, 44-46)

13, 44 Min isib is-saltna tas-smewwiet ghandu jitlaq kollox biex jidhol fiha (ara 19, 21; Lq 9, 57-62).

Parabbola tax-xibka (13, 47-50)

13, 50 Mt 8, 12+

Gheluq (13, 51-52)

13, 51 Mk 4, 13+

13, 52 kull kittieb: l-imghallem gudew li jkun sar dixxiplu ta’ Kristu jippossjedi u jamministra l-ghana kollu tal-patt il-qadim, kif imkattar bl-irqim tal-patt il-gdid (v 12). Dan l-elogju tal-"kittieb nisrani" jigbor fil-qosor l-idejal ta’ l-evangelista Mt u jidher bhallikieku qed juri lilu nnifsu b’certu prudenza.

 

V. IL-KNISJA, L-EWWEL FROTT TAS-SALTNA TAS-SMEWWIET

1. RAKKONT

Zjara f’Nazaret (13, 53-58)

13, 54 pajjizu: Nazaret, belt tfulitu (ara 2, 23).

13, 55 Mt 12, 46+

13, 57 Mt 16, 14+

13, 58 Mt 8, 10+

Erodi u Gesu` (14, 1-2)

14 14, 1 Lq 3, 1+ Mt 16, 14+

Qtil ta’ Gwanni l-Battista (14, 3-12)

14, 3 Filippu: vulg. thallih barra; dan l-isem dejjem gab diffikulta`. Il-persunagg mhux it-tetrarka ta’ l-Iturija u t-Trakonija (Lq 3, 1; ara Mk 16, 13), izda iben iehor ta’ Erodi l-kbir minn Mariamne II, ghalhekk hu Antipa minn missier wiehed, u msejjah hu wkoll Erodi minn Guzeppi Flavju. Il-kondizzjoni tieghu ta’ bniedem semplici bhal kulhadd ma setghetx tissodisfa l-ambizzjoni ta’ martu Erodja, hi wkoll neputija ta’ Erodi l-kbir min-naha ta’ missierha Aristobulu u ghalhekk neputija ta’ Antipa; minflok dan iz-ziju modest hafna, kien aktar joghgobha z-ziju tetrarka tal-Galilija. - Dak li ghamel hazin Antipa ma kienx daqstant ghax izzewweg lin-neputija tieghu daqskemm ghax kien seraqha minn huh, li kien ghadu haj, min-naha l-ohra wara li hu nnifsu kien cahad lill-ewwel mara tieghu.

14, 6 Erodja: li kien jisimha Salome`, skond Guzeppi Flavju.

L-ewwel tkattir tal-hobz (14, 13-21)

14, 13-21 Filwaqt li Lq 9, 10-47 u Gw 6, 1-13 ma jirrakkuntawx hlief grajja wahda ta’ tkattir tal-hobz, Mt (14, 13-21; 15, 32-39) u Mk (6, 30-44; 8, 1-10) ghandhom tnejn. Jista’ jkun li dawn igibu tennija, zgur antika hafna (ara 16, 9w), li tipprezenta l-istess grajja skond zewg tradizzjonijiet diversi. L-ewwel rakkont, l-iktar antik, li jorigina fil-Palestina, jidher li jambjenta l-istorja fix-xatt tal-punent ta’ l-ghadira (ara n-nota ghal v 23) u jsemmi tnax-il qoffa, l-ghadd ta’ tribujiet ta’ Izrael u ta’ l-appostli (Mk 3, 14+). It-tieni rakkont, li jitnissel minn gruppi nsara ta’ origini pagana, jambjenta l-istorja fuq ix-xatt tal-lvant, dak pagan, ta’ l-ghadira (ara Mk 7, 31), u jitkellem minn sebat iqfief, l-ghadd tal-gnus ta’ Kanghan (Atti 13, 19) u tad-djakni ellenisti (Atti 6, 5; 21, 8). Iz-zewg tradizzjonijiet jiddeskrivu l-fatt fid-dawl ta’ precedenti li nsibu fit-TQ, b’mod partikolari t-tkattir taz-zejt u tal-hobziet minn Elizew (2 Slat 4, 1-7.42-44) u l-grajja tal-manna u tas-summien (Ez 16; Num 11). Filwaqt li jgedded b’qawwa dejjem ikbar din l-ghotja mill-qalb ta’ ikel mis-sema, il-gest li ghamel Gesu` kien wiehed li hu nnifsu ried jaghmel, u li kien mifhum mill-iktar tradizzjoni antika bhala thejjija ghall-aqwa ikel eskatologiku, l-ewkaristija. Huwa dan li jishqu fuqu fil-prezentazzjoni litterarja taghhom is-sinottici (ara Mt 14, 19; 15, 36 u 26, 26) u d-diskors fuq il-hobz tal-hajja li nsibu f’Gw 6.

14, 13 f’post imwarrab: xejn ma jgieghlna nahsbu fix-xatt tal-lvant ta’ l-ghadira. Gesu` seta’ jaqsam mit-tramuntana ghal nofsinhar u vici-versa, billi jterraq max-xatt tal-punent, u hekk jasal "ix-xatt l-iehor" (v 22) mil-liwja li ddawwar din il-plajja. - bil-mixi: billi mxew max-xatt ix-xatt fuq l-art, lejn fejn kienet sejra d-dghajsa fuq l-ilma.

14, 15 Mt 8, 3+

Gesu` jimxi fuq l-ilmijiet u Pietru mieghu (14, 22-33)

14, 23 Mk 1, 35+

14, 23 tela’ wahdu fuq l-gholjiet biex jitlob: l-evangelisti, fuq kollox Lq, ta’ spiss jinnotaw li Gesu` jitlob, fis-solitudni u bil-lejl (Mt 14, 23p; Mk 1, 35; Lq 5, 16), fil-hin ta’ l-ikel (14, 19p; 15, 36p; 26, 26-27p) u fl-okkazjoni tal-grajjiet importanti: ghall-maghmudija (Lq 3, 21), qabel ma jaghzel lit-tnax (Lq 6, 12), qabel ma jghallem il-Missierna (Lq 11, 1; ara Mt 6, 5+), qabel l-istqarrija f’Cesarija (Lq 9, 18), fit-trasfigurazzjoni (Lq 9, 28w), fil-Getsemani (Mt 26, 36-44), fuq is-salib (Mt 27, 46p; Lq 23, 46). Huwa jitlob ghall-qattiela tieghu (Lq 23, 34), ghal Pietru (Lq 23, 32), ghad-dixxipli tieghu u ghal dawk li se jimxu warajh (Gw 17, 9-24). Jitlob ukoll ghalih innifsu (Mt 26, 39p; ara Gw 17, 1-5; Lhud 5, 7). Dan it-talb kollu juri rabta dejjiema mal-Missier (Mt 11, 25-27p) li mhu se jhallih qatt wahdu (Gw 8, 29) u li dejjem se jisimghu (Gw 11, 22.42; ara Mt 26, 53). B’dan l-ezempju l-istess bhal bit-taghlim, Gesu` rawwem lid-dixxipli fil-htiega tat-talb u kif ghandhom jitolbu (Mt 6, 5+). Ghalkemm jinsab fil-glorja, huwa jkompli jintercedi ghal dawk li huma tieghu (Rum 8, 34; Lhud 7, 25; 1 Gw 2, 1), kif wieghed li jaghmel (Gw 14, 16).

14, 24 kienet diga` f’nofs il-bahar: ara wkoll Mk 6, 47. Tr. fir-IV-V seklu: "kienet diga` xi ftit mili (litt. "bosta stadji") mill-art" (ara Gw 6, 19).

14, 25 Fir-raba’ sahra: litt., li tigi bejn it-3 u s-6 ta’ filghodu. Tr. "qrib tmiem il-lejl".

14, 28 Tliet episodji dwar Pietru (dan l-episodju u dawk f’16, 16-20 u fi 17, 24-27) li jiflu bi hsieb il-parti storika tal-ktieb "ekklezjasti" ta’ Mt.

14, 31 Mt 8, 10+

14, 33 Mt 4, 3+ Mt 16, 16+

Fejqan fl-art ta’ Gennesaret (14, 34-36)

14, 36 Mt 8, 3+

Tahdit fuq it-tradizzjonijiet tal-Farizej (15, 1-9)

15 15, 2 It-tradizzjonijiet orali huma dawk li, bl-iskuza li jgieghlu li tigi osservata l-Ligi miktuba, kienu jaghmlu lill-istess Ligi aktar tqila. Ir-rabbini jghidu li kienet tmur daqstant lura, permezz tax-"xjuh", sa Mose`. - jieklu (l-ikel) jew litt. tr. "jieklu l-hobz".

15, 4 Weggah (litt.), izda permezz ta’ azzjonijiet tajba u qadi genwin.

15, 5 il-gid li ghandi, li jista’ jkun ta’ ghajnuna ghalik, huwa offerta lil Alla: litt. "dak li min-naha tieghi jista’ jkunlek utli huwa rigal"; vulg. iggib: munus quodcumque est ex me, tibi proderit. - dak ma jkunx izjed marbut li jweggah lil missieru: ghaliex il-gid hekk ikkonsagrat (korban) issa hadu bixra "qaddisa", li kienet izzomm lill-genituri milli jippretendu xi haga. Din il-weghda, li min-naha l-ohra baqghet wahda fittizja, u li ma kienet iggib maghha ebda ghotja tabilhaqq, kienet mod mistmell kif tahrab milli twettaq xi dmir. Ir-rabbini, filwaqt li kienu jaghrfu x-xorta immorali taghha, kienu jqisu ’l dik il-weghda bhala wahda valida.

Taghlim fuq dak li hu safi u dak li mhux (15, 10-20)

15, 10-20 Ghar-rigward tan-nuqqas ta’ ndafa ta’ l-idejn, li l-Farizej joggezzjonaw dwarha (v 2), Gesu` jqis il-kwistjoni iktar generali tat-tingis li l-Ligi tghid li hemm f’certu hwejjeg ta’ l-ikel (Lev 11) u jghallem li l-impurita` legali ghandha tigi wara, u mhux qabel, dik morali, li hi l-unika wahda li tabilhaqq ghandha valur (ara Atti 10, 9-16.28; Rum 14, 14w).

15, 16 Mk 4, 13+

Fejqan bint mara kanghanija (15, 21-28)

15, 22 Mt 9, 27+ Mt 8, 29+

15, 23 Ehles minnha: litt. "halliha tmur" (vulg. dimitte eam). Tr. "ismaghha" u "aqdiha"; id-dixxipli jitolbu l-Mulej li jehles minnha billi jismaghha. Insibu l-istess kelma grg. apolyson fi 18, 27; 27, 15.

15, 26 Gesu` jrid jiddedika ruhu ghas-salvazzjoni tal-lhud, "ulied" Alla u l-weghdiet, qabel ma jibda jahseb fil-pagani, li f’ghajnejn il-lhud kienu meqjusin bhala "klieb". Ix-xorta tradizzjonali ta’ din ix-xbieha u l-forma diminutiva (kynaria) jrattbu fuq fomm Gesu` dak li l-kelma kienet tfisser b’disprezz.

15, 28 Mt 8, 10+

Bosta fejqan biswit l-ghadira (15, 29-31)

15, 30 Mt 8, 3+

15, 31 l-immankati qawwijin u shah: kliem imholli barra mill-Kodici Sinajtiku (IV seklu) u ohrajn.

It-tieni tkattir tal-hobz (15, 32-39)

15, 32 Mt 8, 3+

Mitlub sinjal mis-sema minn Gesu` (16, 1-4)

16 16, 3 sinjali taz-zminijiet: dawn huma z-zminijiet messjanici. Dawn is-sinjali huma l-mirakli li Gesu` jaghmel (ara 11, 3-5; 12, 28). - Il-vv 2-3 jithallew barra minn kodicijiet tar-IV seklu u bosta mss. ohra, izda jiddahlu hawn skond kitbiet tal-V u VI seklu, vulg. u ohrajn.

16, 4 Mt 12, 39+

Il-hmira tal-Farizej u tas-Sadducej (16, 5-12)

16, 8 Mt 8, 10+

16, 9 Mk 4, 13+

16, 12 Hekk kif il-hmira tgholli l-ghagna kollha (13, 33), imma tista’ wkoll thassarha (ara 1 Kor 5, 6; Gal 5, 9), it-taghlim qarrieqi tal-kapijiet lhud thedded perverzjoni ghall-poplu kollu li huma jmexxu (ara 15, 14).

Stqarrija ta’ fidi u l-primat ta’ Pietru (16, 13-20)

16, 13 Mt 8, 20+

16, 14 It-titlu ta’ "profeta" li Gesu` ried li jissejjah bih biss b’mod indirett u mistohbi (Mt 13, 57p; Lq 13, 33), izda li l-folol kienu jaghtuh b’mod car (Mt 16, 14p; 21, 11.46; Mk 6, 15p; Lq 7, 16.39; 24, 19; Gw 4, 19; 9, 17), kellu valur messjaniku, billi l-ispirtu ta’ profezija, ghalkollox mitfi wara Malakija, kellu, skond il-mistennija tal-gudajizmu, jirritorna bhala sinjal taz-zmien messjaniku, sew fil-persuna ta’ Elija (Mt 17, 10-11p) sew taht l-ghamla ta’ tiswib imferrex ta’ l-Ispirtu (Atti 2, 17w.33). Fil-fatt, fi zmien Gesu` kienu dehru diversi profeti (qarrieqa), (Mt 24, 11.24p, ecc). Gwanni l-Battista veru li kien tabilhaqq profeta (Mt 11, 9p; 14, 5; 21, 26p; Lq 1, 76), izda bit-titlu ta’ prekursur li gie bl-ispirtu ta’ Elija (Mt 11, 10p.14; 17, 12p); u cahad (Gw 1, 21+) li kien "il-profeta" li Mose` kien habbar (Dt 18, 15). Kien biss f’Gesu` li l-fidi nisranija gharfet lil dan il-profeta (Atti 3, 22-26+; Gw 6, 14; 7, 40). Madankollu, billi kienet il-karizma tal-profezija li xterdet mal-Knisja ewlenija wara l-Pentekoste (Atti 11, 27+), dan it-titlu moghti lil Gesu` intilef kmieni meta mqabbel ma’ titli ohra iktar specifici tal-kristologija.

16, 16 Mt 14, 28+

16, 16 Ma’ l-istqarrija li Gesu` hu l-messija, kif Mk u Lq jirrakkontaw, Mt izid dik li hu Bin Alla; ara qabel 14, 33, imqabbel ma’ Mk 6, 51w (ara Mt 4, 3+).

16, 17 Mt 4, 3+ Rum 7, 5+

16, 17 tad-demm u l-laham: dawn il-kelmiet ifissru l-bniedem, billi jishqu fuq l-aspett tal-gisem tieghu u kif inhu limitat min-natura tieghu, ghall-kuntrarju tad-dinja ta’ l-ispirti (Sir 14, 18; Rum 7, 5+; 1 Kor 15, 50; Gal 1, 16; Efes 6, 12; Lhud 2, 14; ara Gw 1, 13).

16, 18 Pietru: la l-kelma grg. Petros u lanqas, ma jidher, il-kelma korrispondenti bl-aramajk kefa ("blata") ma kienu uzati bhala ismijiet ta’ persuni qabel ma Gesu` sejjah b’dan il-mod lill-kap ta’ l-appostli bhala simbolu tax-xoghol li nghatalu fit-tqeghid tas-sisien tal-Knisja. Dan it-tibdil fl-isem seta’ wkoll kellu sehh sa minn zmien qabel (ara Gw 1, 42; Mk 3, 16; Lq 6, 14). - l-Knisja tieghi: il-kelma semitika li tittraduci ekklisia tfisser "migemgha" u niltaqghu maghha ta’ spiss fit-TQ biex din tfisser il-komunita` tal-poplu l-maghzul, specjalment fid-dezert (ara Dt 4, 10, ecc; Atti 7, 38). Ambjenti lhud li kienu jqisu ruhhom bhala l-fdal ta’ Izrael (Is 4, 3+) ta’ l-ahhar zminijiet, bhall-esseni ta’ Qumran, kienu hekk isejhu l-grupp taghhom. Gesu` juza din il-kelma biex ifisser il-komunita` messjanika li biha huwa jniedi il-patt il-gdid bit-tixrid ta’ demmu (Mt 26, 28+; Efes 5, 25). Meta juza l-kelma "knisja" b’mod parallel mal-kelmiet "saltna tas-smewwiet" (Mt 4, 17+), huwa jkun qed jishaq li din il-komunita` eskatologika tibda diga` sa minn fuq din l-art permezz ta’ socjeta` organizzata li taghha huwa jkun qed iwaqqaf il-kap (ara Atti 5, 11+; 1 Kor 1, 2+). - l-infern: litt. "Hades" (ebr. xeol), tismija ta’ mkien l-ghamara tal-mejtin (ara Num 16, 33+). F’din is-silta, "bibien" Hades, kif personifikati, jfakkru fil-qawwa tal-Hazin li, wara li jkun kaxkar lill-bnedmin fil-mewt li jgib id-dnub, definittivament jorbothom bil-ktajjen fil-mewt dejjiema. Meta timxi wara l-Mulej taghha, mejjet, li "nizel il-limbu" (1 Pt 3, 19+) u rxuxtat (Atti 2, 27.31), il-Knisja se jkollha l-missjoni li tahtaf il-maghzulin mill-hakma tal-mewt, sew dik tal-gisem sew dik dejjiema, biex iddahhalhom fis-saltna tas-smewwiet (ara Kol 1, 3; 1 Kor 15, 26; Apk 6, 8; 20, 13).

16, 19 l-imfietah tas-Saltna: bhal f’belt il-mewt, il-belt ta’ Alla ghandha l-bibien taghha: u minnhom jghaddu biss dawk li jisthoqilhom (qabbel Mt 23, 13p). Pietru jircevi l-imfietah taghha. Hu dover tieghu ghaldaqshekk li jiftah jew jaghlaq id-dhul fis-Saltna tas-Smewwiet, permezz tal-Knisja. - Torbot u tholl huma zewg kelmiet teknici fil-lingwagg rabbiniku li fuq kollox jigu applikati fil-qasam dixxiplinari ta’ l-iskomunika li biha "tikkundanna" (torbot) jew "tahfer" (tholl) lil xi hadd, u iktar minn hekk ghad-decizjonijiet dottrinali jew guridici li bihom "tipprojbixxi" (torbot) jew "tippermetti" (tholl). Pietru, bhala qaddej ewlieni (li f’idejh izomm l-imfietah bhala sinjal, ara Is 22, 22) tad-dar ta’ Alla, se jezercita s-setgha dixxiplinari li jdahhal jew ihalli barra skond kif huwa jahseb li jkun l-ahjar, u se jamministra l-komunita` bid-decizjonijiet kollha xierqa f’dak li ghandu x’jaqsam mat-taghlim u l-morali. Kull ma jghid u d-decizjonijiet tieghu se jigu mghoddija mill-gharbiel ta’ Alla fl-gholi tas-smewwiet. - L-esigesi kattolika temmen li dawn il-weghdiet dejjiema jiswew mhux biss ghall-persuna ta’ Pietru, izda wkoll ghas-successuri tieghu; minkejja li din il-konsegwenza ma tohrogx b’mod car fis-silta, hi madankollu wahda valida minhabba fil-hsieb car li ghandu Gesu` li jipprovdi ghall-gejjieni tal-Knisja tieghu b’istituzzjoni li ma tintemmx mal-mewt ta’ Pietru. - Zewg testi ohra (Lq 22, 31w u Gw 21, 15w) se jishqu li l-primat ta’ Pietru jrid jitwettaq b’mod partikolari fil-qies tal-fidi u li dak il-primat se jaghmlu kap, mhux biss tal-Knisja tal-gejjieni, izda wkoll ta’ l-appostli l-ohra.

16, 20 Mk 1, 34+

16, 20 l-Messija: skond vulg.: "Gesu` Kristu".

L-ewwel thabbira tal-Passjoni (16, 21-23)

16, 21 Lq 2, 38+ Atti 10, 40+

16, 21 kien mehtieg... isofri hafna: f’dan il-waqt daqstant importanti, li fih Gesu` ghadu kemm kiseb mid-dixxipli l-ewwel stqarrija ta’ fidi bid-dieher li huwa l-messija, huwa ghall-ewwel darba jhabbar il-passjoni tieghu: max-xoghol glorjuz ta’ Messija huwa jzid il-hidma mnikkta tal-qaddej li jbati. B’dan it-taghlim, li se jisseddaq xi granet wara t-trasfigurazzjoni li warajha wkoll Gesu` jghidilhom izommu s-skiet u jaghti tahbira bhal ta’ din is-silta (17, 1-12), huwa jkun qed ihejji l-fidi taghhom ghall-krizi li jmiss, li hi dik tal-mewt u l-qawmien tieghu.

16, 23 Mk 4, 13+

16, 23 Pietru, li jippretendi li jqieghed lilu nnifsu f’nofs il-moghdija li minnha ghandu jghaddi l-Messija, ikun qed jaghmilha "ta’ xkiel" (sens ewlieni tal-grg. skandalon) u jsir l-id il-mohbija, zgur minghajr ma hu stess jintebah, tax-xitan innifsu (ara 4, 1-10).

Kondizzjonijiet biex timxi wara Gesu` (16, 24-28)

16, 25 min irid isalva hajtu: dan hu logion b’ghamla ta’ paradoss, u sew fih sew f’dawk li jigu warajh, kienu jispikkaw zewg stadji ta’ hajjet il-bniedem: iz-zmien ta’ issa u dak li gej. Il-grg. psyche, daqsinsew l-ebr. nefex, jghaqqad it-tliet fehmiet ta’ hajja, ruh u persuna (ara Gen 2, 7+).

16, 27 skond ma wiehed ikun ghamel: grg. ta erga; vulg. opera. Tr. "skond imgiebtu", skond varjanti grg. praxin.

16, 27 S 62, 13+ Ezek 18, 21-32+

16, 28 Il-vv 27-28 iqarrbuna, bix-xebh taghhom, lejn zewg kelmiet ta’ Gesu` fuq zewg grajjiet diversi dwar is-saltna ta’ Alla: is-saltna tal-Missier li tasal bl-ahhar gudizzju (v 27), is-saltna ta’ Kristu, li turi ruhha bil-qerda ta’ Gerusalemm (ara 24, 1+).

It-trasfigurazzjoni (17, 1-8)

17 17, 1-8 Skond il-prezentazzjoni ta’ Mt, li hi differenti minn dawk ta’ Mk 9, 2+ u ta’ Lq 9, 28+, Gesu` trasfigurat jidher fuq kollox bhala l-Mose` l-gdid (ara 4, 1+), li jiltaqa’ ma’ Alla fuq Sinaj gdid, fis-shab (v 5; Ez 24, 15-18), b’wiccu mdawwal (v 2; Ez 34, 29-35; ara 2 Kor 3, 7-4, 6), imsieheb miz-zewg persunaggi tat-TQ li diga` rcevew ir-rivelazzjonijiet taghhom fuq is-Sinaj (Ez 19; 33-34; 1 Slat 19, 9-13) u li jippersonifikaw il-Ligi u l-Profeti li Gesu` gej biex iwettaq (Mt 5, 17). Il-lehen jidwi mis-sema jamar lid-dixxipli jisimghuh bhala l-Mose` l-gdid (Dt 18, 15; ara Atti 3, 20-26) u dawn jintefghu wicchom fl-art b’qima lejn l-Imghallem (ara Mt 28, 17). Fi tmiem il-grajja, jifdal "hu" wahdu (v 8 u n-nota), ghaliex bizzejjed hu bhala mghallem tal-Ligi perfetta u definittiva. Il-glorja tieghu min-naha l-ohra hi wahda li tghaddi, ghaliex hu wkoll il-"qaddej" (v 5; Is 42, 1; ara Mt 3, 16w+), li ghandu jbati u jmut (16, 21; 17, 22w), l-istess bhalma ghamel il-prekursur tieghu (vv 9-13), qabel ma jidhol definittivament fil-glorja bil-qawmien.

17, 1 muntanja: Tabor, skond it-tradizzjoni. Hemm min hu tal-fehma li hi Hermon il-kbira.

17, 2 bhad-dawl: vulg., kodici VI seklu, ecc jgibu: "bhas-silg" (ara 28, 3).

17, 4 kemm hu sew li ahna hawn: Tr. "ikun tajjeb ghalina li nibqghu hawn". - intella’: vulg. ggib: "naghmlu" (ara Mk u Lq).

17, 5 Ez 13, 22+ Ez 19, 16+ Mt 24, 30+

17, 8 hlief lil Gesu` wahdu: skond vulg.; grg. igib "hlief hu, Gesu`, wahdu".

Mistoqsija dwar Elija (17, 9-13)

17, 9 Mk 1, 34+ Mt 8, 20+

17, 10 Wara li raw lill-Messija li diga` gie (16, 16) u fil-glorja tieghu (17, 1-7), id-dixxipli jistaghgbu kif Elija ma wettaqx ir-rwol ta’ prekursur li kien tah Malakija. Elija diga` gie, jwiegeb Gesu`, izda fil-persuna ta’ Gwanni l-Battista fejn ma gharfuhx (ara Lq 1, 17+).

17, 11-12 Mt 16, 14+

L-epilettiku mxajtan (17, 14-21)

17, 18 Mt 8, 29+

17, 19 Mt 8, 10+

17, 20 l-fidi zghira: San Efrem (V seklu) u ohrajn igibu: "x-xejn fidi"; ara vulg. incredulitatem.

17, 21 v. hawn imholli barra. Ohrajn igibuh bhala: "Razza ta’ xjaten bhal din ma tistax titkecca jekk mhux bit-talb u bis-sawm"; ara Mk 9, 29.

It-tieni thabbira tal-Passjoni (17, 22-23)

17, 22 Mt 8, 20+

17, 23 Atti 10, 40+

It-taxxa ghat-tempju mhallsa minn Gesu` u minn Pietru (17, 24-27)

17, 24 Mt 14, 28+

17, 24 it-taxxa: litt. grg. didramma, "zewg drakmi", li kienu l-kontribut ta’ kull sena u persuna ghall-bzonnijiet tat-tempju.

17, 25 s-sudditi: x’uhud igibu "l-ulied" (ara 13, 38). - Gesu` juza x-xbieha semitika ta’ "wild" jew "iben" biex jindika lilu nnifsu, l-Iben (ara 3, 17; 17, 5 u 10, 32w; 11, 25-27, ecc), u flimkien mieghu lid-dixxipli, li huma hutu (12, 50) kif ukoll ulied l-istess Missier (5, 45 ecc; ara Mt 4, 3+).

2. DISKORS DWAR IL-KNISJA

Min hu l-akbar (18, 1-4)

18

L-iskandlu (18, 5-11)

18, 5 tfajjel bhal dan: jigifieri bniedem li jerga jsir tfajjel fis-semplicita` tieghu (ara v 4); tr. "wiehed biss minn dawn it-tfal zghar".

18, 8 okkazjoni ta’ dnub: jew litt. "tiskandalizza". "Skandlu" tfisser skond il-grg. originali "okkazjoni li toghtor fit-tfixkil" (ara 16, 23+), kuncett li l-kelma m’ghadhiex tfakkar, ghallinqas b’mod dirett, fl-ilsna ta’ llum. - Hu minhabba f’ghaqda ta’ kliem msejsa fuq din il-kelma li l-vv 8-9 (li qabel insibu f’5, 29-30) iddahhlu hawnhekk, ukoll bi ksur tal-kuntest. - hajja: il-hajja ta’ dejjem.

18, 9 nar ta’ l-infern: ebr. Ge-Hinnom, jew tr. "Gehenna tan-nar", isem ta’ wied f’Gerusalemm imnigges bis-sagrificcji ta’ l-ulied (Lev 18, 21+); iktar tard sar ifisser l-imkien il-mishut, riservat ghall-kastig tal-hziena, "l-infern" taghna.

18, 10 dejjem jaraw wicc: kelmiet biblici li jfissru l-prezenza ta’ dawk tal-qalba fil-qorti tas-sultan taghhom (ara 2 Sam 14, 24; 2 Slat 25, 19; Tob 12, 15). Hawnhekk, ghaldaqstant, l-accent qieghed iktar fuq il-kontemplazzjoni ta’ l-angli (ara S 11, 7+) milli fuq l-assidwita` u l-familjarita` tar-relazzjoni taghhom ma’ Alla.

18, 11 v. hawn imholli barra. Ohrajn igibuh bhala: "Ghax gie Bin il-bniedem biex isalva l-mitluf"; ara Lq 19, 10.

In-naghga l-mitlufa (18, 12-14)

18, 12 Ezek 34, 1+

Korrezzjoni fost l-ahwa (18, 15-18)

18, 15 jaqa’ f’xi dnub: id-dettall "kontrik", li bosta xiehda jzidu, jidher li ghandu jithalla barra. - In-norma moghtija minn Gesu` tirrigwarda htija gravi u pubblika, li mhux tabilfors tmur kontra "min imur isib" ghax ikun irid isewwiha. Dak li hemm fil-v 21 hu differenti.

18, 17 knisja jew "migemgha" jew "komunita`"; grg. ekklesia jew il-komunita` ta’ l-ahwa (ara 16, 18+). - zommu b’wiehed... pubblikan: nies "mhux safja" li l-lhud ma setghux jaghmluha maghhom (ara 5, 46+ u 9, 10+). Ara l-iskomunika f’1 Kor 5, 11+.

18, 18 Mt 16, 19+

18, 18 Estensjoni ghall-ministri tal-Knisja (li lejhom fuq kollox jigi indirizzat dan il-kliem) ta` wahda mis-setghat moghtija lil Pietru.

It-talb flimkien (18, 19-20)

Mahfra ghall-offizi (18, 21-22)

18, 21-22 Skond l-ezempju ta’ Alla u ta’ Gesu` (Lq 23, 34+) u skond ma kienu diga` jaghmlu bejnithom il-lhud (Lev 19, 18w; ara Ez 21, 25+), l-insara ghandhom jahfru lil xulxin, wiehed lill-iehor (5, 39; 6, 12p; ara 7, 2; 2 Kor 2, 7; Efes 4, 32; Kol 3, 13), izd’issa "il-proxxmu" jestendi ruhu ghall-bnedmin kollha, maghdudin dawk li trid taghmillhom il-gid ghall-hazin li jkunu ghamlulek (5, 44w; Rum 12, 17-21; 1 Tes 5, 15; 1 Pt 3, 9; ara Ez 21, 25+; S 5, 11+). Hekk l-imhabba tghatti kotra ta’ dnubiet (Prov 10, 12 ikkwotat minn Gak 5, 20; 1 Pt 4, 8).

18, 22 sa sebgha u sebghin darba: ara 6, 9+; tr. "sebghin darba sebgha" (VI seklu).

Il-parabbola tal-qaddej bla hniena (18, 23-35)

18, 24 ghaxart elef talent: talent jiswa madwar 6,000 drakma tad-deheb. L-ammont hawn imsemmi zgur li hu wiehed ta’ kobor bla qies.

18, 28 mitt dinar: inqas minn xi elf lira.

 

Nisga