Siltiet minn -

Luqa (hawn)

Gwanni

Salmi 58-74

Nisga

L-Evangelju

skond Luqa

Prologu

1 1, 1-4 Dan il-prologu, bi kliem maghzul u b’waqfien mirqum, jixbah lil dak ta’ l-istorici ta’ l-epoka ellenista.

1, 1 Bosta: kelma qawwija. Hawn irridu nifhmu "x’uhud". Dawn ir-rakkonti kienu maghrufa u gew uzati minn Lq (ara introduzzjoni).

1, 2 Atti 1, 8+

1, 4 dwar kull ma tghallimt: jew, x’aktarx, "mit-taghrif li wasallek". F’dan il-kaz, Teofilu ma kienx xi nisrani li ried jissahhah fil-fidi, izda impjegat ta’ grad gholi li kellu jinzamm mgharraf.

I. TWELID U HAJJA MISTOHBIJA

TA’ GWANNI L-BATTISTA U TA’ GESU`

 

1, 5 - 2, 52 Sa kap 3,Lq juza l-grieg-semitiku tas-LXX. Huma bosta r-riferenzi u t-tifkiriet biblici. Ix-xoghol kollu ghandu toghma ta’ qedem. Lq jibni mill-gdid l-atmosfera ta’ l-ambjent tal-"fqajrin" (ara Sof 2, 3+), fejn kienu jghixu l-persunaggi tieghu u mnejn huwa x’aktarx gabar l-aktar taghrif siewi ghalih.

Thabbira tat-twelid ta’ Gwanni l-Battista (1, 5-25)

1, 8 taqsima: kull "taqsima" kienet twettaq is-servizz ghal gimgha shiha (ara 1 Kron 24, 19; 2 Kron 23, 8).

1, 9 halli jahraq l-incens: dan ix-xoghol kien jikkonsisti fit-tlestija ta’ l-imsiebah u l-fwejjah fuq l-artal ta’ l-incens li kien jinsab quddiem il-Post il-Qaddis (ara Ez 30, 6-8). L-offerta ta’ l-incens kienet issir qabel is-sagrificcju ta’ filghodu u wara dak ta’ filghaxija.

1, 11 Mt 1, 20+

1, 12 Lq ghandu habta jinnota l-wiri ta’ biza’ religjuz: 1, 29w.65; 2, 9w; 4, 36; 5, 8-10.26; 7, 16; 8, 25.35-37. 56; 9, 34.43; 24, 37; Atti 2, 43; 3, 10; 5, 5.11; 10, 4; 19, 17. Ara Ez 20, 20+; Dt 6, 2+; Prov 1, 7+.

1, 13 Gwanni: isem li jfisser "lil Jahwe` joghgbu".

1, 14 Il-kapitli 1-2 qeghdin f’dehwa ta’ ghaxqa w hena (1,28.46.58; 2, 10. Ara 10, 17.20w; 13, 17; 15, 7.32; 19, 6.37; 24, 41.52; Atti 2, 46+; Fil 1, 4+).

1, 15 ma jkun jixrob ebda inbid jew xorb qawwi: dawn il-kliem jitnebbhu minn diversi siltiet tat-TQ, l-aktar in-normi ta’ nazir (ara Num 6, 1+). - jimtela bi spirtu qaddis: f’Lq dawn il-kelmiet ma jfissrux il-milja tal-grazzja santifikanti, izda don profetiku li bih wiehed ilissen kliem imnebbah (1, 41.67; Atti 2, 4; 4, 8.31; 7, 55; 9, 17; 13, 9). Dan l-istess don juri ruhu f’Gwanni b’qabza profetika f’guf ommu.

1, 17 Mt 17, 10-13+

1, 17 Elija: skond Mal 3, 23 kienu jahsbu li r-ritorn ta’ Elija kellu jsehh qabel u jhejji z-zmien messjaniku. Gwanni l-Battista se jkun "Elija li ghandu jigi", ara Mt 17, 10-13; Lq 9, 30.

1, 18 Kif inkun zgur minn dan?: Zakkarija qed jitlob "sinjal" (ara Gen 15, 8; Mh 6, 17; Is 7, 11; 38, 7), madankollu jibqa’ xettiku.

1, 19 Mk 1, 1+

1, 19 nwassallek din il-bxara t-tajba: Tr. "inhabbarlek din il-bxara tajba". Hawn tidher ghall-ewwel darba kelma ghaziza ghal Lq: ghal ghaxar darbiet fil-Vangelu u hmistax-il darba fl-Atti, l-iktar ghar-rigward tal-bxara t-tajba jew il-"vangelu" tas-saltna (ara Mk 1, 1+; Atti 5, 42+; Gal 1, 6+).

1, 20 Mt 8, 10+

1, 22 ma setax ikellimhom: jigifieri biex ilissen il-barka ritwali.

1, 25 l-ghajb: l-isterilita` kienet meqjusa bhala dizunur (Gen 30, 23; 1 Sam 1, 5-8) kif ukoll kastig (2 Sam 6, 23; Hos 9, 11).

It-thabbira ta’ l-anglu (1, 26-38)

1, 26-38 Lq jqieghed bhal f’xi registru l-grajjiet dwar it-twelid ta’ Gwanni u dawk dwar it-twelid u tfulija ta’ Gesu`. Huwa jirrakkonthom skond kif tarahom u tifhimhom Marija, filwaqt li Mt jirrakkonthom skond kif jarahom u jifhimhom Guzeppi.

1, 26 fis-sitt xahar: minn meta gie koncepit Gwanni.

1, 28 Sliem ghalik: Tr. "ifrah". Stedina ghall-ferh messjaniku, eku ta’ l-istedina li l-profeti ghamlu lil bint Sijon li kien ukoll imnebbah mill-migja ta’ Alla f’nofs il-poplu tieghu (ara Is 12, 6; Sof 3, 14w; Goel 2, 21-27; Zak 2, 14; 9, 9). - mimlija bil-grazzja: litt. "int li kont u tibqa’ mfawwra bl-ghozza divina". - Wara mieghek, hemm min izid ukoll: "inti mbierka fost in-nisa", bhal f’1, 42.

1, 30-33 Kliem l-anglu jnebbahna b’diversi siltiet messjanici tat-TQ.

1, 31 Is 7, 14+ Mt 1, 21+

1, 33 2 Sam 7, 1+ Mt 9, 27+

1, 34 Il-"vergni" Marija hi biss "mgharrsa" (ara v 27; tr. "gharusa") u ma ghandha ebda rabta ta’ zwieg (fis-sens semitiku li "taghraf", ara Gen 4, 1, ecc). - Dan il-fatt, li jidher bil-maqlub tat-tahbira fil-vv 31-33, jintroduci t-tifsira ghal v 35. Skond x’uhud, ebda haga fit-test ma timponi l-idea ta’ xi vot ta’ verginita`. Ohrajn, min-naha l-ohra, jahsbu f’vot ta’ verginita`, kif jixraq ahjar fil-kuntest kollu tar-rakkont.

1, 35 Mk 1, 24+ Atti 3, 14+ Mt 4, 3+

1, 35 tixhet id-dell taghha: Tr. "tiehdok taht id-dell taghha". Dawn il-kelmiet jfakkru sew fis-shaba li tiddi, sinjal tal-prezenza ta’ Jahwe` (ara Ez 13, 22+; 19, 16+; 24, 16+), sew fil-gwenhajn ta’ l-ghasfur, simbolu tal-qawwa protettrici (S 17, 8; 57, 2; 140, 8) u hallieqa (Gen 1, 2) ta’ Alla. Qabbel Lq 9, 34p. Fit-tnissil ta’ Gesu`, kollox gej mill-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Iz-zjara lil Elizabetta (1, 39-45)

1, 39 f’belt tal-Lhudija: illum iktar identifikata ma’ Ghajn-Karim, 6 km. fil-punent ta’ Gerusalemm.

1, 43 Mulej: titolu divin ta’ Gesu` mqajjem mill-mewt (Atti 2, 36+, Fil 2, 11+), li Lq jattribwih sa minn qabel matul il-hajja fuq din l-art iktar milli jaghmlu Mt u Mk (7, 13; 10, 1.39.41; 11, 39, ecc).

1, 45 l-Mulej: Alla. - Jew inkella: "Hienja int li emmint, ghax se jitwettaq dak li gie mwieghed lilek mill-Mulej".

Magnificat (1, 46-56)

1, 46 Marija: mhux "Elizabetta" (varjanti minghajr hafna appogg: Irinew, ecc). - Il-kantiku ta’ Marija hu mnebbah mill-kantiku ta’ Anna (1 Sam 1, 1-10) u minn bosta siltiet ohra tat-TQ. Minbarra l-access litterarju ewlieni enfasizzat mir-riferenzi marginali, ninnotaw iz-zeg temi l-kbar: 1. tal-fqar u taz-zghar mghejjunin bis-sahha ta’ l-ghonja u tas-setghana (Sof 2, 3+, ara Mt 5, 3+); 2. ta’ Izrael li jgawdi l-ghozza divina (ara Dt 7, 6+, ecc), wara l-weghda li saret lil Abraham (Gen 15, 1+; 17, 1+). Lq kellu jsib dan il-kantiku fl-ambjent tal-"fqajrin", fejn x’aktarx gie asttribwit ghal bint Sijon: huwa kien jara bhala konvenjenti iqeghdu fuq xofftejn Marija, billi jdahhlu fir-rakkont tieghu bil-proza.

1, 56 Marija x’aktarx li li baqghet qrib Elizabetta sat-twelid u c-cirkoncizjoni ta’ Gwanni. Lq jibqa’ ghaddej fuq din it-tema qabel ma jghaddi ghal ohra (ara 1, 64-67; 3, 19w; 8, 37w).

It-twelid ta’ Gwanni l-Battista u z-zjajjar tal-qraba (1, 57-58)

1, 58 Lq 1, 14+

Ic-cirkoncizjoni ta’ Gwanni l-Battista (1, 59-66)

1, 59 Gen 17, 10+

1, 59 Skond ma kien isir, isem it-tarbija kien jinghatalha fl-okkazjoni tac-cirkoncizjoni (ara 2, 21).

1, 62 Li tkun trux hafna drabi kien ifisser li tkun ukoll mutu u l-istess kelma grg. kofos tista’ tfisser sew "trux" (7, 22) sew "mutu" (11, 14).

1, 64 Lq 2, 20+ Lq 1, 12+

1, 66 Lq 1, 10+

1, 66 id il-Mulej kienet mieghu: jigifieri kienet tipprotegih: kelmiet biblici (1 Kron 4, 10; Atti 11, 21).

Benedictus (1, 67-79)

1, 67-79 Bhal fil-Magnificat, il-kantiku tal-Benedictus hu xoghol poetiku li Lq silet minn band’ohra u qieghed fuq xofftejn Zakkarija biz-zjieda tal-vv 76-77 biex jadattah ghac-cirkostanza. Huwa ma dahhlux fir-rakkont bil-proza (v 64), izda fi tmiemu.

1, 67 beda jhabbar: fis-sens shih tal-kelma; billi jekk l-ewwel parti (vv 68-75) hi innu ta’ radd il-hajr, it-tieni (vv 76-79) hi dehra tal-gejjieni.

1, 68 gie jzur: bhal ta’ sikwit fit-TQ (Ez 3, 16+), iz-zjara ta’ Alla, fit-TG, tiftiehem f’sens favorevoli (1, 78; 7, 16; 19, 44; 1 Pt 2, 12).

1, 69 qawwa ta’ salvazzjoni: Tr. "salvazzjoni qawwija": litt. "qarn ta’ salvazzjoni" (ara S 75, 5+).

1, 76 Mt 16, 14+

1, 76 Mulej: jigifieri Alla, bhal f’1, 16-17, mhux il-Messija.

1, 77 Lq jiddeskrivi r-rwol tal-prekursur li jsejjes fuq it-test li kienu tradizzjonalment applikati ghalih (ara 3, 4p; 7, 27p) u l-messagg tieghu skond dak ta’ l-appostli fl-Atti (ara Atti 2, 38; 5, 31; 10, 43; 13, 38; 26, 18).

1, 78 Mal 3, 20+ Gw 8, 12+

1, 78 mill-qalb hanina: litt. "mill-gewwieni ta’ hniena" (ara Kol 3, 12). - jigi jzurna: Tr. "gie jzurna". - bhax-xemx tielgha: anatole; tr. "bhall-kewkba"; it-titolu tal-Messija, kewkba li ggib maghha d-dawl (ara Num 24, 17; Mal 3, 20; Is 60, 1) u rimja li tohrog minn gherq David (ara Ger 23, 5; 33, 15; Zak 3, 8; 6, 12).

1, 79 Ger 6, 14+ Is 11, 6+

Il-hajja mohbija ta’ Gwanni l-Battista (1, 80)

1, 80 It-tifel kiber u ssahhah f’ruhu: tip ta’ ritornell (2, 40.52; ara 1, 66); qabbel ma’ Atti 2, 41+; 6, 7+.

It-twelid ta’ Gesu` u z-zjara tar-rghajja (2, 1-20)

2 2, 1 Cesari Awgustu: imperatur ruman mis-sena 30 QK sas-sena 14 WK.

2, 2 Dan kien l-ewwel censiment: jissejjah hekk ghax warajh gew ohrajn. It-traduzzjoni li xi daqqiet tigi proposta: "Dan ic-censiment gie qabel dak li ghamel Kirinu meta kien gvernatur tas-Sirja", ftit triegi f’dik li hi grammatika. Ic-cirkostanzi storici xejn m’huma cari. Il-bicca l-kbira tal-kritici jqeghdu c-censiment ta’ Kirinu fis-sena 6 WK, billi pero` jserrhu fuq l-awtorita` ta’ Guzeppi Flavju, li hawn nittrattaw b’hafna kawtela (ara Atti, 5, 37+). Huwa iktar verosimili li dan ic-censiment (imniedi minhabba fit-tqassim mill-gdid tat-territorju ghall-gbir tat-taxxi) kien sar qrib is-snin 8-6 QK, b’rabta ma’ censiment generali ta’ l-imperu u li kien gie organizzat fil-Palestina minn Kirinu, imqabbad ghaldaqstant b’missjoni specjali. Billi huwa x’aktarx li kien gvernatur tas-Sirja bejn is-snin 4 u 1 QK, kliem Lq jitfissru bhala fil-qrib hafna ta’ dan kollu. Gesu` zgur li twieled qabel mewt Erodi (4 QK), x’aktarx daqshekk kmieni sa mis-snin 8-6. L-"era kristjana", kif stabbilita minn Dijonigi z-Zghir (VI seklu), hi msejsa fuq kalkolu zbaljat (ara 3, 1+).

2, 7 l-ewwel iben: jew "primogenitu", kelma bil-grg. bibliku li ma twassalx tabilfors ghall-hsieb li kien hemm tfal ohra li twieldu wara, izda biss tishaq fuq id-dinjita` u d-drittijiet tat-tfajjel. - lukanda: tr. "ghorfa, kamra": iktar minn lukanda (pandocheion, Lq 10, 34), il-kelma grg. katalyma tista’ tfisser kamra (1 Sam 1, 18; ; 9, 22; Lq 22, 11p), fejn giet alloggata l-familja ta’ Guzeppi. Jekk huwa kellu d-domicilju tieghu f’Betlehem, nifhmu ahjar ghaliex huwa rega’ lura hemmhekk ghac-censiment kif ukoll ghaliex kellu jiehu hemm mieghu lil martu zaghzugha u tqila. In-nieqa tat-tarbija, li kienet il-maxtura tal-bhejjem, x’aktarx li kienet mhaffra gol-hajt ta’ dak l-imkien fqajjar, li kien daqshekk mimli li ma setax jinsab post ahjar fejn setghet tintmedd it-tarbija. Hemm leggenda twajba li poggiet qrib il-maxtura zewg bhejjem (ara Hab 3, 2+; Is 1, 3).

2, 9 Mt 1, 20+ Tob 5, 4+ Ez 24, 16+

2, 10 Lq 1, 12+ Lq 1, 14+

2, 11 li hu l-Messija, l-Mulej: tr. "Kristu l-Mulej": huwa ghalhekk il-Messija l-mistenni; izda hu se jkun "Mulej", titolu riservat b’ghira mit-TQ ghal Alla. Waslet biex tibda era gdida. Ara 1, 43+.

2, 12 Lq 1, 18+ Is 9, 5+

2, 14 sliem... lill-bnedmin li joghgbu lilu: Tr. "sliem... lill-bnedmin li huwa jhobb". Kif tr. bhalissa, "sliem lill-bnedmin ta’ rieda tajba", imsejsa fuq il-vulg., ma jaghtix it-tifsira tas-soltu tal-kelma grg. - Tr. b’mod inqas zgur,"sliem fl-art u, ghall-bnedmin, benevolenza divina".

2, 20 isebbhu u jfahhru lil Alla: tema ghaziza ghal Lq (1, 64; 2, 28.38; 5, 25w; 7, 16; 13, 13; 17, 15.18; 18, 43; 19, 37; 23, 47; 24, 53. Ara Atti 2, 47+).

Cirkoncizjoni ta’ Gesu` (2, 21)

2, 21 Lq 1, 59+ Mt 1, 21+

Prezentazzjoni ta’ Gesu` fit-tempju (2, 22-28)

2, 22 ghall-purifikazzjoni taghhom skond il-Ligi ta’ Mose`: it-tisfija kellha biss issir mill-omm, filwaqt li t-tarbija kellha tigi mifdija. Lq jinnota b’ghozza li l-genituri ta’ Gesu`, bhal dawk ta’ Gwanni, josservaw il-preskrizzjonijiet kollha tal-Ligi. Il-prezentazzjoni tat-tarbija fit-tempju ma kienetx ordnata li ssir, izda haga possibbli (Num 18, 15) u mid-dehra konvenjenti ghal genituri devoti (ara 1 Sam 1, 24-28). Lq jikkoncentra r-rakkont tieghu fuq l-ewwel att kultwali ta’ Gesu`, fil-belt qaddisa li maghha huwa jorbot importanza kbira bhala l-belt fejn sehhet il-grajja ta’ l-Ghid u punt ta’ tluq tal-missjoni nisranija (ara 2, 38+; Atti 1, 4+).

2, 23 Ez 13, 11+

2, 24 par gamiem jew zewg bciecen: din kienet l-offerta tal-fqar.

2, 25 Is 40, 1+

2, 26 Ez 30, 22+

2, 26 l-Messija tal-Mulej: Tr. "Kristu tal-Mulej": huwa dak li Alla dilek biz-zejt (ara Ez 30, 22+), jigifieri kkonsagra ghal missjoni ta’ salvazzjoni: ghalhekk, is-sultan ta’ Izrael, jew princep maghzul minn Jahwe`, u fl-ahhar, b’titolu eminenti, il-Messija li se jwaqqaf is-saltna ta’ Alla.

2, 28 Lq 2, 20+

Nunc Dimittis (2, 29-32)

2, 29-32 In-Nunc Dimittis, b’differenza mill-Magnificat u l-Benedictus, jidher li nkiteb minn Luqa nnifsu, b’ghajnuna partikolari mit-testi ta’ Isaija. Wara l-ewwel tliet vv li jirrigwardaw lil Xmun u l-mewt tieghu li qeghda dejjem toqrob, it-tliet vv l-ohra jiddeskrivu s-salvazzjoni universali li jgib mieghu l-Messija Gesu`: tidwil ghad-dinja pagana li beda sa minn zmien il-poplu l-maghzul u jerga’ lura ghall-glorja tieghu.

2, 32 Gw 8, 12+

Il-profezija ta’ Xmun (2, 33-35)

2, 34 sinjal li jmeruh: ghal Gesu`, il-missjoni ta’ dawl fid-dinja pagana se tkun imsiehba b’ostilita` u persekuzzjonijiet min-naha tal-poplu tieghu (ara Mt 2, 1+).

2, 35 Bint Sijon tassew, Marija se ggorr f’hajjitha id-destin doloruz tal-poplu taghha. Flimkien ma’ binha se tkun fic-centru ta’ din il-kontradizzjoni li fiha l-qlub iridu tabilfors juru ruhhom favur jew kontra Gesu`. Is-simbolu tax-xabla x’aktarx li hu mnebbah minn Ezek 14, 17, jew, ghal xi ohrajn, minn Zak 12, 10.

Il-profezija ta’ Anna (2, 36-38)

2, 36 profetissa: mara kkonsagrata lil Alla li tfisser kull amar tieghu (ara Ez 15, 20; Mh 4, 4; 2 Slat 22, 14). - wara xbubitha: Tr. "minn zmien tfulitha".

2, 38 Lq 2, 20+

2, 38 il-fidwa ta’ Gerusalemm: Tr. "il-helsien ta’ Gerusalemm": jigifieri l-helsien messjaniku tal-poplu l-maghzul (1, 68; 24, 21) kien jinteressa fuqkollox lill-belt kapitali tieghu (ara Is 40, 2; 52, 9; ara wkoll 2 Sam 5, 9+). Gerusalemm ghal Lq tfisser ic-centru predestinat fejn sejra ssehh l-opra ta’ salvazzjoni (9, 31.51.53; 13, 22w; 17, 11; 18, 31; 19, 11; 24, 47-49.52; Atti 1, 8+).

Il-hajja mohbija ta’ Gesu` f’Nazaret (2, 39-40)

2, 40 Lq 1, 80+

Gesu` f’nofs l-ghalliema (2, 41-50)

2, 41 Ez 12, 1+

2, 42 skond id-drawwa ta’ dik il-festa: skond l-original grg. u vulg.

2, 46 Wara tlitt ijiem: Gesu` "misjub mill-gdid" "wara tlitt ijiem" "f’dar Missieru", huma tantiehor sinjali li jipprefiguraw il-grajja ta’ l-Ghid.

2, 49 ghandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri: Tr. "ghandi noqghod f’dar Missieri". Hu kif inhu, Gesu` jrid jafferma, fil-prezenza ta’ Guzeppi (v 48), li ghandu lil Alla bhala Missier (ara 10, 22; 22, 29; Gw 20, 17) u jassumi rabtiet mieghu li jmorru ’l hinn minn dawk tal-familja umana (ara Gw 2, 4). Din hi l-ewwel wirja ta’ l-gharfien tieghu li huwa "l-Iben" (ara Mt 4, 3+).

Tkompli l-hajja mohbija f’Nazaret (2, 51-52)

2, 52 Lq 1, 80+

II. THEJJIJA TAL-MINISTERU TA’ GESU`

Il-predikazzjoni ta’ Gwanni l-Battista (3, 1-18)

3 3, 1 Fis-sena hmistax tal-hakma ta’ Tiberju Cesari: bhal f’1, 5 u 2, 1-3, Lq jistabbilixxi sinkronizmu (taghqid taz-zmien) bejn l-istorja profana u l-grajja tas-salvazzjoni. Tiberju kien is-successur ta’ Awgustu (2, 1) fid-19 ta’ Awissu tas-sena 14 WK. Is-sena hmistax ghalhekk tghodd mid-19 ta’ Awissu tas-sena 28 sad-19 ta’ Awissu tas-sena 29, jew, skond il-mod kif jinghaddu s-snin tas-saltna li kien isehh fis-Sirja, minn Settembru-Ottubru tas-sena 27 sa Settembru-Ottubru tas-sena 28. Gesu` ghandu ghalhekk mill-anqas 33 sena, jista’ jkun ukoll 35 jew 36. L-indikazzjoni tal-v 23 hi wahda approssimattiva u x’aktarx tishaq li Gesu` ghandu l-eta` mehtiega biex jibda jwettaq missjoni pubblika. L-"era kristjana" (stabbilita minn Dijonigi z-Zghir fis-VI seklu) gejja mill-fatt li l-ghadd ta’ 30 sena ttiehed f’sens dejjaq: id-29 sena li Gesu` kellu, mnaqqsin mis-sena 782 ta’ Ruma (il-XV il-sena ta’ Tiberju), taw is-sena 753 bhala l-bidu ta’ l-era taghna. - Ponzju Pilatu: prokuratur tal-Lhudija (u ta’ l-Idumija u tas-Samarija) mis-sena 26 sa 36 WK. - Erodi: Erodi Antipa, bin Erodi l-Kbir u Maltace, tetrarka tal-Galilija (u tal-Perija) mis-sena 4 QK sas-sena 39 WK. - Filippu, bin Erodi l-Kbir u Kleopatra, tetrarka mis-sena 4 QK sas-sena 34 WK. - Lisanja: maghruf minn zewg iskrizzjonijiet. - Abileni kienet tinsab fl-Antilibanu.

3, 2 Anna u Kajfa: il-qassis il-kbir li kien jokkupa l-post kien jismu Guzeppi, maghruf ukoll bhala Kajfa, li kellu l-pontifikat mis-sena 18 sa 36 u kellu rwol fejn il-fehma tieghu kienet teghleb sew ’l dik ta’ l-ohrajn fil-kumplott kontra Gesu` (ara Mt 26, 3; Gw 11, 49; 18, 14). Anna, li kien hatnu, u li kien il-qassis il-kbir ben is-sena 6 (?) u 15, huwa assocjat mieghu u barra minn hekk jinsab fl-ewwel post (ara Atti 4, 6 u Gw 18, 13.24) bhal wiehed li kien igawdi daqstant prestigju li kien hu nnifsu fil-fatt il-qassis il-kbir.

3, 3 Mt 3, 2+

3, 4-6 Lq jtawwal iktar minn Mt u Mk is-silta mehuda minn Isaija biex jasal sat-thabbira tas-salvazzjoni tal-gnus kollha.

3, 10-14 Dawn il-vv, li kiteb proprju Lq, jishqu fuq l-element pozittiv u uman tal-messagg ta’ Gwanni. Ebda bniedem mhu se jithalla barra mis-salvazzjoni minhabba xoghlu; li hu mehtieg hu li wiehed jimxi b’mod gust u juri mhabba lejn l-ohrajn.

3, 11 Lq 12, 33+

3, 12 Mt 5, 46+

3, 18 Lq hawn itemm dak li jirrigwarda l-ministeru ta’ Gwanni, qabel ma jghaddi ghal Gesu` (ara 1, 56+). Wara dan, huwa jaghmel biss riferenza qasira ghall-mewt tal-prekursur (9, 7-9).

Gwanni l-Battista fil-habs (3, 19-20)

Il-maghmudija ta’ Gesu` (3, 21-22)

3, 21 waqt li kien qieghed jitlob: it-talb ta’ Gesu` hu tema ghaziza ghal Lq (ara 5, 16; 6, 12; 9, 18.28w; 11, 1; 22, 41; ara Mt 14, 23+).

3, 22 Inti Ibni l-ghaziz: fik sibt l-ghaxqa tieghi: il-varjanti "l-ghaziz: fik sibt l-ghaxqa tieghi" (ara Mt 3, 17) mindaqqiet imhollija barra, hi mahsuba bhala li qieghda hemm f’armonizzazzjoni ma’ Mt u Mk. Wara "Ibni" hemm min jippreferi jdahhal: "int, jien illum nissiltek" (ara S 2, 7, il-kodici Beza u bosta Patres). Wisq probabbli li l-kontenut originali tal-lehen gej mis-sema li hemm f’Lq ma jirriferix ghal Is 42 bhalma jaghmel f’Mt u Mk, izda ghas-S 2, 7: iktar milli jaghraf f’Gesu` lill-"qaddej", jipprezentah bhala s-Sultan-Messija tas-salm, li gie insedjat fuq it-tron tieghu fil-maghmudija biex hekk jistabbilixxi s-saltna ta’ Alla fid-dinja.

Nisel Gesu` (3, 23-38)

3, 23-28 Il-genealogija skond Lq li tmur iktar lura minn Abraham u titla’ sa Adam, taghti bixra iktar universalista minn dik skond Mt. Gesu`, nisel Adam u bhalu minghajr missier fuq din l-art (1, 35), iniedi razza umana gdida; x’aktarx li Lq, bhala dixxiplu ta’ Pawlu, kien qed jahseb f’Adam il-gdid (Rum 5, 12+). Dwar ir-rabtiet mal-genealogija ta’ Mt, ara Mt 1, 1+.

It-tigrib fid-dezert (4, 1-12)

4 4, 1-13 Lq jghaqqad fir-rakkont tieghu t-taghrif ta’ Mk (erbghin jum ta’ tigrib) ma’ dawk ta’ Mt (tliet tentazzjonijiet fi tmiem erbghin jum sawm). Jibdel l-ordni li hemm f’Mt hekk li jispicca b’Gerusalemm (ara Lq 2, 38+). Dwar l-ghamla ta’ din it-tentazzjoni, ara Mt 4, 1+.

4, 1 bl-Ispirtu s-Santu: l-interess partikolari li Luqa ghandu ghall-Ispirtu s-Santu ma jurix ruhu biss fl-ewwel zewg kapitli (1, 15.35.41.67.80; 2, 25.26.27), izda wkoll fil-kumplament ta’ l-Evangelju tieghu, fejn isemmih iktar drabi mis-Sinottici l-ohra (4, 1.14.18; 10, 21; 11, 13). Huwa jitkellem ta’ spiss dwaru wkoll fl-Atti ta’ l-Appostli (Atti 1, 8+. Ara Mt 4, 1+).

4, 6 Meta x-xitan dahhal fid-dinja d-dnub u l-mewt, bhala konsegwenza tieghu (Gherf 2, 24+; Rum 5, 12+), huwa ghamel lill-bniedem ilsir tat-tirannija tieghu (Mt 8, 29+; Gal 4, 3+; Kol 2, 8+); huwa waqqaf fid-dinja, u sar il-"princep" taghha (Gw 12, 31+), saltna li Gesu` gie jeqred permezz tal-"fidwa" (Mt 20, 28+; Rum 3, 24+; 6, 15+; Kol 1, 13-14; 2, 15+. Ara iktar Efes 2, 1-6; 6, 12+; Gw 3, 35+; 1 Gw 2, 14; Apk 13, 1-18; 19, 19-21).

III. IL-MINISTERU TA’ GESU` FIL-GALILIJA

Gesu` jniedi l-predikazzjoni (4, 14-15)

4, 14 Mt 3, 16+

4, 14 l-fama tieghu xterdet ma’ dawk l-inhawi kollha: ritornell ta’ Luqa (4, 37; 5, 15; 7, 17; ara r-ritornelli simili f’Atti 2, 41+; 6, 7; Lq 1, 80+).

4, 15 fost it-tifhir ta’ kulhadd: Gesu` li jigi ammirat u mfahhar minn kulhadd hi tema ohra ghaziza ghal Luqa (4, 22; 8, 25; 9, 43; 11, 27; 13, 17; 19, 48), marbuta mar-ritornell ta’ qabel (4, 14+) u mat-temi tat-tifhir lill-Alla (2, 20+) u tal-biza’ religjuz (1, 12+).

Gesu` f’Nazaret (4, 16-30)

4, 16-30 Dan ir-rakkont jahsadna ghall-mod ta’ l-ghageb li bih daret il-gemgha, li ghaddiet mill-istghagib (v 22a) ghall-korla (v 22b, 28w). Din l-anomalija x’aktarx li tohrog minn evoluzzjoni litterarja. L-ewwel silta kienet tirrakkonta z-zjara f’sinagoga bi predikazzjoni li ghandha bhala kuruna s-success, fil-bidu tal-ministeru (ara Mk 1, 21w) f’Nazaret (ara Mt 4, 13 fejn hemm Nazara` bhal f’Lq 4, 16). Wara li dan ir-rakkont rega’ insilet u zdiedu mieghu hwejjeg ohra, rega’ iktar tard tqieghed fil-hajja ta’ Gesu` (Mt 13, 53-58; Mk 6, 1-6), biex jishaq fuq kemm il-poplu ma fehmhux u cahdu wara li qabel kien laqghhu u accettah. Luqa kien jaf jislet, minn dan it-test kompless, silta ta’ l-ghageb li huwa zamm ghall-bidu tal-ministeru bhala xena tal-ftuh li fiha jpingi, f’gabra simbolika, il-missjoni ta’ grazzja ta’ Gesu` u c-chid tal-poplu tieghu.

4, 16 Nazaret: Hemm min igib "Nazara", li hi ghamla mhux komuni kif jinkiteb l-isem "Nazaret" (ara Mt 4, 13). - qam biex jaqra: kull lhudi adult seta’, bl-awtorizzazzjoni tal-kap tas-sinagoga, jaqra pubblikament it-test sagru.

4, 18 Mt 3, 16+ Sof 2, 3+

4, 18 nhabbar il-helsien lill-imjassrin: xi kodicijiet izidu: "ndewwi l-qalb miksura" (ara Is 61, 1; diversi kodicijiet tar-recenzjoni antijokena; Irinew, ecc).

4, 22 Gw 4, 15+

4, 23 dak kollu li smajna li gara f’Kafarnahum: fil-fatt, madankollu, dawn il-mirakli se jigu biss rakkuntati wara z-zjara f’Nazaret (v 33, ecc). Ara wkoll in-nota ghal 4, 16-30.

Gesu` jghallem f’Kafarnahum u jfejjaq wiehed imxajtan (4, 31-37)

4, 34 Mt 8, 29+ Mt 2, 23+

4, 35 Mk 1, 24+ Atti 3, 14+

4, 36 Lq 1, 12+ Mt 8, 29+

4, 37 Lq 4, 14+

Fejqan omm il-mara ta’ Xmun (4, 38-39)

Bosta fejqan (4, 40-41)

4, 40 1 Tim 4, 14+

4, 41 Mt 8, 29+ Mt 4, 3+ Mc 1, 34+

Gesu` jitlaq bil-mohbi minn Kafarnahum u jterraq il-Lhudija (4, 42-44)

4, 44 Mk 1, 38+

4, 44 Lhudija: Mk igib "Galilija", filwaqt li Lq igib "Lhudija" fis-sens ta’ Izrael. Hekk ukoll f’7, 17; 23, 5 (?); Atti 10, 37; 28, 21.

Is-sejha ta’ l-ewwel erba’ dixxipli (5, 1-11)

5 5, 1-11 Luqa gabar flimkien f’dan ir-rakkont: 1. deskrizzjoni tal-postijiet u predikazzjoni ta’ Gesu` (vv 1-3) li jfakkru Mk 4, 1-2 u 1, 16.19; 2. il-grajja ta’ sajda mirakoluza (vv 4-10a) li tixbah dik ta’ Gw 21, 4-11; 3. is-sejha ta’ Xmun (vv 10b-11), li tixbah hafna lil Mk 1, 17.20. Meta Lq jirrakkonta s-sejha ta’ l-ewwel dixxipli wara zmien ta’ taghlim u ta’ mirakli, ried jaghmel iktar verosimili it-twegiba li huma taw minnufih ghal dik is-sejha.

5, 5 Mt 8, 10+

5, 6 Mt 8, 3+

5, 8 Xmun Pietru: attwalment hu biss iktar tard li Gesu` se jzid ma’ isem Xmun dak ta’ Pietru (6, 14). Ghaldaqstant hawn ghandna anticipazzjoni litterarja u ta’ xehta skond Gwanni (bhas-sajda mirakoluza?), billi l-kliem "Xmun Pietru", hlief f’dan il-kaz ta’ Lq u ta’ Mt 16, 16, ma nsibuhx hlief f’Gw (17 il-darba; ara 1, 40; 6, 8.68, ecc; 21, 2.3.7.11).

5, 9 Ez 33, 20+ Lq 1, 12+

5, 10 shab Xmun: "shabhom" tal-v. 7. Jekk Indri` hawn ma jissemmiex, dak ghaliex ikun qieghed fuq id-dghajsa ta’ Xmun (ara l-plural uzat fil-vv 5.6.7), li Luqa jitfa’ l-attenzjoni tieghu kollha fuqu.

5, 11 Lq 12, 33+

Fejqan ta’ wiehed lebbruz (5, 12-16)

5, 14 Mk 1, 34+

5, 15 Lq 4, 14+

5, 16 Lq 3, 21+

Fejqan ta’ wiehed miflug (5, 17-26)

5, 17 kien qieghed jghallem: skond grg.; skond vulg. "kien bilqeghda jghallem". - Il-qawwa tal-Mulej: jigifieri ta’ Alla (ara Atti 2, 22; 10, 38).

5, 19 telghu fuq il-bejt, u nizzluh bil-mitrah b’kollox minn bejn ix-xorok: is-saqaf ta’ ghamla kif tintuza fil-Palestina skond Mk 2, 4 jsir f’Luqa il-bejt ta’ dar griega-rumana.

5, 20 Mt 8, 10+

5, 21 Mt 2, 4+ Mt 3, 7+

5, 21 qabdu jahsbu u jghidu bejnhom u bejn ruhhom: Tr. "bdew jahsbu" u "bdew jiddiskutu u jghidu".

5, 26 Lq 2, 20+ Lq 1, 12+

5, 26 hwejjeg ta’ l-ghageb: Tr. "affarijiet kurjuzi".

Is-sejha ta’ Levi (5, 27-28)

5, 28 Lq 12, 33+

Ikla mal-midinbin ghand Levi (5, 29-32)

5, 29 Mt 5, 46+

5, 30 Mt 3, 7+ Mt 2, 4+ Mt 9, 10+

Tahdita fuq is-sawm (5, 33-39)

5, 34 lill-hbieb ta’ l-gharus: Tr. "lill-mistednin ghat-tieg"; grg. u vulg. igibu "lil ulied l-gharus".

5, 39 L-inbid gdid li Gesu` joffri ma jintghogobx minn min ikun xorob l-inbid qadim tal-Ligi. Din l-ahhar silta, li jgib Lq wahdu, x’aktarx tirrifletti l-esperjenza ta’ l-istess Lq, dixxiplu ta’ Pawlu, li jaf x’inhuma d-diffikultajiet tal-missjoni fost il-lhud (ara Atti 13, 5+).

Is-sbul maqtugh (6, 1-5)

6 6, 4 Ez 25, 23+

6, 5 Hemm ms. li hawnhekk izid kitba interessanti, ghalkemm din x’aktarx li mhix wahda awtentika: "L-istess jum, meta ra lil xi hadd jahdem is-Sibt, qallu: Habiba, imbierek int jekk taf x’inti taghmel, izda jekk ma tafx, mishut int u qed tikser il-Ligi" (test occidentali; ara Mk 2, 27+).

Fejqan tar-ragel b’idu niexfa (6, 6-11)

6, 8 Gw 1, 48+

6, 8 Dak qam u hareg fin-nofs: Tr. "Ir-ragel, wara li qam, qaghad fejn qalulu" u "Dak qam u qaghad bilwieqfa".

6, 11 Lq 11, 53+

L-ghazla tat-Tnax (6, 12-16)

6, 12 Lq 3, 21+

6, 13 appostli: appostlu jfisser "mibghut" jew "baxxar". Diga` maghruf fid-dinja griega u fid-dinja ebrajka (xeliah), din il-kelma dahlet fil-lingwagg nisrani biex tfisser il-missjunarji, "mibghutin" (ara Atti 22, 21+) bhala xhieda ta’ Kristu, ta’ hajtu, mewtu u l-qawmien tieghu (Atti 1, 8+); ghal-ewwel kien ifisser it-Tnax (Mk 3, 14+; din il-kelma hi wahda riservata ghalihom ukoll fl-Atti), izda mbaghad iggebdet sakemm giet tinkludi wkoll cirku iktar wiesgha ta’ dixxipli (ara Rum 1, 1+), li jidhru fl-ewwel post fl-elenki tal-karizmi (ara 1 Kor 12, 28; Efes 4, 11). - Jidher li l-isem ta’ appostlu ma nghatax lill-missjunarji hlief mill-komunita` ewlenija; izda jibqa’ veru l-fatt li kien Gesu` nnifsu li baghat lid-dixxipli tieghu fuq missjoni, l-ewwel fl-irhula tal-Galilija (9, 6) u mbaghad, wara l-qawmien tieghu mill-imwiet, fid-dinja kollha (24, 47; Atti 1, 8; ara Gw 3, 1; 4, 34+).

6, 16 Guda ta’ Gakbu, jew "wild Gakbu", izda li tista’ tiftiehem ukoll: "hu Gakbu" (ara Mt 10, 2+).

Il-folol li jimxu wara Gesu` (6, 17-19)

6, 19 Mk 5, 30+

Kliem ta’ tnedija. Il-Beatitudnijiet (6, 20-23)

6, 20-23 L-ghamla ta’ dan id-diskors hu aqsar milli f’Mt, billi Luqa m’ghamilx fih l-istess zjidiet li ghamel Mt; anzi jnehhi dak li hu ta’ bixra lhudija hafna biex hekk ikun ta’ interess ghall-qarrejja tieghu wkoll (ara Mt 5, 1+). Mt ghandu tmien beatitudnijiet, filwaqt li Lq ghandu erba’ beatitudnijiet u erba’ sahtiet. Dawk ta’ Mt (Mt 5, 3-12+) jiddelinejaw programm ta’ hajja tajba b’weghda ta’ hlas lura fis-sema; dawk ta’ Lq jhabbru l-qlib ta’ taht fuq tas-sitwazzjonijiet li nsibu minn din il-hajja ghal dik tal-gejjieni (ara 16, 25). F’Mt Gesu` juza t-tielet persuna - li l-aktar tintuza fil-kotba ta’ l-Gherf - f’Lq jindirizza direttament lil min ikun qed jisimghu.

Is-sahtiet (6, 24-26)

L-imhabba lejn l-ghadu (6, 27-35)

6, 30 Lq 12, 33+

6, 32 il-midinbin ukoll ihobbu lil min ihobbhom: Tr. "il-midinbin ukoll jaghmlu l-istess".

6, 35 bla ma tistennew xi haga lura: test difficli u traduzzjoni kif wiehed jobsor. Hemm ukoll dawn il-varjanti: "minghajr ma hadd jitlef it-tama (jew: ma titlef it-tama dwar hadd)"; "minghajr qatt ma titlef it-tama".

Hniena u l-ghemil tajjeb (6, 36-38)

6, 38 f’hogorkom: fit-tixmiriet tal-libsa jew tal-mantell, mghollija ’l fuq mill-qadd, li kienu jservu ta’ but jew horga fejn jghabbu l-provvisti (ara Rt 3, 15).

Kif ghandu jintwera z-zelu (6, 39-45)

6, 39 Lq japplika ghad-dixxipli dak li Mt 15, 14 kien jghid dwar il-Farizej. L-istess osservazzjoni ghall-vv. 43-45.

6, 42 halli mbaghad tara sewwa kif tnehhi: Tr. "halli mbaghad tkun tista’ tara sew meta tkun qed tnehhi".

Htiega li nwettqu dak li nisimghu (6, 46-49)

6, 47 Kull min jigi ghandi: kliem li juza Gwanni (ara Gw 6, 35+).

Fejqan tal-qaddej tac-centurjun (7, 1-10)

7 7, 3 xi whud mix-xjuh tal-Lhud: nies maghrufin fil-lokal, li ma nfixkluhomx ma’ l-anzjani ta’ Gerusalemm, membri tas-Sinedriju.

7, 5 Lq 12, 33+

7, 5 ... jghozz il-gens taghna: kien forsi, bhal Kornelju (Atti 10, 1-2+), pagan li jhoss haga wahda mal-gudajizmu.

7, 7 u l-qaddej tieghi jfiq: skond vulg. u ohrajn; tr. "u l-qaddej tieghi jkun imfejjaq".

7, 9 Mt 8, 10+

(s’issa s’hawn)

Nisga