skond Mattew
KAP 1 sa 10 KAP 11 sa 18KAP 19 sa 28 (hawn)
Nisga
VI. IL-WASLA FIL-QRIB TAS-SALTNA TAS-SMEWWIET
1. RAKKONT
Kwistjoni dwar id-divorzju (19, 1-9)
19
19, 6 Affermazzjoni kategorika dwar l-indissolubilita` tar-rabta taz-zwieg.19, 9 Meta tqis il-forma assoluta tat-testi paralleli (Mk 10, 11w; Lq 16, 18 u 1 Kor 7, 10w), hu ftit li xejn verosimili li t-tlieta li huma nehhew klawzola restrittiva ta’ Gesu`; hu iktar probabbli, minflok, li wiehed mill-ahhar kompilaturi ta’ l-ewwel Vangelu ziedha biex iwiegeb ghall-problematika rabbinika (diskussjoni bejn Hillel u Xammaj fuq il-mottivi li jillegittimaw id-divorzju), mqajma diga` mill-kuntest (v 3), u li setghet kienet tippreokkupa l-ambjent gudew-nisrani li kien qed jikteb ghalih. Hawn, ghaldaqstant, jista’ jkun li ghandna decizjoni ekklezjastika ta’ xorta lokali u temporanja, bhalma kienet dik tad-digriet ta’ Gerusalemm dwar ir-regjun ta’ l-Antjokja (Atti 15, 23-29). It-tifsira ta’ porneia torjenta r-ricerka fl-istess direzzjoni. X’uhud iridu hemm jaraw iz-zina fiz-zwieg, jigifieri l-adulterju, u f’hekk isibu l-permess li jiddivorzjaw f’kaz simili; hekk jaghmlu l-knejjes ortodossi u protestanti. Izda li kieku kien f’dan is-sens, konna nistennew li tintuza kelma ohra, moicheia. Bil-maqlub porneia, fil-kuntest, tidher li ghandha s-sens tekniku ta’ zenut jew "prostituzzjoni" tal-kitbiet rabbinici, ghar-rigward ta’ kull unjoni li titqies incestuza bi grad ta’ parentela li hu projbit skond il-Ligi (Lev 18). Dawn ix-xorta ta’ unjoni, maghmulin legalment bejn il-pagani jew tollerati mill-istess lhud ghar-rigward tal-proseliti, kellhom tabilfors jikkagunaw diffikulta`, meta dawn in-nies ikunu kkonvertew, f’ambjenti gudeo-kristjani legalisti bhal dawk ta’ Mt: minn hawn tigi l-ordni biex itemmu kull unjoni irregolari bhal dawk li mbaghad ma kenux hlief zwigijiet qarrieqa. - Soluzzjoni ohra tghid li li l-permess moghti bil-klawzola restrittiva mhix dak tad-divorzju, izda li ssir "firda" minghajr zwieg iehor. Istitut bhal dan ma kienx maghruf fil-gudajizmu, izda l-htigiet ta’ Gesu` kienu jitolbu ghal iktar minn soluzzjoni gdida, u din Pawlu diga` jissoponiha b’mod car f’1 Kor 7, 11.
Kastita` volontarja (19, 10-12)
19, 12 Gesu` qieghed hawn jistieden ghall-kastita` dejjiema lil dawk li jridu jaghtu lilhom infushom ghalkollox ghas-saltna tas-smewwiet.
Gesu` u t-tfal (19, 13-15)
19, 13 1 Tim 4, 14+
Iz-zaghzugh ghani (19, 16-22)
19, 16 Mghallem: skond kodicijiet tar-IV u VI sekli u ohrajn; S. Efrem u mss. ohra jgibu: "Mghallem tajjeb"; ara Mk 10, 17 u Lq 18, 18.
19, 17 Wiehed hu t-Tajjeb: jigifieri Alla, kif jipprecizaw Mk u Lq, u Mt skond vulg. - Taghlima ohra li nisiltu minn Mk 10, 18 u Lq 18, 19 hi: "Ghaliex qieghed issejjahli tajjeb? Hadd ma hu tajjeb hlief Alla wahdu".
19, 19 Mt 15, 4+
19, 20 haristu: S. Efrem (V seklu) izid: "sa min zghoziti"; il-kodici ta’ Beza (VI seklu) minflok igib: "sa miz-zghozija"; ara Mk u Lq.
19, 21 Mt 5, 3+
19, 21 Gesu` hawnhekk ma jwaqqafx xi kategorija ta’ nies "perfetti", superjuri ghall-insara ordinarji. Il-"perfezzjoni" li qeghda hawn titqies hija dik tal-ekonomija l-gdida, li tizboq u thalli warajha ghalkollox dik qadima filwaqt li twettaqha (ara 5, 17+). Kulhadd huwa msejjah ghaldaqshekk b’mod indaqs (ara 5, 48). Izda sabiex iwaqqaf is-saltna, Gesu` ghandu bzonn ta’ kollaboraturi li huma disponibbli b’mod partikolari; minghandhom huwa jitlob cahda radikali ghal kull xewqa ta’ familja (19, 12) u ta’ gid (8, 19w).
Il-periklu li jgib mieghu l-ghana (19, 23-26)
Weghda ta’ hlas lura ghal min jitlaq kollox (19, 27-30)
19, 28 fid-dinja l-gdida: traduzzjoni spjegattiva ta’ palingenesia li tigi tr. bhala "rigenerazzjoni" (ara vulg. regeneratione). Dan huwa t-tigdid messjaniku li, kif se jidher fi tmiem iz-zminijiet, jibda, b’mod spiritwali, sa mill-qawmien ta’ Kristu u saltnatu fil-Knisja (ara Atti 3, 21+). - taghmlu haqq: fis-sens bibliku: biex "tiggvernaw". It-tnax il-tribu` jfissru Izrael il-gdid, il-Knisja.
19, 29 Wara ommu, kitbiet tar-IV u V sekli ecc jzidu "jew ’il martu" (ara Lq 18, 29).
19, 30 Mt 5, 3+
Parabbola tal-haddiema mibghutin fl-ghalqa tad-dwieli (20, 1-16)
20
20, 1-16 Filwaqt li jibqa’ jigbor sa tard wara nofsinhar haddiema bla xoghol u u jaghti lil kull wiehed minnhom paga shiha, sid il-ghalqa juri bic-car tjubitu li tmur ’l hinn minn kull gustizzja, minghajr, min-naha l-ohra, ma jhalliha tittiefes. Dan huwa Alla, li f’saltnatu jdahhal ukoll bnedmin li jsejjah tard bhalma huma l-midinbin u l-pagani. Dawk imsejha fl-ewwel siegha (il-lhud li jibbenefikaw mill-patt sa minn zmien Abraham) m’ghandhomx ghaliex jiskandalizzaw ruhhom.20, 16 Kitbiet tal-V u VI sekli u xiehda ohra jzidu: "ghax hafna huma l-imsejjhin, imma ftit il-maghzulin", x’aktarx bhalma nsibu fi 22, 14.
It-tielet thabbira tal-Passjoni (20, 17-19)
20, 19 Atti 10, 40+
Mistoqsija minn omm ulied Zebedew (20, 20-23)
20, 21 Dwar is-saltna ta’ Kristu l-appostli jistennew wirja ta’ malajr u glorjuza li fil-fatt tintefa’ ’l quddiem ghal zmien it-tieni migja tieghu (ara Mt 4, 17+; Atti 16+).
20, 22 Mk 4, 13+
20, 22 tixorbuh il-kalci: metafora (xbieha) biblika (ara Is 51, 17+) ghall-passjoni li gejja dalwaqt.
20, 23 Gakbu bin Zebedew gie kkundannat ghall-mewt minn Erodi Antipa, qrib is-sena 44 (Atti 12, 2). Huh Gwanni, minkejja li ma garrabx il-martirju hu wkoll, ma kien xejn inqas msieheb mat-tbatijiet tal-Mulej. - mhejjija minn Missieri: il-missjoni ta’ Kristu fuq din l-art mhix dik li jqassam rikumpensa lill-bnedmin, izda li jbati biex isalvhom (ara Gw 3, 17; 12, 47).
Il-kapijiet ghandhom jaqdu (20, 24-28)
20, 28 Mt 8, 20+
20, 28 b’fidwa: id-dnubiet tal-bnedmin inisslu debitu lejn il-gustizzja divina, il-piena tal-mewt kontemplata mil-Ligi (ara 1 Kor 15, 56; 2 Kor 3, 7.9; Gal 3, 13; Rum 8, 3w u n-noti). Biex jehles lill-bnedmin minn dan il-jasar tad-dnub u tal-mewt (Rum 3, 24+), Gesu` se jhallas il-fidwa u se jhassar id-dejn bit-tixrid ta’ demmu (1 Kor 6, 20; 7, 23; Gal 3, 13; 4, 5 u n-noti), jigifieri billi jmut minflok dawk li jahtu, hekk kif kien gie mhabbar dwar "il-qaddej ta’ Jahwe`" (Is 53). Il-kelma semitika li titfisser bhala "il-kotra" (Is 53, 11w) iggib flimkien l-ghadd bla qjies ta’ bnedmin mifdija u l-feddej wahdieni, minghajr ma timplika li dan l-ghadd huwa wiehed limitat (Rum 5, 6-21; ara 26, 28+). Wara ghall-kotra, il-Kodici ta’ Beza (VI seklu) u xiehda ohra hawn izidu silta li x’aktarx gejja minn xi vangelu apokrifu: "Izda intkom, fittxu li minn zghar issiru kbar u minn bnedmin maghmulin issiru bhal tfal ckejknin. Meta intkom tmorru ghal xi bankett li tkunu mistednin ghalih, tmorrux toqoghdu fil-post ta’ quddiem, li ma jmurx jigi xi mistieden aqwa minnek u l-ewwel qaddej jigi fuqek jghidlek: ‘Hu l-ahhar post’ u int tkun mrieghex ghall-ahhar. Izda jekk int mill-ewwel tmur fl-ahhar post u jigi xi hadd inqas minnek, l-ewwel qaddej se jghidlek: ‘Itla’ f’post iktar ’il fuq’ u dan se jkunlek aktar ta’ gid" (ara Lq 14, 8-10).
Iz-zewg ghomja ta’ Geriko (20, 29-34)
20, 30 Mt 9, 27+
20, 34 Mt 8, 3+
Dhul messjaniku f’Gerusalemm (21, 1-11)
21
21, 5 Zak 9, 9+21, 5 Ara, is-Sultan tieghek: fi hsieb il-profeta, dan ix-xenarju mudest kien jirrivela x-xorta umli u pacifika tas-saltna messjanika. Fit-twettiq ta’ dan il-gest, Gesu` ried japplika ghalih innifsu din il-profezija u t-taghlima li tohrog minnha.
21, 9 Mt 9, 27+ Atti 2, 33+
21, 9 Hosanna: kelma ebr. (skond il-fehma ewlenija: "Salva ghaldaqstant") li saret akklamazzjoni (ara S118, 26+).
21, 11 Mt 16, 14+
Il-bejjiegha mkeccija mit-tempju (21, 12-17)
21, 12 qabad ikecci ’l barra... kollha li kien hemm: dawn kienu jfornu lill-pellegrini bil-flus u l-vittmi ghall-offerti. Izda din l-uzanza, ghalkemm fiha nnifisha wahda legittima, kienet taghti lok ghall-abbuzi.
Is-sigra tat-tin sterili u niexfa. Fidi w talb (21, 18-22)
21, 19 "It-tin kien ghadu m’huwiex zmienu", skond Mk. Izda Gesu` ried iwettaq gest simboliku (ara Ger 18, 1+) li fih it-tina tirrapprezenta lil Izrael sterili u kkastigat.
21, 20 Mt 8, 3+
21, 21 Mt 8, 10+
Il-lhud ma jaccettawx l-awtorita` ta’ Gesu` (21, 23-27)
21, 23 Int b’liema setgha qieghed taghmel dan kollu: jigifieri l-atti mhux tas-soltu li Gesu` ghamel sewwasew fit-tempju: it-trijonf messjaniku, it-tkeccija tal-bejjiegh, fejqan mirakoluz.
21, 26 Mt 16, 14+
Parabbola taz-zewg ulied (21, 28-32)
21, 32 Mt 8, 10+
21, 32 miexi fit-triq tal-gustizzja: espressjoni biblika: Gwanni kien jipprattika u jippriedka din il-konformita` mar-rieda ta’ Alla li tirrendi lill-bniedem "gust".
Parabbola tal-bdiewa qattiela (21, 33-46)
21, 33-46 Iktar minn parabbola nistghu nghidu li hi "allegorija" jew tixbiha, ghax kull silta tar-rakkont ghandha tifsira: is-sid huwa Alla; id-dwieli, il-poplu maghzul, Izrael (ara Iz 5, 1+); il-qaddejja, il-profeti; ibnu, Gesu` li gie maqtul ’l barra mill-hitan ta’ Gerusalemm; il-bdiewa qattiela, il-lhud infidili; il-gens l-iehor li se jinghatawlu d-dwieli, il-pagani.
21, 33 Is 5, 1+
21, 42 Atti 2, 33+
21, 43 Atti 13, 5+
21, 44 X’uhud ihallu dan il-v barra x’aktarx ghaliex huwa tennija ta’ Lq 20, 18.
21, 46 Mt 16, 14+
Parabbola tal-festa tat-tieg (22, 1-14)
22
Mt 8, 11+22, 1-14 Parabbola mimlija siltiet allegorici (ta’ tixbiha) bhal ta’ qabilha, u li ghandha l-istess taghlima: is-sultan hu Alla; il-festa tat-tieg hi l-hena messjanika, meta tqis li bin is-sultan hu l-Messija; il-mibghutin huma l-profeti u l-appostli; il-mistednin li ma jaghtux kazhom jew izebilhuhom huma l-lhud; dawk migburin mit-triq huma l-midinbin u l-pagani; hruq il-belt hu l-qerda ta’ Gerusalemm. - Mill-v 11 ix-xena tinbidel u minn hemm ghalhekk titkellem fuq l-ahhar gudizzju. Milli jidher Mt ghaqqad zewg parabboli flimkien, wahda bhal dik li hemm f’Lq 14, 16-24, u l-ohra li ghandha tmiemha fil-vv 11-12: min iwiegeb ghall-invit irid ixidd il-libsa tat-tieg; l-opri tal-gustizzja ghandhom isiehbu l-fidi (ara 3, 8; 5, 20; 7, 21w; 13, 47w; 21, 28w).
22, 13 Mt 8, 12+
22, 14 hafna huma l-imsejjhin: din is-sentenza bhallikieku tirreferi ghall-ewwel parti tal-parabbola. Ma titkellimx dwar il-maghzulin b’mod generali, izda dwar il-lhud, li kienu mistednin l-ewwel. Il-parabbola ma tghidx, izda lanqas ma thalli barra, li x’uhud mill-"ftit" fosthom ikunu wiegbu ghas-sejha u gew maghzulin (ara 24, 22+).
It-taxxa lil Cesri (22, 15-22)
22, 16 Erodjani: partitarji tad-dinastija ta’ Erodi (Mk 3, 6+), jew l-aktar nies li x’aktarx imorru jirrappurtaw lill-awtoritajiet rumani dak li jkunu qeghdin jittamaw li jgieghlu lil Gesu` jghid kontra Cesari.
22, 21 Mela aghtu lil Cesari: billi prattikament jaccettaw l-awtorita` u l-beneficci tas-setgha rumana li din il-munita hija simbolu taghha, huma jistghu, u wkoll ghandhom, jaghtuh qima bl-ubbidjenza u bil-gid taghhom, minghajr pregudizzju ghal dak kollu li min-naha l-ohra ghandhom jaghtu lill-awtorita` superjuri ta’ Alla.
Il-qawmien mill-imwiet (22, 23-33)
22, 23 Is-setta tas-Sadducej (3, 7+) kienu josservaw b’mod strett hafna t-tradizzjoni miktuba, fuq kollox tal-Pentatewku, fejn kienet tishaq li ma ssib ebda hjiel tat-twemmin dwar il-qawmien tal-gisem mill-imwiet (ara 2 Mak 7, 9+). Il-Farizej ma kienux jaqblu maghhom fuq din il-haga (ara Atti 4, 1+; 23, 8+).
22, 24 Dt 25, 5+
22, 30 Kol 1, 12+
22, 32 m’huwiex Alla tal-mejtin: meta Alla jidhol ghal xi hadd jew xi gens daqstant li jsir "Alla tieghu", dan ma jaghmlux b’mod imperfett u ghal zmien qasir hekk li kollox jerga’ jingieb fix-xejn. Din il-htiega ta’ eternita` fl-imhabba ta’ Alla ma kienetx tiftiehem sew fil-bidu tar-rivelazzjoni biblika, mnejn gej it-twemmin fix-"xeol" li minnu m’hemmx qawmien (Is 38, 10-20; S 6, 6; 88, 11-13), li lejh it-tradizzjonalizmu konservattiv tas-Sadducej (Atti 23, 8+) kien jippretendi li jibqa’ fidil. Izda l-mixja tar-rivelazzjoni ftit ftit fehmet u ssodisfat din il-htiega (S 16, 10w; 49, 16; 73, 24), bit-thabbira tar-ritorn ghall-hajja (Gherf 3, 1-9) tal-bniedem kollu, li sahansitra jigi salvat fil-gisem tieghu (Dan 12, 2w; 2 Mak 7, 9w; 12, 43-46; 14, 46). Hija din l-ahhar rivelazzjoni li Gesu` jishaq fuqha meta juri li, fil-hsieb ta’ Alla, din diga` kienet is-sies tal-hsieb qadim li nsibu f’Ez 3, 6.
L-ikbar kmandament (22, 34-40)
22, 34 Gw 13, 34-35+
22, 35 u wiehed minnhom: kodicijiet tar-IV u VI seklu ecc jzidu "gharef fil-ligi" (nomikos), x’aktarx mehuda minn Lq 10, 25; xiehda ohra jgibu "u gharef fil-ligi".
22, 39 Dawn iz-zewg precetti, ta’ l-imhabba ta’ Alla u tal-proxxmu, jinsabu msehbin daqstant flimkien fid-Didache` 1, 2, li jista’ jiddependi minn trattat gudajk fuq iz-Zewg Triqat (ara 7, 13+).
Kristu, bin u Sid David (22, 41-46)
22, 42 Mt 9, 27+
22, 44 Atti 2, 33+
22, 45 Jekk David isejjahlu Sidu, kif inhu?... it-twegiba tajba kienet tkun li, minkejja li kien imnissel minn David fit-tnissil uman tieghu (ara 1, 1-17), il-Messija kellu wkoll natura divina li kienet taghmlu superjuri ghal David u li dan kien diga` gie profetizzat mill-istess David.
Ipokrizija u vanita` tal-kittieba u l-Farizej (23, 1-12)
23
23, 3 kull ma jghidulkom huma aghmluh: f’dak li hu t-twassil tat-taghlim tradizzjonali li rcevew minghand Mose`. Izda dan b’ebda mod ma jinvolvi t-tifsiriet personali taghhom, li dwarhom Gesu` wera band’ohra kif ghandek tqishom (ara 15, 1-20; 16, 6; 19, 3-9).23, 5 filatterji: kaxex zghar li fihom kienu jzommu l-kliem l-iktar essenzjali tal-Ligi, u li l-lhud kienu jdendlu ma’ drieghhom jew ma’ gbinhom, bi twettiq shih ta’ Ez 13, 9.16; Dt 6, 8; 11, 18. - gmiemen: gummien tad-drapp imwahhlin ma’ l-irkejjen tal-mantell (ara Num 15, 38+; Mt 9, 20).
23, 7 Rabbi: kelma ebr. li tfisser "mghallem tieghi", li hu titlu moghti bi drawwa lill-imghallmin lhud. Gesu` nnifsu kien hekk jissejjah mid-dixxipli tieghu (26, 25.49).
23, 8-12 Il-vv 8-12, li jinghadu biss lid-dixxipli, x’aktarx li meta nghadu ghall-ewwel darba, ma kienux inghadu fil-kuntest ta’ dan id-diskors.
23, 9 missierkom: bl-aramajk "missier" hu abba, li hu titlu onorifiku iehor.
23, 10 mexxejja: grg. kathegethai li tista’ tfisser "gwidi" jew "ghalliema"; vulg. ggib magistri; tr. "diretturi"; Gesu` jista’ jkun li qed jirreferi ghall-kap religjuz tal-komunita` ta’ Qumran, id-"direttur gust", komunement imsejjah "surmast tal-gustizzja".
Seba’ sahtiet ghall-kittieba u l-Farizej (23, 13-32)
23, 13 Mt 6, 9+
23, 13 Il-htigiet tal-kazistika rabbinika kienu jaghmlu l-osservanza tal-Ligi haga impossibbli.
23, 14 V imholli barra. Jghid: "Hazin ghalikom, intom il-kittieba u l-Farizej, ucuh b’ohra! Intom tberbqu gid ir-romol, u mbaghad ghal wicc in-nies iddumu hafna titolbu: intom tiehdu kundanna aktar iebsa ghal dan". Kliem mehud minn Mk 12, 40; Lq 20, 47, u li jgib ghal tmienja l-ghadd tas-seba’ sahtiet (ara 6, 9+).
23, 15 Mt 18, 9+
23, 15 biex iddawwru bniedem ghar-religjon taghkom: jew proselita, pagan ikkonvertit ghall-gudajizmu. Il-propaganda gudajka fl-inhawi griegi-rumani kienet qawwija hafna (ara Atti 2, 11+).
23, 16 Intom tghidu: Hawn qed issir riferenza ghall-weghdiet. Biex ihollu lil min ikun kiser xi weghda, ir-rabbini kienu juzaw hafna argumenti fini.
23, 23 Dt 14, 22+ Gham 5, 21+
23, 23 Il-precett ta’ zmien Mose` dwar il-hlas tad-diecmi fuq il-prodotti tar-raba’ kien jigi applikat ukoll mir-rabbini b’mod esagerat ghall-pjanti li ma jiswew xejn.
23, 25 minn gewwa jkunu mimlija: tr. "minn gewwa intom mimlijin". - rebgha: tr. "hzunija", "impurita`", "gula".
23, 32 komplu sa l-ahhar: riferenza ghall-mewt li qeghda toqrob ta’ Gesu` nnifsu (ara 21, 38w).
Hruxijiet u kastigi li gejjin (23, 33-36)
23, 34 profeti u ghorrief u kittieba: kelmiet ta’ nisel lhudi, izda li huma hawn applikati ghall-missjunarji nsara (ara 10, 41; 13, 52).
23, 35 Zakkarija: b’mod verosimili ir-riferenza hi ghal Zakkarija ta’ 2 Kron 24, 20-22. Il-qtil tieghu hu l-ahhar wiehed li jigi rakkontat fil-Bibbja (meta tqis li 2 Kron kien l-ahhar ktieb tal-kanoni gudajk), bhalma l-qtil ta’ Abel (Gen 4, 8) hu l-ewwel wiehed. - bin Barakija: x’aktarx li gej minn tahwida ma’ Zakkarija iehor (ara Is 8, 2 LXX; Zak 1, 1). Jew inkella hawn ghandna notament zghir imdahhal minn xi kopista.
Kliem ghal Gerusalemm (23, 37-39)
23, 37 Gerusalemm.....li toqtol il-profeti: ara 1 Slat 19, 10.14; Ger 26, 20-23; 2 Kron 24, 20-22; 1 Tes 2, 15; Atti 7, 52; Lhud 11, 37 u l-qari apokrifu tal-lhud. kemm-il darba: riferenza ghal zjarat spissi li Gesu` ghamel f’Gerusalemm; dwarhom is-sinottici ma jghidu xejn, imma Gw jsemmihom.
23, 38 Gw 2, 19-21+
23, 38 herba: skond kitbiet tar-IV sas-VI seklu, vulg., ecc (ara Ger 22, 5); imholli barra minn ohrajn. - Gesu` se jitlaq, skartat minn gensu; imma Alla wkoll se jabbanduna ’l Gerusalemm u t-tempju taghha.
23, 39 Atti 2, 33+
23, 39 Mbierek... il-Mulej: dawn il-kliem, li Lq 13, 35 mid-dehra jirriferi ghad-dhul f’jum il-palm, fil-kuntest attwali ta’ Mt jidhru li jirreferu ghall-migja lura mill-gdid ta’ Kristu, x’aktarx dik ta’ l-ahhar zminijiet. Il-lhud ukoll se jsellmu ’l dan ir-ritorn, ghaliex imbaghad huma se jikkonvertu (ara Rum 11, 25w).
2. KLIEM ESKATOLOGIKU
Dahla (24, 1-3)
24
24, 1-25, 46 Il-kliem eskatologiku ta’ Mt jghaqqad flimkien it-tahbiriet tal-qerda ta’ Gerusalemm u ta’ tmiem id-dinja. Kliem Mk, li kien biss dwar l-ewwel grajja, jigi hekk kompletat billi: 1. jizdiedu l-vv 26-28.37-41, mehudin minn diskors fuq jum Bin il-bniedem, li Lq wkoll jaghmel uzu minnu (Lq 17, 22-37); 2. jsiru rtokki li jdahhlu t-temi tal-"parusia" (vv 3.27.37.39: li ma nsibux band’ohra fil-Vangeli, ara Mt 24, 3+; 1 Kor 15, 23+), ta’ "tmiem id-dinja" (v 3; ara 13, 39.40.49) u tas-"sinjal ta’ Bin il-bniedem" li se jimpressjona l-gnus kollha ta’ l-art (v 30); 3. jizdiedu, fit-tarf, parabboli fuq il-vigilanza (24, 42-25, 30), li jhejju ghar-ritorn ta’ Gesu` u l-gudizzju eskatologiku l-kbir (25, 31-46). Dan it-taghqid tal-qerda ta’ Gerusalemm ma’ tmiem id-dinja jesprimi min-naha l-ohra verita’ teologika; iz-zewg grajjiet, minkejja li huma mifrudin minn xulxin fiz-zmien, ghandhom bejnithom rabta ewlenija, billi l-ewwel grajja hi dahla u prefigurazzjoni tat-tieni wahda. Il-qerda ta’ Gerusalemm timmarka tmiem il-patt il-qadim bir-ritorn ta’ Kristu li gej iniedi saltnatu fil-Knisja. Din il-grajja deciziva fl-istorja tas-salvazzjoni se tiggedded biss fi tmiem iz-zminijiet, meta Alla se jaghmel mill-umanita’ kollha, issa maghzula fi Kristu, l-istess gudizzju li qabel kien ghamel fuq l-ewwel gens maghzul (ara 1 Kor 1, 8+).24, 3 migja: il-kelma griega (parousia) tfisser "prezenza"; kienet tfisser, fl-ambjent grieg-ruman, il-vizta ufficjali u solenni ta’ xi princep x’imkien. L-insara ghamluha taghhom bhala kelma teknika li tfisser il-migja fil-glorja ta’ Kristu (ara 1 Kor 15, 23+). Il-kelma mhux tabilfors marbuta ma’ l-ahhar migja tieghu: tistaq’ tfisser ukoll il-wirja kollha qawwa li biha huwa ghad jigi biex iwaqqaf is-saltna messjanika tieghu (il-Knisja) fuq il-herba tal-gudajizmu (ara 16, 27w). F’din is-silta Mt jurina bic-car li qed jghaqqad iz-zewg temi.
Il-bidu tat-tbatijiet (24, 4-14)
24, 5 Jien hu l-Messija: qabel is-sena 70, kienu bosta dawk li jissugraw isejhu lilhom infushom il-Messija.
24, 7 Wara guh kbir, S. Efrem (V seklu) jzid: "u pesti" (vulg. pestilentiae), ara Lq 21, 11. - l-art tithezhez: ara Is 8, 21; 13, 13; 19, 2; Ger 21, 9; 34, 17; Ezek 5, 12; Gham 4, 6-11; 8, 8; 2 Kron 15, 6.
24, 8 il-bidu ta’ tbatija kbira: (tal-hlas) ara Is 13, 8; 26, 17; 66, 7; Ger 6, 24; 13, 21; Hos 13, 13; Mik 4, 9w. Ix-xbieha kienet applikata mill-gudajizmu ghal zmien id-dieqa l-kbira li kellha tigi qabel il-wasla tas-saltna messjanika.
24, 14 fid-dinja kollha: id-"dinja abitata" (grg. oikoumene), jigifieri d-dinja griega-rumana. Jehtieg li, qabel il-kastig ta’ Izrael, il-lhud kollha ta’ l-imperu jisimghu l-bxara t-tajba (ara Atti 1, 8+; Rum 10, 18); ix-"xhieda" li se tinghata quddiem il-gnus se tingieb l-ewwel kontra l-gudajizmu infidil (ara qabel Mt 10, 18). L-evangelju fil-fatt xtered ma’ l-inhawi kollha ewlenin ta’ l-imperu qabel is-sena 70 (ara 1 Tess 1, 8; Rum 1, 5.8; Kol 1, 6.23). - t-tmiem: jigifieri l-waqa’ ta’ Gerusalemm.
It-tigrib il-kbir ta’ Gerusalemm (24, 15-25)
24, 15 il-profanazzjoni u l-herba fit-tempju: Jidher li Danjel ried ifisser b’dan artal pagan li Antijoku Epifani kien bena fit-tempju ta’ Gerusalemm (fis-sena 168; ara 1 Mak 1, 54). Dawn il-kliem kif uzati fil-vangelu twettqu meta l-belt qaddisa u t-tempju ta’ go fiha nqerdu u mbaghad gew mehuda mill-qawwiet pagani ta’ Ruma (ara Lq 21, 20).
24, 21 Ara Ez 10, 14; 11, 6; Ger 30, 7; Bar 2, 2; Goel 2, 2; Dan 12, 1; 1 Mak 9, 27; Apk 16, 18.
24, 22 l-mahturin: dawk fost il-lhud li huma imsejha biex jidhlu fis-saltna ta’ Alla: "il-ftit fdal" (ara Is 4, 2+; Rum 11, 5-7).
Il-migja ta’ Bin il-bniedem se jkun bid-deher (24, 26-28)
24, 27 Il-migja tal-Messija se tlehh bhal berqa. - Il-berqa hija sinjal klassiku ta’ kull meta isir haqq divin (ara Is 29, 6; 30, 30; Zak 9, 14; S 97, 4; ecc).
24, 28 X’aktarx proverbju li jesprimi l-istess hsieb ta’ wirja evidenti ghall-ahhar: katavru, wkoll jekk ikun mohbi fid-dezert, malajr se tinduna fejn qieghed mit-tajran ta’ l-isqra.
Dimensjoni kosmika ta’ din il-migja (24, 29-31)
24, 29 Gham 8, 9+
24, 29 Minnufih, wara d-diqa ta’ dawk il-jiem: jerga’ jaqbad mal-v 25, qabel id-digressjoni tal-vv 26-28. - jithezhzu: ara Ger 4, 23-26; Ezek 32, 7w; Gham 8, 9; Mik 1, 3w; Goel 2, 10; 3, 4; 4, 15 u fuqkollox Is 13, 9w; 34, 4, li minn jinsilet dan it-test. - l-qawwiet tas-sema huma l-kwiekeb u l-qawwiet smewwija b’mod generali.
24, 30 Mt 8, 20+
24, 30 s-sinjal ta’ Bin il-bniedem: il-Patres raw f’dan is-sinjal is-salib ta’ Kristu. Jista’ jkun li jittratta dwar Kristu nnifsu, li bit-trijonf tieghu fil-Knisja juri li huwa tabilhaqq qam minn bejn l-imwiet u jinsab glorjuz (dehra ta’ xorta spiritwali). - u jaraw... glorja kbira: Hekk habbar Danjel it-tqeghid fuq din l-art tas-saltna messjanika permezz ta’ Bin il-bniedem gej fuq is-shab. - Is-shaba hija l-ornament li soltu nsibu fit-teofanija, sew fit-TQ (Ez 13, 22+; 19, 16+; 34, 5; Lev 16, 2; 1 Slat 8, 10w; S 18, 12; 97, 2; 104, 3; Is 19, 1; Ger 4, 13; Ezek 1, 4; 10, 3w; 2 Mak 2, 8), sew fit-TG (Mt 17, 5; Atti 1, 9.11; 1 Tess 4, 17; Apk 1, 7; 14, 14).
24, 31 Wara tromba, kodici VI seklu jzid: "u vuci". Tr. "ilhna ta’ tromba", "vuci kbira". - minn tarf: formula li ggib flimkien lil Zak 2, 10 u Dt 30, 4, testi li jitkellmu mit-taghqid flimkien mill-gdid ta’ l-imxerrdin ta’ Izrael (ara Ezek 37, 9 u Neh 1, 9. Ara wkoll Is 27, 13). Il-"maghzulin" qeghdin ghaldaqshekk hawnhekk, bhal fil-vv 22 u 24, dawk il-lhud li Alla se jsalva mill-qerda li gejja fuq genshom, biex idahhalhom fis-saltna tieghu mal-pagani (v 30).
Parabbola tat-tina (24, 32-36)
24, 33 hu fil-qrib: Bin il-bniedem li gej biex iqieghed fuq l-art saltnatu.
24, 34 ma jghaddix: din l-affermazzjoni tolqot tmiem Gerusalemm u mhux tmiem id-dinja. Fil-predikazzjoni, Gesu` x’aktarx li ghamilha aktrar cara dwar dak li kellu jigri (ara 24, 1+ u 16, 28+).
24, 36 u lanqas l-Iben: vulg. thalli barra, x’aktarx minhabba fi skruplu teologiku. Bhala bniedem, Kristu ircieva minghand il-Missier l-gharfien ta’ dak kollu li kien joqot il-missjoni tieghu, izda seta’ ma jaghrafx certi hwejjeg fil-pjan divin, kif qieghed hawn jafferma formalment.
Ishru biex ma tinhasdux (24, 37-44)
24, 42 1 Tess 5, 1+
24, 42 Ishru: sewwasew li ma torqodx; dan hu l-atteggament li Gesu` jirrikmanda lil dawk kollha li jkunu qeghdin jistennew il-migja tieghu (25, 13; Mk 13, 33-37; Lq 12, 35-40; 21, 34-36). Is-sahra, f’dan l-istat ta’ biza’, tissoponi tama qawwija u tehtieg il-prezenza kostanti ta’ dak l-ispirtu li jissejjah "sobrjeta`" jew "temperanza, jigifieri qies fl-ikel u x-xorb (1 Tes 5, 6-8; 1 Pt 5, 8; ara 1 Pt 1, 13; 4, 7). il-jum li fih: vulg. ggib: "is-siegha li fiha".
Parabbola tal-qaddej fidil u ghaqli (24, 45-51)
24, 45-51 Flimkien mal-kliem li jhabbar it-tmiem ta’ Gerusalemm u l-ahhar migja ta’ Kristu fi tmiem id-dinja, Mt jghaqqad tliet parabboli dwar it-tmiem ahhari tal-bnedmin b’mod individwali. - L-ewwel wahda tipprezenta qaddej ta’ Kristu b’inkariku fil-Knisja, kif kellhom l-appostli, u li jigi ggudikat skond kif ikun qeda dmiru.
24, 51 Mt 8, 12+
24, 51 jaghmlu bcejjec: litt. "jaqtghu f’bictejn"; tr. "iqacctu ’l barra", "jikkastigah". Kelma xejn cara. X’aktarx ta’ min jifhimha f’sens metaforiku: "jifirdu minn" b’xi xorta ta’ skomunika (ara 18, 17).
Parabbola ta’ l-ghaxar xebbiet (25, 1-13)
25
25, 1-13 Ix-xebbiet jirrapprezentaw l-erwieh insara fil-mistennija ta’ l-gharus, Kristu. Ukoll jekk huwa se jdum, il-musbieh ta’ l-istennija ghandu jibqa’ dejjem jixghel.25, 1 l-gharus: kodici VI seklu u ohrajn izidu: "u l-gharusa".
Parabbola tat-talenti (25, 14-30)
25, 14-30 L-insara huma l-qaddejja li lilhom il-padrun, Gesu`, jafdalhom f’idejhom it-tkattir tad-doni tieghu biex jizviluppa saltnatu, u dawn ghandhom jaghtu rendikont ta’ x’ikunu ghamlu. - Il-parabbola ta’ l-ghaxar miniet (Lq 19, 12-27) tipprezenta tixbihiet fl-ghamla, izda taghti taghlima ftit jew wisq diversa.
25, 21 se nafdak fuq hafna jew "se nqeghdek fuq hafna": li jfisser il-partecipazzjoni fis-saltna ta’ Kristu. - fl-hena ta’ sidek: din hi l-hena tal-bankett tas-sema (Mt 8, 11+).
25, 29 Mt 13, 12+
25, 30 Mt 8, 12+
L-ahhar gudizzju (25, 31-46)
25, 31 Mt 8, 20+
25, 31 jigi... fil-glorja tieghu: qed jitkellem, din id-darba, mill-ahhar migja ta’ Kristu, fi tmiem id-dinja.
25, 32 l-gnus kollha: il-bnedmin kollha ta’ kull zmien. Hawn ma jissemmiex il-qawmien mill-imwiet, izda ta’ min jissoponiha (ara 10, 15; 11, 22-24; 12, 41w).
25, 34 Kristu, is-Sultan-Messija, se jghaddi lill-maghzulin mis-saltna tieghu ghal dik ta’ Missieru (13, 43+).
25, 36 Il-bnedmin jigu ggudikati permezz ta’ l-opri ta’ hniena (imfissrin biul-mod bibliku, ara Is 58, 7; Gob 22, 6w; Sir 7, 32w, ecc) mhux minhabba fl-azzjonijiet eccezzjonali taghhom (ara 7, 22w). F’10, 32w tidhol l-istqarrija tal-fidi.
VII. IL-PASSJONI U L-QAWMIEN
Kumplott kontra Gesu` (26, 1-5)
26
Id-dilka biz-zejt f’Betanja (26, 6-13)
26, 7 Il-mara hi Marija, oht Lazzru, kif jippreciza Gw; l-episodju li hemm f’Lq 7, 36-50 hu wiehed differenti.
26, 10 Haga tajba: Il-lhud kienu jaqsmu l-"opri tajba" fl-"elemozina" u fl-"azzjonijiet karitatevoli"; dawn ta’ l-ahhar kienu meqjusa bhala superjuri u kienu jinkludu, fost l-ohrajn, id-difna tal-mejtin. Din il-mara ghalhekk ghamlet "opra" li tisboq bil-kif l-elemozina meta hi hasbet biex tipprovdi ghad-difna ta’ Kristu. Gesu` qiesu qed jammetti (v 12) li, ghax hekk hasset f’qalbha, hija kienet taf sew x’inhi taghmel bil-gest taghha ghall-gejjieni.
It-tradiment ta’ Guda (26, 14-16)
26, 15 tletin bicca tal-fidda: grg. triakonta argyria; kodici VI seklu jgib: "tletin stater (tal-fidda)", fejn l-istater, munita griega, kienet tiswa daqs is-"siklu", li kienet il-munita tas-santwarju. Tletin siklu, u mhux tletin dinar kif ta’ sikwit jinghad, kien il-prezz li l-Ligi kienet tistabbilixxi ghall-hajja ta’ lsir (Ez 21, 32).
Thejjijiet ghall-ikla ta’ l-Ghid (26, 17-19)
26, 17 Fl-ewwel jum ta’ l-Azzmi: "l-ewwel jum" tal-gimgha li fiha kienu jieklu l-hobz taghhom minghajr hmira (azzmi, ara Ez 12, 1+; 23, 14+); dan kien, normalment, il-jum li jigi wara l-bankett ta’ l-Ghid; meta s-sinottici jirreferu hekk ghall-jum li jigi qabel l-Ghid, huma jkunu qeghdin juru uzu aktar wiesgha. Skond Gw 18, 28 u dettalji ohra tal-passjoni, jidher li l-bankett ta’ l-Ghid ta’ dik is-sena kien iccelebrat fil-ghaxija tal-Gimgha (jew "Jum it-Thejjija", grg. paraskeve, Mt 27, 62; ara Gw 19, 14. 31. 42). Ic-cena ta’ Gesu`, li s-sinottici jqeghdu fil-jum ta’ qabel (fil-ghaxija tal-Hamis), ghandha ghaldaqshekk titfisser jew billi r-rit kien jigi anticipat minn x’uhud mil-lhud, jew inkella ghax Gesu` nnifsu hekk ried janticipa l-ikla: billi ma setghax jiccelebra l-Ghid l-ghada jekk mhux fil-persuna tieghu nnifsu fuq is-salib (Gw 19, 36; 1 Kor 5, 7), Gesu` istitwixxa r-rit il-gdid matul ikla li fiha twettqu l-htigiet ta’ l-Ghid ta’ l-imghoddi. Il-fehma recenti li tqieghed ic-cena fil-ghaxija tat-Tlieta, skond il-kalendarju essen, ma tidhirx wahda ta’ min joqghod fuqha. - Billi l-14 ta’ Nisan (jum il-bankett ta’ l-Ghid) kien jahbat il-Gimgha fis-snin 30 u 33 w.K., l-esegeti jaghzlu l-wahda jew l-ohra minn dawn it-tnejn bhala d-data tal-mewt ta’ Kristu, skond kif iqeghdu s-sena tal-maghmudija tieghu bhala 28 jew 29 u jaghtu lill-ministeru tieghu zmien ftit jew wisq twil.
26, 18 Gw 2, 4+
Thabbira ta-tradiment ta’ Guda (26, 20-25)
26, 21 waqt l-ikel: dan kien ghadu biss l-ewwel ikel, li kien jigi qabel il-bankett ta’ l-Ghid proprju.
It-twaqqif ta’ l-Ewkaristija (26, 26-29)
26, 26 Gesu` ha l-hobz f’idejh: il-waqt ewlieni tal-bankett ta’ l-Ghid. Bil-gesti precizi u solenni tar-rit gudajk (barkiet lil Jahwe` li jinghadu fuq il-hobz u fuq l-inbid) Gesu` jwaqqaf ir-riti sagramentali tal-kult il-gdid li huwa jdahhal.
26, 27 "Radd hajr" qieghed hawn jintuza biex jittraduci il-verb grg. eucharisto; minnu gej in-nom eucharistia, "azzjoni ta’ grazzji", li gie adottat fil-lingwagg nisrani biex ifisser ic-cena qaddisa.
26, 28 id-demm tal-Patt: Vulg. u ohrajn (V-VI seklu) jzidu "il-Gdid" (ara Lq 22, 20; 1 Kor 11, 25). - Hekk kif darba fid-dezert tas-Sinaj id-demm tal-vittmi kien issigilla l-patt ta’ Jahwe` mal-poplu tieghu (Ez 24, 4-8+; ara Gen 15, 1+), hekk ukoll fuq is-salib id-demm tal-vittma perfetta, Gesu`, se jissigilla bejn Alla u l-bnedmin, il-Patt "il-Gdid" (ara Lq 22, 20), li kienu habbru l-profeti (Ger 31, 31+). Gesu` jiehu fuqu l-missjoni ta’ fidwa universali mhejjija ghall-"Qaddej tal-Mulej" (Is 42, 6; 49, 6; 53, 12; ara 42, 1+; Lhud 8, 8; 9, 15; 12, 24). Nergghu wkoll nsibu l-idea ta’ Patt Gdid f’Pawlu, mhux biss f’1 Kor 11, 25, imma wkoll f’kuntesti ohra li juru l-importanza kbira tieghu (2 Kor 3, 4-6; Gal 3, 15-20; 4, 24).
26, 29 Mt 20, 28+ Mt 8, 11+
26, 29 sa dakinhar: riferenza ghall-bankett eskatologiku (ara 8, 11; 22, 1w). Issa ntemmu l-ikliet li kien jaghmel Gesu` mad-dixxipli tieghu.
It-tahbira tac-cahda ta’ Pietru (26, 30-35)
26, 30 is-salmi: jigifieri s-salmi tal-Hallel (S 113-118), li r-recitazzjoni taghhom kienet taghlaq il-bankett ta’ l-Ghid.
26, 31 se tithawwdu: litt. "se tiskandalizzaw irwiehkom". Huwa skandlu religjuz li jaraw lil min iqisu bhala l-Messija (16, 16) u li qeghdin jistennew li dalwaqt jittrijonfa (20, 21w) icedi w jaqa’ minghajr ebda rezistenza. Id-dixxipli ghal xi waqt jitilfu il-kuragg u sahansitra l-fidi (ara Lq 22, 31w; Gw 16, 1).
Fil-Getsemani (26, 36-46)
26, 36 Getsemani: dan l-isem ifisser "maghsar iz-zejt". L-imkien jinsab fil-Wied ta’ Kedron, f’tarf l-Gholja taz-Zebbug.
26, 38 ghall-mewt: litt. Espressjoni li l-ghamla litterarja taghha tfakkar f’S 42, 6 u Gen 4, 9.
26, 39 Gesu` ihoss go fih, bil-qawwa kollha taghha, il-biza’ li l-mewt iggib fil-bniedem; huwa jipprova u jesprimi x-xewqa naturali li jahrab minnha, minkejja li jrazzanha billi jaccetta li jaghmel ir-rieda tal-Missier (ara 4, 1+).
26, 41 Rum 7, 5+
26, 45 Issa se torqdu u tistriehu: canfira mlibbsa b’ironija fina: "issa ghaddiet is-siegha meta kellkom tishru flimkien mieghi". Wasal il-waqt tal-prova u Gesu` se jidhol fih wahdu: issa d-dixxipli jistghu jorqdu, jekk iridu...
L-arrest ta’ Gesu` (26, 47-56)
26, 50 Habib, ghalhekk gejt int: litt. Iktar minn mistoqsija ("ghaliex gejt int?") jew canfira ("x’qieghed taghmel hawn!") hawn nistghu nifhmu l-espressjoni komuni: "(aghmel) dak li gejt biex taghmel", "aghmel xoghlok". Gesu` jaqta’ fil-qasir il-kumplimenti li jafu jaghmlu l-ipokriti: "Dak li se taghmel, aghmlu u ddumx" (ara Gw 13, 27).
26, 55 kont inkun bilqieghda fit-tempju nghallem: kitbiet tal-V u VI seklu u vulg. jzidu: "magenbkom" (ara Mk 14, 49).
Gesu` quddiem is-Sinedriju (26, 57-68)
26, 57-68 Bl-ghajnuna ta’ Lq u Gw, tista’ tiddistingwi: l-ewwel dehra matul il-lejl quddiem Anna u tlaqqigh solenni tas-Sinedriju filghodu (Mt 27, 1). Mt u Mk jirrakkuntaw ix-xena ta’ matul il-lejl b’siltiet minn dak li gara filghodu, li kien l-uniku tlaqqigh formali u deciziv.
26, 61 Nista’ nhott it-tempju: tabilhaqq Gesu` kien habbar il-qerda tat-tempju, u tal-kult gudajk li dan kien simbolu tieghu (kap 24), u s-sostituzzjoni minfloku ta’ tempju gdid: ghall-ewwel, il-gisem tieghu nnifsu mqajjem mill-imwiet wara tliet ijiem (16, 21; 17, 23; 20, 19; Gw 2, 19-22), u wara, il-Knisja (16, 18).
26, 62 Il-vulg. hawn tara mistoqsija wahda biss: "Int ma twiegeb xejn ghal dan li qeghdin jixhdu dawn kontra tieghek?".
26, 63 Mt 4, 3+
26, 64 Mt 8, 20+ Atti 2, 33+
26, 64 ta’ dak li jista’ kollox: litt.; tr. "ta’ Alla" (vulg. virtutis Dei). Is-"setgha" hi kelma ohra ghal "Jahwe`". Gesu` jirrinunzja, f’dan il-waqt hekk importanti, li jibqa’ jzomm dan is-"sigriet messjaniku" (ara Mk 1, 34+), u jizvela kategorikament li huwa l-Messija, hekk kif huwa diga` qabel kien gieghel jistqarru lil dawk ta’ madwaru (Mt 16, 16); izda huwa fuqkollox jizvela ruhu mhux billi jsejjah lilu nnifsu bhala l-Messija-bniedem kif kienu jistennewh, izda bhala "il-Mulej" ta’ S 110 (ara Mt 22, 41w) u l-persunagg misterjuz, ta’ nisel mis-sema, hekk kif kien rah Danjel (ara Mt 8, 20+). Il-lhud mhu se jarawh qatt izjed hlief fil-glorja tieghu, l-ewwel fit-trijonf tal-qawmien mill-imwiet, u mbaghad fit-trijonf tal-Knisja (ara 23, 39 u 24, 30).
26, 65 Id-daghwa ta’ Gesu` ma kinetx tikkonsisti f’li Gesu` pprezenta ruhu bhala l-Messija, izda f’li kien jiehu fuqu d-dinjita` tal-kondizzjoni divina.
26, 68 Aqta’... Messija: ir-rakkont ta’ Mt ma tregix, ghax billi Gesu` ma kellux wiccu mghotti bhal f’Lq 22, 63, huwa seta’ minghajr xkiel jara min kien qed jaghtih bil-ponn u bil-harta. Dak li hu importanti hu li "jiddiehku bih" bhala "profeta" minhabba f’kelmtu dwar it-tempju, u x’aktarx sewwasew bhala "Messija-Profeta" (din it-tismija moghtija lil Gesu` bil-vokattiv "Messija" jew "Kristu" hija wahda unika fil-vangeli), l-istess bhala qassis il-kbir eskatologiku li jrid jerga’ jwaqqaf tempju gdid.
Cahdiet ta’ Pietru (26, 69-75)
26, 69 tal-Galilija: skond vulg., ecc; S. Efrem (V seklu) jgib "in-Nazzarenu".
26, 70 Mt 8, 10+
26, 71 Mt 2, 23+
26, 73 il-kisra ta’ kliemek: id-djalett galilew.
Gesu` mehud quddiem Pilatu (27, 1-2)
27
27, 1 Mt 26, 57+27, 2 Lq 3, 1+
27, 2 Pilatu: skond kitbiet tar-IV seklu, ecc (ara Mk 15, 1); kitbiet tal-V seklu jgibu: "Ponzju Pilatu". - Ara Lq 3, 1+. Billi sew f’Ruma sew fil-provincji kollha ta’ l-imperu, kien riservat id-dritt li tinghata l-piena kapitali, il-lhud kellhom tabilfors imorru ghand dan il-gvernatur biex jiksbu l-konferma u l-ezekuzzjoni tas-sentenza taghhom.
Il-mewt ta’ Guda (27, 3-10)
27, 4 bla htija: skond kitbiet tar-IV u V sekli; xiehda ohra jgibu: "gust"; ohrajn: "tal-gust" (ara 23, 35).
27, 8 Ghalqa tad-Demm: bl-aramajk Haqeldama (ara Atti 1, 19 u l-vulg. ghal dan il-v). Hemm tradizzjoni qadima hafna, u x’aktarx awtentika, li tqieghed dan l-imkien fil-Wied ta’ Hinnom.
27, 9 Geremija: jithalla barra minn xi xhud li minflok igib: "Zakkarija". Din hi citazzjoni libera minn Zak 11, 12-13 li tintrabat ma’ l-ideja ta’ l-akkwist ta’ ghalqa suggerit minn Ger 32, 6-15. Dan kollu, marbut mal-fatt li Geremija jitkellem dwar garar (18, 2w) li kienu jinsabu fl-inhawi tal-Hakeldama (19, 1w), jispjega kif it-test seta’ kien attribwit lil Geremija minhabba fix-xebh mieghu.
27, 10 Jahwe` kien jilmenta li kien irceva minghand il-lhud, fil-persuna tal-profeta Zakkarija, hlas ridiklu; il-bejgh ta’ Gesu` bl-istess prezz baxx iwettaq, skond Mattew, il-profezija.
Gesu` quddiem Pilatu (27, 11-26)
27, 11 Int qieghed tghidu: b’dan il-kliem Gesu` jaghraf bhala ezatt, ghallinqas f’certu sens, dak li ma kienx madankollu qal hu nnifsu. Ara qabel 26, 25.64; u ara Gw 18, 33-37.
27, 16 kellhom: litt.; vulg. ggib: Habebat. - Barabba: skond kitbiet mir-IV sas-VI seklu, ecc; xi xhud, f’dan u fil-v 17, igib: "Gesu` Barabba", kliem li jaghmel il-mistoqsija ta’ Pilatu tolqot sew; din il-precizazzjoni mid-dehra gejja minn tradizzjoni apokrifa.
27, 24 hasel idejh: gest espressiv u li l-lhud zgur li kienu jifhmu sew (ara Dt 21, 6w; S 26, 6; 73, 13). - ta’ dan id-demm: skond kitbiet IV u VI seklu, ecc; kodici Sinajtiku (IV seklu) u ohrajn igibu: "mid-demm ta’ dan il-gust".
27, 25 Demmu... uliedna: espressjoni biblika tradizzjonali (2 Sam 1, 16; 3, 29; Atti 5, 28; 18, 6); meta l-poplu jlissinha, huwa jkun qed jaccetta r-responsabbilta` tal-kundanna li jkun qed ifittex li tinghata.
27, 26 is-swat: kastig tas-soltu li ghar-rumani kien jigi qabel it-tislib.
Il-kuruna tax-xewk (27, 27-31)
27, 27 Pretorju: il-pretorju, jigifieri fejn kien joqghod il-pretur, zgur li kien il-palazz l-antik ta’ Erodi l-Kbir, fejn kien ta’ kull darba joqghod il-prokuratur meta kien jitla’ mic-Cesarija ghal Gerusalemm. Dan il-palazz, li kien jinsab fil-punent tal-belt, kien distint minn fejn kienet toqghod il-familja tal-Asmonin, li kien qrib it-tempju u fejn Erodi Antipa ircieva lil Gesu` mibghut lilu minn Pilatu (Lq 23, 7-12). X’uhud jaraw il-pretorju fil-Fortizza Antonja, fit-tramuntana tat-tempju. Izda t-tqeghid f’dan il-lok ma jaqbel la mad-drawwiet tal-prokuraturi kif minna maghrufin skond l-ghejjun qodma, la ma’ l-uzu tal-kelma "pretorju" li fiha ma jsirx dan it-tibdil fit-tifsir, u lanqas mac-caqlieq ta’ Pilatu u tal-folla tal-lhud fir-rakkonti evangelici tal-Passjoni, fuqkollox dak ta’ Gwanni.
27, 28 mantar ahmar skur: vulg. litt.: clamydem coccineam. Il-mantar ta’ suldat ruman (sagum). Il-lewn ahmar ifakkar, b’mod ridiklu, il-porpra rjali.
27, 29 Is-sliem ghalik, sultan tal-Lhud: il-lhud iddiehku b’Gesu` bhala "profeta" (26, 68+); ir-rumani jiddiehku bih bhala "sultan"; dawn iz-zewg xeni jirriflettu sew iz-zewg aspetti, sew dak religjuz sew dak politiku, tal-process ta’ Gesu`.
Il-krucifissjoni (27, 32-38)
27, 33 Golgota: traskrizzjoni tal-kelma bl-aramajk Gulgolta, "post il-Qorriegha", latin: Calvaria (mnejn gejja "Kalvarju").
27, 34 inbid b’tahlita morra: xarba li ssakkar li n-nisa Lhud kollhom hniena (ara Lq 23, 27w) kienu bi drawwa joffru lill-ikkundannati biex itaffulhom it-tbatija. Fil-fatt dan l-inbid kien soltu jkun imhallat mal-"mirra" (ara Mk 15, 23); "tahlita morra" f’Mt tfakkar f’S 69, 22 (bhalma taghmel it-tiswija minn "inbid" ghal "mirra" fir-revizjoni antijokina). Gesu` jirrofta din it-tahlita.
27, 35 Wara xorti, x’uhud izidu: "sabiex jitwettaq dak li jghid il-Profeta: hwejgi jaqsmu bejniethom; jaqtghu x-xorti ghal-libsa tieghi" (S 22, 19); tifsira miksuba minn Gw 19, 24.
Gesu` msallab, middiehek u mzeblah (27, 39-44)
27, 40 Sir 12, 18+
27, 43 Mt 4, 3+
Il-mewt ta’ Gesu` (27, 45-56)
27, 45 Mis-sitt siegha: litt.; tr. "min-nofs in-nhar".
27, 46 madwar id-disa’ siegha: litt.; tr. "ghall-habta tat-tlieta". - Ghajta ta’ dieqa kbira, izda mhux ta’ disperazzjoni. Dan l-ilment mehud mill-Iskrittura hu talba lil Alla u jigi segwit, fis-Salm, mill-assigurazzjoni ferrihija tat-trijonf ahhari.
27, 47 Lil Elija qieghed isejjah dan: loghob ikreh bil-kliem, imsejjes fuq il-mistennija ta’ Elija bhala prekursur tal-Messija (ara 17, 10-13+) jew fuq it-twemmin lhudi li huwa jinzel jghin lill-gusti meta jkunu fil-bzonn.
27, 48 hall: xarba b’toghma aciduza li kienu jixorbu s-suldati Rumani. X’aktarx li dan kien isir b’turija ta’ hniena (ara Gw 19, 28w); is-sinottici qisuh bhal xi haga qarsa (Lq 23, 36) u ddeskrivewh bi kliem li jixbah dawk ta’ S 69, 22.
27, 51 tas-santwarju: din kienet purtiera li kienet taghlaq il-Post Qaddis (jew santwarju) fit-tempju, iktar mill-velu li kien jifred il-Post Qaddis minn Post il-Qaddis, jew sanctum sanctorum (ara Ez 26, 31w). Flimkien ma’ Lhud 9, 12; 10, 20, it-tradizzjoni nisranija dejjem rat f’din it-ticrita tal-velu it-tnehhija tal-kult qadim ta’ Mose` u dhul, miftuh minn Kristu, ghal go s-santwarju eskatologiku. - l-art... il-blat... l-oqbra: dawn il-wirjiet straordinarji, bhad-dalma qabel tal-v 45, kienu mhabbra mill-profeti bhala sinjali karatteristici ta’ "Jum il-Mulej" (ara Gham 8, 9+).
27, 52 1 Pt 3, 19+
27, 52 qamu: dan il-qawmien tal-gusti tat-TQ hu sinjal taz-zmien eskatologiku (Is 26,19; Ezek 37; Dan 12, 2). Mehlusin minn Hades permezz tal-mewt ta’ Kristu (ara Mt 16, 18+), qeghdin jistennew il-qawmien tieghu biex jidhlu mieghu fil-belt il-qaddisa, Gerusalemm tas-sema (Apk 21, 2.10; 22, 19), kif kienu diga` fehmu xi Patres antiki. Hawn ghandna wahda mill-espressjonijiet tal-fidi ewlenin dwar il-helsien tal-mejtin miksub bl-inzul ta’ Kristu fl-inferi (ara 1 Pt 3, 19+).
27, 54 Mk 15, 39+ Mt 4, 3+
Id-difna (27, 57-61)
27, 59 Lizar "nadif" u qabar "gdid" jishqu fuq il-hniena murija fid-difna.
27, 60 qabar gdid: dan kien possibbli ghax il-gisem ta’ bniedem torturat ma setghax jitqieghed f’qabar fejn diga` kien hemm igsma ohra, ghax dan kien jipprofana l-ghadam tal-gusti.
27, 60 Is 53, 9+
L-ghases mal-qabar (27, 62-66)
27, 62 Jum it-Thejjija: grg. paraskeve. Dan il-jum kien jahbat il-Gimgha, il-gurnata meta kienu jsiru t-thejjijiet ghas-Sibt (ara Gw 19, 14+). Dwar il-problema tal-kronologija, ara Mt 26, 17+.
27, 63 Atti 10, 40+
27, 65 Ghandkom l-ghassa: litt.; tr. "ghandkom l-ghassiesa taghkom". Jew inkella: "inqdew bl-ghases taghkom" (ara Lq 22, 4+) jew "jien se nqieghed ghassa ghad-dispozizzjoni taghkom" (ara Gw 18, 3).
Il-qabar battal. Il-bxara ta’ l-anglu (28, 1-8)
28
28, 1 Meta ghadda s-Sibt: mhux "fil-ghaxija tas-Sibt"; vulg.: Vespere autem sabbati. - Billi s-Sibt kien jum il-mistrieh, "l-ewwel jum tal-gimgha" kien ghal-lhud jikkorrispondi ghall-"Hadd" taghna (Apk 1, 10), dominica, "jum il-Mulej", hekk imsejjah b’tifkira tal-qawmien mill-imwiet (ara Atti 20, 7+; 1 Kor 16, 2). - Marija l-ohra: din hi Marija omm Gakbu" (Mk 16, 1; Lq 24, 10; ara Mt 27, 56 u 61). - jaraw: billi l-qabar kien sigillat u mghasses, in-nisa ma jahsbux f’li jidilku l-gisem ta’ Gesu`, bhalma hemm f’Mk u Lq, izda jridu biss "jaraw" il-qabar.28, 2 Mt 27, 51+ Mt 1, 20+
28, 6 kien qieghed: tr. "kien mimdud", "kien qieghed il-Mulej", "kien qieghed Gesu`" u "kien qieghed il-gisem ta’ Gesu`".
28, 8 Dawn telqu malajr minn hdejn il-qabar: kodici Beza (VI seklu) jgib "Hekk kif hargu bil-ghagla ’l barra mill-qabar", litt. "monument" (ara Mk 16, 8).
Id-dehra lin-nisa twajba (28, 9-10)
28, 10 Jekk l-erba’ vangeli jaqblu f’li jattribwixxu d-dehra ta’ l-anglu (jew l-angli) lin-nisa (Mt 28, 5-7; Mk 16, 5-7; Lq 24, 4-7; Gw 20, 13), pero` ma jaqblux dwar id-dehriet ta’ Gesu` nnifsu. Minbarra Mk, li l-gheluq ghal gharrieda tieghu igib mieghu problema specjali (ara Mk 16, 8+) filwaqt li t-"tmiem twil" jirrikapitola dak li jghidu l-vangeli l-ohra, f’kollha kemm huma naraw distinzjoni b’accent litterarju u dottrinali bejn: 1. dehriet privati li kienu jservu biex tabilhaqq juru li l-qawmien mill-mewt kien sehh: lil Marija ta’ Magdala, wahidha (Gw 20, 14-17; ara Mk 16, 9), msiehba (Mt 28, 9w); lid-dixxipli ta’ Emmaws (Lq 24, 13-32; ara Mk 16, 12); lil Xmun (Lq 24, 34); lil Tumas (Gw 20, 26-29); 2. dehra kollettiva b’missjoni appostolika (Mt 28, 16-20; Lq 24, 36-49; Gw 20, 19-23; ara Mk 16, 14-18). Ta’ min jinnota, min-naha l-ohra, zewg tradizzjonijiet dwar il-lokalita`: fil-Galilija biss (Mk 16, 7; Mt 28, 10.16-20); fil-Lhudija biss (Lq u Gw 20); Gw 21 izid, bhal f’appendici, dehra fil-Galilija li, minbarra li ghandha xorta privata (fuqkollox ghal Pietru u Gwanni), hemm imsiehba maghha missjoni (ghal Pietru). Il-kerigma l-qadim, li Pawlu jirreferi ghalih f’1 Kor 15, 3-7, jghodd hames dehriet (li maghhom tizdied id-dehra lil Pawlu nnifsu); dawn ma jistghux jitqabblu facilment mar-rakkonti evangelici; Pawlu jsemmi b’mod partikolari dehra lil Gakbu li hi rakkontata wkoll fil-Vangelu tal-Lhud. F’dawn ir-rakkonti tinduna li hemm tradizzjonijiet differenti, li jitnisslu minn gruppi diversi li ma tistax tippreciza fuqhom. Izda l-istess differenzi ta’ bejnithom jixhdu, ahjar milli f’uniformita` mibnija artificjalment, ix-xorta antika u storika ta’ dan l-ghadd ta’ wirjiet ta’ Kristu mqajjem mill-mewt.
Tmeghir tal-kapijiet tal-lhud (28, 11-15)
Id-dehra fil-Galilija u l-missjoni universali (28, 16-20)
28, 17 Mt 8, 10+
28, 17 ghalkemm xi whud iddubitaw: tr. "huma li kienu ddubitaw". - Dwar dan it-thassib, li Mt kellu jsemmi hawn billi ma kienx irrakkonta dehra ohra lid-dixxipli, ara Mk 16, 11.14; Lq 24, 11.41; Gw 20, 24-29.
28, 18 Gw 3, 35+
28, 18 resaq ikellimhom u qalilhom: litt.; tr. "qalilhom". F’dawn l-ahhar taghlimiet ta’ Gesu`, bil-weghda li tigi warajhom, insibu migbura fil-qosor x’inhi l-missjoni tal-Knisja appostolika. Kristu glorifikat ihaddem fuq l-art, l-istess bhalma jaghmel fis-sema (6, 10; ara Gw 17, 2; Fil 2, 10; Apk 12, 10), is-setgha bla limiti (Mt 7, 29; 9, 6; 21, 23; ecc), li huwa rcieva minghand il-Missier (ara Gw 3, 35+). Id-dixxipli tieghu se jhaddmu "mela" din l-istess setgha f’ismu, billi jghammdu u jaghmlu dixxipli fil-fidi. Il-missjoni taghhom hi wahda universali; mhabbra l-ewwel lill-gens ta’ Izrael (10, 5w+; 15, 24), kif kien jehtieg il-pjan divin, is-salvazzjoni ghandha issa tigi offruta lill-gnus kollha (8, 11; 21, 41; 22, 8-10; 24, 14.30w; 25, 32; 26, 13; ara Atti 1, 8+; 13, 5+; Rum 1, 16+). F’din l-opra ta’ konverzjoni universali, tkun kemm tkun wahda twila u kollha tahbit, l-Irxoxt se jibqa’ jghix u jahdem flimkien ma’ dawk li huma tieghu.
28, 19 Atti 2, 38+ Atti 1, 8+
28, 19 fl-isem tal-Missier... : jista’ jkun li din il-formula titnissel, fil-precizjoni taghha, mill-uzu liturgiku li gie stabbilit aktar tard fil-komunita` primittiva. Nafu li l-Atti jitkellmu mill-maghmudija "fl-isem ta’ Gesu`" (Atti 1, 5+; 2, 38+). Iktar tard se tissemma car ir-rabta ta’ l-imghammed mat-tliet persuni tat-Trinita`. Hi liem’hi minn dawn kollha l-varjazzjoni possibbli, ir-rejalta` profonda tibqa’ l-istess wahda. Il-maghmudija terga’ torbot mal-persuna ta’ Gesu` salvatur; issa l-opra ta’ salvazzjoni tieghu kollha tipprocedi mill-imhabba tal-Missier u titwettaq fit-tixrid ta’ l-Ispirtu.
Nisga