Siltiet minn -
LuqaGwanni (hawn)
Salmi 58-74 NisgaL-Evangelju
skond Gwanni
PROLOGU
1
1, 1 Gw 8, 24+ Gw 10, 30+1, 1 It-TQ kien jaghraf it-tema tal-Kelma ta’ Alla u dik ta’ l-gherf, li jezisti sa minn qabel id-dinja f’Alla (ara Prov 8, 22+; Gherf 7, 22+), li bih inholoq kollox. Il-Verb intbaghat fuq l-art biex jirrivelalna s-sigrieti tar-rieda ta’ Alla. Meta ntemmet il-missjoni tieghu, rega’ lura ghand Alla (Is 55, 10-11; Prov 8, 22-36+; Sir 24, 3-32; Gherf 9, 9-12; ara wkoll, dwar il-hidma tal-hallieq, Gen 1, 3.6. ecc; Is 40, 8.26; 44, 24-28; 48, 13; S 33, 6; Gdt 16, 14; Sir 42, 15; dwar il-missjoni tieghu: Gherf 18, 14-16+; S 107, 20; 147, 15-18). Ukoll ghal S. Gwann (13, 3; 16, 28) il-Verb kien ma’ Alla, jezisti sa minn dejjem ( 1, 1.2; 8, 24+; 10, 30+); gie fid-dinja (1, 9-14; 3, 19; 9, 39; 12, 46; ara Mk 1, 38+), mibghut mill-Missier (3, 17.34; 5, 36.43; 6, 29; 7, 29; 8, 42; 9, 7; 10, 36; 11, 42; 17, 3.25; ara Lq 4, 43), biex iwettaq missjoni (4, 34+), jigifieri li jwassal lid-dinja messagg ta’ salvazzjoni (3, 11+; 1, 33+); imwettqa l-missjoni tieghu, huwa jerga’ lura ghand il-Missier (1, 18; 7, 33; 8, 21; 12, 35; 13, 3; 16, 5; 17, 11.13; 20, 17). Fit-TG kien imiss lil Gwanni li jirrivela bis-shih, ukoll minhabba fl-avveniment ta’ l-inkarnazzjoni (Gw 1, 14+), in-natura personali ta’ din il-Kema (gherf) sussistenti u eterna. Izda din il-personifikazzjoni kienet diga` mhejjija minn siltiet ohra (bhal Lhud 1, 1w; Apk 19, 13; 1 Gw 1, 1w).
1, 3 Kollox bih sar, u xejn ma sar minghajru; kull ma sar: hekk ukoll fil-vulg. Il-kelmiet "kull ma sar" jistghu wkoll ikunu riferiti ghall-v 4 li jmiss: "kull ma sar kellu l-hajja fih".
1, 4 Gw 3, 35+ Gw 3, 11+
1, 4 kellu l-hajja fih: Tr. "Huwa hu l-hajja".
1, 5 Gw 8, 12+
1, 5 imma d-dlam ma ghelbux: Tr. id-dlam "ma laqghux", "ma ikkomprendihx"; "ma setax jilhqu" jew "jaqbdu". Id-dawl (is-sewwa, il-Verb) jahrab mill-qabda tad-dlamijiet (il-hazin, is-setghat tal-hazen, ara 7, 33w; 8, 12+; 8, 21; 12, 31.32; 14, 30; 1 Gw 2, 8.14; 4, 4; 5, 18).
1, 6 Il-vv 6-8 jikkostitwixxu parentesi fuq il-missjoni ta’ Gwanni l-Battista (hekk ukoll 1, 15; ara Mt 3, 1p, ecc).
1, 9 Gw 8, 12+
1, 9 Tr. (f’sens li jixxiebah): "il-Verb kien id-dawl veru, li jdawwal kull bniedem; huwa gie fid-dinja; f’sens divers: "huwa (il-Verb) kien id-dawl veru li jdawwal kull bniedem li jigi fid-dinja" skond vulg. u xi Patres.
1, 10 Id-"dinja" issa tfisser l-univers jew l-art, issa il-gens uman, issa dawk il-bnedmin flimkien li jichdu lil Alla u jippersegwitaw b’mibgheda lil Kristu u d-dixxipli tieghu (7, 7; 15, 18.19; 17, 14). F’dan l-ahhar sens, Gwanni jerga’ jitkellem mill-konfront, li ta’ spiss insibu fil-gudajizmu, bejn "din id-dinja" (8, 23 u ohrajn), imqeghda taht is-setgha tax-xitan (12, 31; 14, 30; 16, 11; 1 Gw 5, 19) u tal-hazen, u "id-dinja taz-zmien li gej", li huwa x’aktarx jindika bil-kliem "hajja ta’ dejjem" (12, 25). Ghalissa, id-dixxipli ghandhom jibqghu fid-dinja (17, 11.14w; ara s-sens peggorattiv ta’ "art" f’Apk 6, 15; 13, 3.8; 14, 3; 17, 2.5.8; ara wkoll Rum 8, 16+).
1, 11 niesu: x’aktarx il-poplu lhudi.
1, 12 Gw 3, 11+
1, 12 li jsiru: Tr. "li jissejhu". - dawk li jemmnu f’ismu: imholli barra minn diversi Patres. Dawk li jemmnu fl-Iben ta’ Alla (3, 15+) jsiru ulied Alla (Mt 5, 9; 6, 9 ecc; Rum 8, 14; Gal 3, 26+; 4, 5+; Gak 1, 27+; 1 Gw 3, 1).
1, 13 Skond il-vulg. u l-bicca l-kbira tax-xhieda; skond il-kodici occidentali (Beza VI seklu) u xi ftit xhieda ohra: "huwa li mhux mid-demm, lanqas mill-gibda tal-gisem, u lanqas mir-rieda tal-bniedem, izda minn Alla kien twieled (tnissel)". Din il-varjanti tirreferi ghat-tnissil sa minn dejjem tal-Verb, izda x’aktarx ukoll ghat-twelid verginali ta’ Gesu` (ara Mt 1, 16.18-23 u Lq 1, 26-38). - mhux bid-demm... anqas mir-rieda tal-bniedem: il-qari originali x’aktarx li hu t-test il-qasir: "la mid-demm lanqas mill-gisem".
1, 14 Ez 25, 8+ Gw 17, 5+ Ez 34, 6+
1, 14 U l-Verb sar bniedem: jew ha l-gisem, fejn il-"gisem" juri l-bniedem fil-kondizzjoni tieghu ta’ dghufija u mortalita` (ara 3, 6; 17, 2; Gen 6, 3; S 56, 5; Is 40, 6). L-uzu ta’ din il-kelma (ara Rum 7, 5+) jaghti importanza lit-twettiq tal-migja ta’ l-Iben fost l-umanita`, li Gwanni l-hin kollu jishaq fuqha. Aktar tard se tintuza l-kelma "inkarnazzjoni" (ara 1 Gw 4, 2; 2 Gw 7; u f’Pawlu, Rum 1, 3; Gal 4, 4; Fil 2, 7; Kol 1, 19). - u ghammar fostna: wara l-prezenza, invizibbli u tal-biza’, ta’ Alla fit-tinda jew fit-tempju tal-patt il-qadim (Ez 25, 8+; ara Num 35, 34), wara l-prezenza spiritwali ta’ l-Gherf f’Izrael permezz tal-Ligi (Sir 24, 7-22; Bar 3, 36 - 4, 4), issegwi, permezz ta’l-inkarnazzjoni tal-Verb, il-prezenza, personali u li tinhass, ta’ Alla fost il-bnedmin. - l-glorja tieghu: il-glorja kienet il-wirja tal-prezenza ta’ Alla (Ez 24, 16+). It-tghammix tal-biza’ tieghu, li ebda hlejqa hajja ma setghet tara (Ez 33, 20+), darba kien mistohbi mis-shaba, issa jinsab mohbi taht l-umanita` tal-Verb imgissem. Il-glorja madankollu tidher, sew fi grajjiet bhat-trasfigurazzjoni (ara Lq 9, 32.35: qeghda hawn issir xi alluzjoni?), sew permezz tal-mirakli, "sinjali" li minnhom jirrizulta li Alla jghammar u jwettaq fi Kristu (2, 11+; 11, 40; ara Ez 14, 24-27 u 15, 7; 16, 7w), sakemm tasal il-wirja shiha tal-qawmien (17, 5+). - grazzja... verita`: ara 1, 17; bi qbil ma’ "grazzja (jew imhabba) u fedelta`" fit-tifsira li Alla jaghti dwaru nnifsu lil Mose` (Ez 34, 6+; ara Hos 2, 16-22).
1, 16 grazzja fuq grazzja: skond vulg: "grazzja ghal grazzja", jigifieri "grazzja li tikkorrispondi ghall-grazzja (li tinsab fl-Iben wahdieni)" jew inkella "grazzja (dik tal-patt il-gdid) minflok grazzja (ohra, jew dik tal-patt il-qadim)".
1, 17 Gw 1, 21+
1, 18 Ez 33, 20+ Gw 3, 11+ Gw 17, 6+
1, 18 l-Iben il-wahdieni: skond vulg. u bosta xhieda ohra; tr. IV seklu ma’ diversi Patres: "(wiehed li hu) Alla Iben il-wahdieni". Gesu` hu l-Iben il-wahdieni (1, 14.18; 3, 16-18), mahbub mill-Missier (15, 9; 17, 23), f’intimita` perfettament reciproka mieghu (10, 30-38+; 14, 10w; 17, 21), fl-gharfien u fl-imhabba (5, 20.30; 10, 15; 14, 31; ara Mt 11, 27p).
IL-MINISTERU TA’ GESU`
1. IT-THABBIRA TA’ L-EKONOMIJA L-GDIDA
A. IL-GIMGHA TAT-TNIDIJA
Ix-xiehda ta’ Gwanni (1, 19-34)
1, 19 l-Lhud: f’Gw, din il-kelma ta’ spiss tfisser dawk l-awtoritajiet religjuzi tal-lhud li kienu ostili ghal Gesu` (ara 2, 18; 5, 10; 7, 13; 9, 22; 18, 12; 19, 38; 20, 19), xi kultant ukoll il-lhud b’mod generali.
1, 21 Mt 17, 10-13+ Mt 16, 14+
1, 21 "Mela min int? Elija?": dwar il-migja lura mistennija ta’ Elija, ara Mal 3, 22w u Mt 17, 10-13. - "Int l-Profeta?": skond dak li hemm f’Dt 18, 18 (ara n-nota), il-lhud kienu jistennew lill-Messija bhal xi Mose` gdid (l-aqwa profeta, ara Num 12, 7+), li kellu jgedded bil-mija ghal kull wiehed mill-ghegubijiet ta’ l-ezodu (ara Gw 3, 14; 6, 14.30w.58; 7, 40.52; 13, 1+; Atti 3, 22w; 7, 20-44; Lhud 3, 1-11; ara wkoll Mt 16, 14+).
1, 23 Mt 3, 3+
1, 26 Mt 3, 6+ Mt 7, 27+
1, 28 f’Betanja, in-naha l-ohra tal-Gordan: differenti minn Betanja ohra li tinsab qrib Gerusalemm (11, 18).
1, 29 Ez 12, 1+ Gw 4, 42+
1, 29 il-Haruf ta’ Alla: wiehed mis-simboli l-kbar tal-kristologija ta’ Gwanni (ara Apk 5, 6.12 ecc). Jghaqqad f’realta` wahda ix-xbieha tal- "qaddej" f’Is 53, li jgorr id-dnub tal-bnedmin u joffri ruhu bhal "haruf ta’ tpattija" (Lev 14), u r-rit tal-haruf ta’ l-Ghid (Ez 12, 1+; ara Gw 19, 36), simbolu tal-fidwa ta’ Izrael (ara Atti 8, 31-35; 1 Kor 5, 7; 1 Pt 1, 18-20).
1, 30 Gw 1, 1+
1, 32 bhal hamiema: x’uhud ihallu barra.
1, 33 Mt 3, 11+
1, 33 dak hu li jghammed bl-Ispirtu s-Santu: dawn il-kelmiet ifissru l-hidma essenzjali tal-Messija (ara 1, 1+), imhabbra mit-TQ (ara Atti 2, 33+): li jgedded il-bnedmin fl-Ispirtu s-Santu. Billi l-Ispirtu qieghed jistrieh fuqu (Is 11, 2; 42, 1), il-Messija jista’ jaghtih lill-bnedmin (maghmudija fl-Ispirtu, ara hawn u Atti 1, 5+), izda biss wara l-qawmien (7, 39; 14, 26+; 16, 7w; 20, 22+; Lq 24, 49; Atti 2). Fil-fatt hu biss wara li se jkun "tgholla" u jkun ghadda ghal ghand il-Missier, li Gesu`, "li gie fil-gisem" (1, 14+), se jkun ghalkollox imlibbes, fil-gisem tieghu glorifikat, bil-qawwa ta’ Alla li taghti l-hajja: mbaghad minn dan il-gisem, bhal minn xi ghajn, l-Ispirtu se jinfirex ghal fuq id-dinja (7, 37-39; 19, 34; ara Rum 5, 5+; ara s-simbolizmu ta’ l-ilma, 4, 1+).
1, 34 l-Iben ta’ Alla: skond vulg; tr. "il-maghzul ta’ Alla" (IV seklu).
L-ewwel dixxipli (1, 35-51)
1, 39 l-ghaxar siegha: litt. li huma l-erbgha ta’ wara nofsinhar. Dan il-partikular jaghti lir-rakkont kollu bixra ta’ xhieda personali.
1, 41 L-ewwel ma ghamel mar isib: skond vulg. u l-bicca l-kbira tax-xhieda; 3 mss. tal-vetus latina u ohrajn igibu: "ma’ sbih il-jum".
1, 42 Mt 16, 18-19+
1, 45 Gw 5, 39+ Gw 1, 21+ Atti 26, 22+ Dt 18, 18+
1, 45 Natanjel: x’aktarx Bartilmew li jissemma’ fis-sinottici (Mt 10, 3p; ara Gw 21, 2).
1, 47 qal ghalih: varjanti jgibu: "dwar Natanjel", jew "(qal) lilu". Xhieda ohra jhallu barra.
1, 48 L-gharfien sopranaturali tal-bnedmin u tal-grajjiet hija wahda mill-karrateristici ta’ Kristu skond Gwanni (ara 2, 24w; 4, 17-19.29; 6, 61.64.71; 13, 1.11.27w; 16, 19.30; 18, 4; 21, 17).
1, 49 l-Iben ta’ Alla: hawn semplici titlu messjaniku, bhal "sultan ta’ Izrael" (ara Mt 4, 3+).
1, 51 Mt 8, 20+
1, 51 Din il-holma ta’ Gakobb (Gen 28, 10-17) ser issehh meta "jitgholla" bin il-bniedem (3, 14+).
It-tieg ta’ Kana (2, 1-12)
2
2, 1 fit-tielet jum: wara l-laqgha li kellu ma’ Filippu u Natanjel; il-Vangelu hekk jiftah b’gimgha shiha li kwazi titqies jum wara l-iehor, u li tintemm bil-wirja tal-glorja ta’ Gesu`. - omm Gesu` kienet hemm: Marija tinsab prezenti ghall-ewwel miraklu li jirrivela l-glorja ta’ Gesu` u, mill-gdid, magenb is-salib (19, 25-27). Bi hsieb wiehed, hemm bosta elementi li jaqblu ma’ xulxin fiz-zewg grajjiet.2, 4 X’hemm bejni u bejnek: litt. "x’hemm ghalija u ghalik?", forma semitika ta’ spiss li nsibu ftit jew wisq ta’ spiss fit-TQ (Mh 11, 12; 2 Sam 16, 10; 19, 23; 1 Slat 17, 18; ecc) u fit-TG (Mt 8, 29; Mk 1, 24; 5, 7; Lq 4, 34; 8, 28). Din il-forma tintuza biex tirribatti xi kelma li titqies bhala wahda zejda, jew ukoll biex turi lil haddiehor li wiehed ma jrid ikollu xejn x’jaqsam mieghu. Huwa biss skond il-kuntest li fih tintuza li nkunu nistghu nghidu x’tifsira sewwasew ghandha. Hawnhekk, Gesu` jqajjem objezzjoni ma’ ommu fis-sens li "is-siegha tieghu ghadha ma waslitx". - mara: tismija mhux tas-soltu li bih iben isejjah lil ommu li nergghu insibu fi 19, 26, fejn it-tifsira tidher f’dawl iehor bhala tfakkira ta’ Gen 3, 15.20: Marija hi Eva l-gdida, "omm il-hajjin". - Is-siegha tieghi: is-"siegha" ta’ Gesu` hija s-siegha tal-glorifikazzjoni tieghu, tar-ritorn tieghu lura fuq il-lemin tal-Missier. Il-Vangelu jimmarka kif din is-siegha tinsab dejjem toqrob (7, 30; 8, 20; 12, 23.27; 13, 1; 17, 1). Stabbilita mill-Missier, din is-siegha ma tistax tingieb ’il quddiem. Il-miraklu maghmul bl-intervent ta’ Marija se jkun madankollu t-thabbira simbolika.
2, 11 Gw 1, 14+
2, 11 Dan li ghamel Gesu`... kien l-ewwel wiehed fost is-sinjali tieghu: litt. "Gesu` ghamel dan il-bidu tas-sinjali". Kull profeta kellu jgib prova ta’ l-awtenticita` tal-missjoni tieghu permezz ta’ "sinjali" jew ghegubijiet mwettqa f’isem Alla (Is 7, 11, ecc; ara Gw 3, 2; 6, 29w; 7, 3.31; 9, 16.33). Kien b’mod partikolari mistenni mill-Messija li jgedded l-ghegubijiet li ghamel Mose` (1, 21+). Gesu` ghalhekk iwettaq "sinjali" biex igieghel lill-bnedmin jemmnu fil-missjoni divina tieghu (2, 11.23; 4, 48-54; 11, 15.42; 12, 37; 3, 11+), ghax "l-opri" tieghu huma xhieda li baghtu Alla (5, 36; 10, 25.37), li l-Missier qieghed fih (10, 30+) bil-qawwa tal-glorja tieghu (1, 14+). Il-Missier innifsu jwettaq dawn l-opri (10, 38; 14, 10). Madankollu, bosta huma dawk li jirroftaw milli jemmnu (3, 12; 5, 38-47; 6, 36.64; 7, 5; 8, 45; 10, 25; 12, 37). Id-dnub taghhom jibqa’ (9, 41; 15, 24; ara Mt 8, 3+).
2, 12 Mt 12, 46+; Atti 1, 15+
B. L-EWWEL GHID
It-tisfija tat-tempju (2, 13-22)
2, 19 Mt 26, 61+
2, 19 Kristu, skond ma jifhmu Gwanni, joghgbu jinqeda’ bi kliem li, minbarra s-sens naturali taghhom (dak biss mifhum minn min ikun qed jiddjaloga mieghu), jkunu jistghu jassumu sens iehor sopranaturali jew figurattiv (ara 2, 21+, tempju; 3, 4+, twelid mill-gdid; 4, 15+, ilma haj; 6, 54+, hobz haj; 7, 35+, tluq; 8, 33+, jasar; 11, 11w, tqajjim mill-irqad; 12, 34+, jitgholla ’l fuq; 13, 9+, hasil; 13, 36w, timxi wara; 14, 22+, juri ruhu). Minn hawn gej li qed jifhmu hazin lil Kristu, u dan hu ta’ okkazjoni ghalih biex jizviluppa t-taghlim tieghu (ara 3, 11+).
2, 20 Mt 12, 6+ Mt 12, 38-40+
2, 20 Il-bini mill-gdid tat-tempju rega’ nbeda fis-sena 19 Q.K. Dan iwassalna biex inqeghdu din il-grajja fl-Ghid tas-sena 28.
2, 21 Gw 1, 14+
2, 21 Il-gisem ta’ Kristu mqajjem mill-mewt se jkun il-qofol tal-kult fl-ispirtu u l-verita` (4, 21w), l-imkien tal-prezenza divina (1, 14), it-tempju spiritwali minn fejn tnixxi l-ghajn ta’ ilma haj (7, 37-39; 19, 34). Huwa wiehed mill-ikbar simboli ta’ Gwanni (ara Apk 21, 22; qabbel S. Pawl, 1 Kor 12, 12+).
2, 22 Gw 14, 26+ Gw 5, 39+
Qghad f’Gerusalemm (2, 23-25)
2, 24 Gw 1, 48+
Kollokju ma’ Nikodemu (3, 1-21)
3
3, 2 Gw 2, 11+3, 3 mill-gdid: skond vulg; tr. "mill-gholi". - s-Saltna ta’ Alla: dan hu l-uniku ezempju fi Gw, flimkien mal-v 5, ta’ din l-espressjoni li daqstant insibu ta’ spiss fis-sinottici (Mt 4, 17+). Minflok "saltna" Gw ghandu l-kliem jixxiebhu "hajja" jew "il-hajja ta’ dejjem".
3, 4 Gw 2, 19+
3, 5 Gw 1, 33+
3, 5 jekk wiehed ma jitwelidx mill-ilma u l-Ispirtu: vulg, vetus latina, u bosta Patres igibu: "jekk wiehed ma jitwelidx mill-gdid". Riferenza ghall-maghmudija u ghall-htiega assoluta taghha (ara Rum 6, 4+).
3, 8 Ir-rih: fil-grg. bhal fl-ebr., l-istess kelma tfisser sew rih sew Spirtu.
3, 11 ahna qeghdin nithaddtu fuq dak li nafu: Kristu ma jitkellimx minn zniedu (7, 17w), jghid x’ra ghand il-Missier (1, 18; 3, 11; 8, 38; ara 8, 24+), iwassal il-kliem u t-taghlim tal-Missier (3, 34; 8, 28; 12, 49w; 14, 24; 17, 8.14), hu il-Verb (1, 1.14). Kelma effikaci: permezz taghha kollhox inhareg mix-xejn (1, 1+), il-mejtin johorgu hajjin minn gol-qabar (11, 43w; 5, 28w), il-bnedmin jinghataw il-hajja mill-gdid (5, 24; 6, 63; 8, 51), imsoffija (15, 3);bir-rigal ta’ l-Ispirtu, il-bidu ta’ l-immortalita` (1, 33+; 20, 22), il-bniedem isir bin Alla (10, 35; 1, 12). Hemm kondizzjoni wahda ghall-bniedem: li jemmen fil-Verb (1, 12), li jibqa’ fih (8, 31; 15, 7; ara Kol 3, 16), li jhares il-Kelma (8, 37; 8, 55; 12, 47; 14, 23; 15, 20; 17, 6), li josserva l-kmandament tieghu ta’ l-imhabba (13, 34+). Izda l-Kelma hi wahda misterjuza (2, 20+), tqila biex tifhimha (6, 60; 7, 36); is-smigh taghha jifred lill-bnedmin (7, 43; 10, 19): x’uhud jemmnu (4, 41; 7, 40w.46; 8, 30), ohrajn jitilqu ’l hemm, bla temma (6, 66), minkejja s-"sinjali" (2, 11+); dan il-Verb li huma ma laqghux se jikkundannhom fl-ahhar jum (12, 48). - x-xhieda: it-tismija li ma taqtax tax-xhieda taghti x-xehta lill-Vangelu skond Gwanni ta’ xi process kbir fil-qorti li hu dejjem ghaddej. Mhabbar mix-xhieda ta’ Gwanni l-Battista (1, 7w.15.19; 3, 26; 5, 33; 10, 41), Gesu` jaghti xhieda ghall-verita` (18, 37), kontra d-dinja (7, 7), ghall-Missier u ghalih innifsu bhala l-mibghut tal-Missier (3, 11.31w; 5, 36; 10, 25; ara Apk 1, 5; 3, 14; 1 Tim 6, 13). Il-Missier, min-naha tieghu, jixhed ghall-Iben (5, 31-37; 8, 18) u hekk l-Ispirtu (15, 26; ara 14, 26; 1 Gw, 5, 6-12; Rum 8, 16). Ma’ dan l-ghadd ta’ xhieda, l-appostli (ara 17, 20) se jzidu dik taghhom (15, 27; 19, 35; Atti 1, 8+ ecc).
3, 12 Il-fidi (ara Mt 8, 10+; Rum 1, 16+) tikkonsisti ghal Gw f’li "tilqa’" lil Gesu` (1, 12; 5, 43), f’li "taghraf" lilu u flimkien mieghu lill-Missier (10, 38; 14, 7); f’li tara fih lill-mibghut u lill-Iben (3, 16-18; 14, 1.10; 17, 8.21-25; 20, 31), f’li timxi lejh (6, 35), f’li "tarah" (6, 36.40; 11, 40; 20, 8.29). Ipprovokata minn sinjali (2, 11+; 4, 53 ecc; 20, 31) u msejsa fuq xhieda (3, 11+; 10, 25 ecc), il-fidi twassal ghall-hajja ta’ dejjem (3, 15+; 5, 25; 10, 26-28+). Titwettaq b’imhabba attiva li thares il-Kelma u l-kmandamenti: Gesu` jiggudika lill-bnedmin minn dan l-atteggjament fondamentali lejh (3, 17-18.36; 5, 19, 44-47).
3, 13 Gw 20, 17+
3, 13 Riferenza ghat-tlugh fis-sema, li se turi l-bidu smewwi ta’ Gesu` u tqeghdu fuq it-tron fil-glorja ta’ Bin il-bniedem.
3, 14 Gw 1, 21+ Gw 12, 32+
3, 14 jehtieg li jkun merfugh Bin il-bniedem: Bin il-bniedem (ara Dan 7, 13+; Mt 8, 20+; 12, 32; 24, 30) ghandu jkun "merfugh", jigi mtella’ fuq is-salib u fl-istess waqt imdahhal mill-gdid fil-glorja tal-Missier (1, 51; 8, 28; 12, 32-34+; 13, 31w). Biex nigu salvati, se jkun jehtieg li "nharsu" lejn Kristu "merfugh" fuq is-salib (Num 21, 8; Zak 12, 10+; Gw 19, 37+), jigifieri li nemmnu li huwa l-Iben il-wahdieni (3, 18; Zak 12, 10). Mbaghad nissaffew bl-ilma hiereg mill-kustat tieghu minfud (Gw 19, 34; Zak 13, 1). It-titlu "Bin il-bniedem" jimmarka f’Gw insistenza cara dwar l-umanita` ta’ Gesu`, filwaqt li tinghata wkoll importanza shiha ghall-origni divina tieghu (3, 13; 6, 62) li taghti ghan lil dawk l-atti li fihom jigu anticipati l-ghemejjel eskatologici tieghu (5, 26-29; 6, 27-53; 9, 35).
3, 15 biex kull min jemmen, fih ikollu l-hajja ta’ dejjem: Tr. "kull min jemmen fih, ikollu" skond xhieda grg. u vulg.; "kull min jemmen ikollu, bih," skond il-kodici alessandrin (V seklu). Alla, il-padrun assolut tal-hajja (Gen 9, 4w; Dt 32, 39; S 36, 10), ghadda d-dominju lill-Iben (5, 21; 10, 18+; 17, 2). L-Iben innifsu hu l-hajja (11, 25; 14, 6). Huwa ghandu l-hajja go fih u jaghtiha ((5, 26) lil dawk li jemmnu fih (1, 4.12; 4, 14; 5, 24; 6, 35; 20, 31). Din il-hajja ghandha bhala simbolu l-ilma (4, 1+) u bhala nutriment il-Kelma (6, 35+). Ta’ sikwit tigi kwalifikata bhala wahda eterna, kelma li turi kwalita` sewwasew divina li tfisser li l-hajja tmur ’l hinn minn dak kollu li hu materjali u jezisti fiz-zmien, f’dimensjoni li tista’ titqies (ara Gen 21, 33; Is 40, 28; S 90, 2; Gherf 5, 15w ecc). Il-hajja titwieghed lil min jemmen (ara 2 Kor 4, 18), izda diga` qeghda tinghatalhom (3, 36; 5, 24; 6, 40.68; 1 Gw 2, 25); se titwettaq fil-qawmien (6, 39w.54; 11, 25w; ara wkoll Mt 7, 14; 18, 8; 19, 16).
3, 17 Gw 1,1+ Gw 4, 42+
3, 18 fl-isem: forma semitika, ghax l-isem joqghod ghall-persuna.
3, 19 Gw 8, 12+
3, 21 min jaghmel is-sewwa: litt. (1 Gw 3, 19+); tr. "min iwettaq is-sewwa".
Ministeru ta’ Gesu` fil-Lhudija
L-ahhar xhieda ta’ Gwanni (3, 22-36)
3, 22 jghammed: maghmudija li ghadha l-istess bhal dik li kien jghammed biha Gwanni l-Battista. Il-maghmudija "fl-Ispirtu" ser tinghata biss wara l-qawmien u glorifikazzjoni ta’ Kristu (ara 1, 33+).
3, 23 Ghajnun ("l-Ghejjun") x’aktarx li kienu, skond it-tradizzjoni, fil-wied tal-Gordan xi ftit kilometri fin-nofs-in-nhar ta’ Xitopoli. Jista’ jkun Ghajn Fara; grg. igib Ainon.
3, 24 Mt 3, 6+
3, 25 fuq ir-rit tal-purifikazzjoni: x’aktarx dwar il-maghmudija. - wiehed Lhudi: skond vulg.; skond papiruu Bodmer 2, kodici sinaj (IV seklu), vetus latina, u xiehda ohra: "xi lhud". Test x’aktarx mibdul. Seta’ kien hemm: "Gesu`" jew "id-dixxipli ta’ Gesu`".
3, 29 Mt 9, 15+
3, 29 Dak li ghandu l-gharusa: ix-xbieha taz-zwieg tigi applikata fit-TQ ghar-relazzjoni bejn Alla u Izrael (Hos 1, 2+). Gesu` ghamel din ix-xbieha tieghu (Mt 9, 15p; 22, 1w; 25, 1w). Pawlu uzaha wkoll (Efes 5, 22; 2 Kor 11, 2). It-tieg tal-haruf (Apk 19, 7; 21, 2) huwa diga` mniedi fil-ferh messjaniku (hawhekk u ara 2, 1-11).
3, 31 minn fuq... fuq kulhadd: jista’ jigi tr.: "fuq kollox". - mis-sema... fuq kulhadd: skond vulg.; papiruu Bodmer 15, kodicijiet tar-IV u VI seklu, vetus latina, u xiehda ohra, ihallu barra: "fuq kulhadd".
3, 34 Gw 1, 1+ Gw 3, 11+
3, 34 jghid il-kliem ta’ Alla, ghax Alla ma jaghtix l-Ispirtu bil-kejl: skond vulg. u testi ohra; bosta xiehda jgibu: "jghid il-kelma ta’ Alla u jaghti l-Ispirtu bla kejl".
3, 35 Skond ir-rieda tal-Missier, kollox qieghed "f’idejh", jigifieri fis-setgha ta’ l-Iben (3, 35; 10, 28w; 13, 3; 17, 2; ara 6, 37-39; Mt 11, 27; 28, 18). Dan hu s-sies tar-regalita` tieghu (12, 13-15; 18, 36w) li huwa se jniedi fil-jum ta’ l-"ezaltazzjoni" tieghu (12, 32+; 19, 19; Atti 2, 33; Efes 4, 8), meta s-saltna tal-Princep ta’ din id-dinja se tintemm (12, 31).
3, 36 Mt 3, 7+
Gesu` ghand is-Samaritani (4, 1-42)
4
4, 1-42 Il-laqgha hdejn il-bir hija tema tal-litteratura patrijarkali (Gen 24, 10w; 29, 1w; Ez 2, 15w). Il bjar u l-imkejjen li jkun fihom l-ilma jistabbilixxu t-triq, kemm ta’ fuq din l-art kemm spiritwali, sew tal-patrijarki u sew tal-poplu li terraq fl-ezodu (Gen 26, 14-22; Ez 15, 22-27; 17, 1-7, ecc). L-ilma hiereg mill-ghajn isir fit-TQ is-simbolu tal-hajja li Alla jaghti, fuqkollox fiz-zminijiet messjanici (Is 12, 3; 55, 1; Ger 2, 13; Ezek 47, 1w; ara S 46, 5 u Zak 14, 8; S 36, 9w; u fit-TG: Apk 7, 16w; 22, 17) jew ukoll ta’ l-Gherf u l-Ligi li jaghtu l-hajja (Prov 13, 14; Sir 15, 3; 24, 23-29). Dawn it-temi jergghu jsibu ruhhom fil-kuntest evangeliku, fejn l-ilma haj isir is-simbolu ta’ l-Ispirtu (ara Gw 7, 37-39; 1, 33+).4, 1 Gesu`: skond vulg., kodicijiet tar-IV u VI sekli u xiehda ohra; tr. "il-Mulej".
4, 2 Mt 3, 6+
4, 5 Sikar: jew Sikem tal-qedem (bl-aramajk Sikhara), jew ir-rahal li hemm bhalissa Askar, fi truf il-muntanja Ebal, ftit ’il boghod mill-"bir ta’ Gakobb". Dan il-bir ma jissemmiex fil-Gen.
4, 6 Gen 48, 21-22+
4, 6 Kien ghall-habta tas-sitt siegha: kelma b’kelma; jigifieri, qrib nofsinhar.
4, 9 il-Lhud ma jithalltux mas-Samaritani: hemm xiehda li jhallu barra dan il-versett. Il-lhud ma kienux jahmlu lis-samaritani (Sir 50, 25w; Gw 8, 48; Lq 9, 52-55; ara Mt 10, 5; Lq 10, 33; 17, 16) u kienu jispjegaw li s-samaritani originaw (2 Slat 17, 24-41) mill-immigrazzjoni furzata ta’ hames popolazzjonijiet pagani, li baqghu parzjalment fidili lejn l-allat taghhom, li l-hamest irgiel tal-v 18 huma simbolu taghhom.
4, 10 Atti 8, 20+
4, 15 Gw 2, 19+
4, 17 Gw 1, 48+
4, 20 Mt 16, 14+ Dt 12, 5+
4, 20 fuq din il-muntanja: il-muntanja Garizim fejn is-samaritani kienu bnew tempju, li jhabbatha ma’ dak ta’ Gerusalemm. Gwanni Ircanus kien qerdu fis-sena 129. - l-post fejn wiehed ghandu jadura lil Alla jinsab f’Gerusalemm: skond vulg. u kwazi x-xiehda kollha; kodici Sinaj (IV seklu) jgib: "f’Gerusalemm ghandek tadura".
4, 23 Gw 2, 21+
4, 23 L-Ispirtu (14, 26+), bidu tat-twelid gdid (3, 5), hu wkoll il-bidu ta’ kult gdid u spiritwali (ara 2, 20-21+ u Rum 1, 9+). Dan il-kult jinsab "fil-verita`": huwa l-uniku wiehed li jikkorrispondi ghar-rivelazzjoni li Alla jaghmel b’Gesu`.
4, 24 dawk li jadurawh: skond vulg., papiru Bodmer (2.14.15) u xiehda ohra; kodicijiet IV u VI sekli, u ms. vetus latina igib: "dawk li jaduraw"; ara 12, 20.
4, 26 Gw 8, 24+
4, 28 regghet dahlet il-belt: skond kwazi x-xiehda kollha u vulg.; xi patres u testi ohra jgibu "griet lejn il-belt".
4, 34 Dt 8, 3+ Gw 1, 1+
4, 34 Pawlu (Rum 8, 3; Gal 4,4) u s-sinottici kienu jikkunsidraw lil Gesu` bhala l-mibghut tal-Missier, izda Gw jishaq fuq dan il-hin kollu (3, 17; 5, 24.36-38; 8, 42; 9, 7; 11, 42; 17, 8.21-25). Kristu gej mill-Missier (3, 31; 6, 46; 7, 29; 8, 42 ecc), jinzel minghand il-Missier (3, 13; 6, 38.42), ilissen kliem il-Missier (3, 34; 7, 16; 8, 26-28; 12, 49w; 14, 24; 17, 8.14), jaghmel ir-rieda tal-Missier, hawn fi Gw, l-opri tal-Missier (9, 4; 10, 32-37; 14, 10). Il-fidi (3, 12+) tikkonsisti f’li taghrfu bhala l-mibghut mill-Missier (7, 28w; 17, 21-25; 19, 9+). L-appostli se jkunu wara msehbin fil-missjoni ta’ l-Iben (13, 20; 17, 18; 20, 21; ara 17, 20+; Atti 1, 26+; 22, 21+; Rum 1, 1+).
4, 35 kif l-ghelieqi bjadu ghall-hsad: il-hsad spiritwali, li tieghu is-samaritani li qed joqorbu (v 30) huma l-ewwel frott tieghu.
4, 38 Il-"hassad" ifiiser l-appostli, il-"bidwi li jizra’" dawk li gew qabilhom, fuqkollox Gesu` nnifsu.
4, 42 Gw 1, 9-10+
4, 42 s-salvatur tad-dinja: u mhux iktar biss is-"sultan ta’ Izrael" (1, 49). L-universalizmu huwa wiehed mis-siltiet karatteristici tal-kitba ta’ Gw (ara 1, 29; 3, 16; 11, 52; 1 Gw 2, 2). Madankollu "is-salvazzjoni tigi mil-Lhud" (4, 22).
Gesu` fil-Galilija (4, 43-45)
4, 44 Mt 16, 14+
It-tieni sinjal li ghamel f’Kana:
il-fejqan ta’ bin impjegat tas-sultan (4, 46-54)
4, 50 Mt 8, 10+
4, 54 Gw 2, 11+
2. IT-TIENI FESTA F’GERUSALEMM
(L-EWWEL RIFJUT TAR-RIVELAZZJONI)
Il-fejqan tal-marid fil-menqgha ta’ Betzata (5, 1-18)
5
5, 1 festa: tr. "il-festa", x’aktarx Penekoste.5, 2 Betzata: tr. "Betesda" ("dar il-hniena"), "Betsajda", "Belzeta". Il-hames logga kienet taqsam l-erba’ logog kwadrati f’zewg bacini fejn kien jingabar l-ilma li mbaghad jintuza fit-tempju. Izda, qrib dawn iz-zewg gwiebi, kienu jinsabu bacini ohra izghar li jaghtu ghal santwarju pagan fejn isir il-fejqan.
5, 3 Fi tmiem dan il-v, vulg. u ohrajn izidu: "ilkoll jistennew it-tharrik ta’ l-ilma". Kien x’kien il-kagun ta’ dan it-tahrik (forsi nixxiegha gejja w sejra ta’ l-ilma?) Gesu` jsejjes lilu nnifsu fuq ic-cirkostanzi li jsib biex jirrivela ruhu bhala min tassew jaghti l-fejqan, min jaghti u jrodd lura il-hajja lill-gisem u lir-ruh (v 14; 3, 15+; ara Gherf 16, 6-13). - Il-v 4 hawnhekk, u skond kodicijiet tar-IV-V seklu, jinsab imholli barra: "Tabilhaqq anglu kien jinzel f’xi waqtiet fil-menqgha u jharrek l-ilma; min mbaghad kien jinzel l-ewwel wara t-tharrik ta’ l-ilma kien ifieq minn kull mard li kien ikollu."
5, 4 Mt 1, 20+
5, 9 Ez 20, 8+
5, 14 Mt 9, 2+
5, 14 Gesu` ma jghidx li l-mard kien gej mid-dnub (ara 9, 2w). Huwa jgharraf lill-midneb li l-grazzja tal-fejqan tieghu kienet timpenjah biex jikkonverti (ara Mt 9, 2-8); li kellu jinsa dan, kien qed jirriskja li jigrilu aghar mill-mard li laqtu. Il-miraklu hu ghalhekk is-"sinjal" ta’ qawmien spiritwali (v 24).
5, 16 Il-konkluzjoni ta’ dan l-episodju tinqara f’7, 19-24.
5, 17 Il-hsieb gudajk kien imxennaq li jghaqqad il-mistrieh ta’ Alla wara l-holqien, mistrieh li l-jum tas-Sibt hu xbieha tieghu (Gen 2, 2w), ma’ l-attivita` kontinwa tieghu fit-tregija tad-dinja. Kienet issir distinzjoni bejn l-attivita` tal-hallieq, lis issa ntemmet, u l-attivita` ta’ l-imhallef, li ma tieqaf qatt. Gesu` jidentifika l-attivita` tieghu ma’ dik ta’ l-imhallef sovran. Minn hawn gej l-ghadab tal-lhud u l-kliem li bih Gesu` jiggustifika l-ghemil tieghu (ara Lq 6, 5 u fuqkollox Mt 12, 1-8, ecc).
Kliem fuq l-opra ta’ l-Iben (5, 19-47)
5, 19-47 Il-kliem li gej jittratta zewg temi: 1. il-Missier ghadda ghalghand l-Iben is-setgha li jaghti l-hajja (vv 19-30); 2. il-Missier ta xhieda ghall-Iben: a) permezz ta’ Gwanni l-Battista; b) permezz ta’ l-opri li jwettaq fih; c) permezz ta’ l-Iskrittura (Mose`, vv 31-47).
5, 20 Gw 3, 35+
5, 22 Atti 10, 42+
5, 22 Il-Missier ma jaghmel haqq minn hadd: ukoll, is-setgha fuq il-hajja u fuq il-mewt hija espressjoni ta’ l-oghla setgha ta’ haqq. - halla f’idejn l-Iben biex jaghmel il-haqq kollu hu: Gesu` se jkun l-oghla mhallef fl-ahhar jum (5, 26-30; 12, 48; ara Mt 25, 31-46; Rum 2, 6+). Dan il-haqq se jirrivela l-ezitu tal-process (ara 3, 11+) mniedi bil-wasla ta’ l-Iben (5, 25; 12, 31). Il-bnedmin se jkunu ggudikati skond il-fidi (3, 12+) moghtija jew michuda lil Gesu` (3, 18-21; 16, 8-11), salvatur ta’ dawk kollha li ma jwarrbuhx (3, 18; 8, 15; 12, 47). It-testi fuq il-"gudizzju" jappartjenu ghal strati redazzjonali diversi: gudizzju eskatologiku, fl-ahhar jum, u gudizzju li jkun diga` sar...
5, 23 Gw 17, 6+
5, 24 Gw 3, 11+
5, 25 l-mejtin: il-mejtin spiritwali.
5, 26 Gw 3, 35+
5, 27 Mt 8, 20+
5, 28 Gw 3, 11+
5, 28 dawk kollha li jkunu fl-oqbra... johorgu: din id-darba qed jitkellem mill-qawmien tal-mejtin fl-ahhar jum (ara Mt 22, 29-32).
5, 30 il-haqq naghmlu fuq dak li nisma’: Gesu` jisma’ ’l Missieru.
5, 32 Hemm haddiehor li jaghti xhieda fuqi: il-Missier. - jiena naf li x-xhieda li jaghti fuqi hu hi minnha: skond recensjoni antjokena u vulg.; tr. "tafu li x-xhieda", u din tirriferi dawn il-kliem ghax-xhieda ta’ Gwanni (v 33).
5, 36 Gw 1, 1+
5, 37 Gw 2, 11+
5, 39 Intom tistudjaw l-Iskrittura: jista’ jigi tr. fl-imperattiv: "skrutaw". - ghax tahsbu li fiha hemm il-hajja ta’ dejjem: l-"Iskrittura" hija ghajn ta’ hajja ghax twasslilna il-Kelma ta’ Alla (ara Dt 4, 1; 8, 1.3; 10, 15-20; 32, 46w; Bar 4, 1; S 119; ecc). - din taghti xhieda ghalija: Gesu` hu l-qofol ta’ l-Iskrittura u l-ghan ahhari li lejh din timxi (ara 1, 45; 2, 22; 5, 39.46; 12, 16.41; 19, 28.36; 20, 9).
5, 43 Mt 24, 5+
5, 44 minghand Alla wahdu: Tr. "mill-Wahdieni".
5, 46 Mt 8, 10+
3. L-GHID TAL-HOBZ TAL-HAJJA
(RIFJUT GDID TAR-RIVELAZZJONI)
It-tkattir tal-hobz (6, 1-15)
6
6, 4 Il-hobz moghti minn Gesu` se jkun l-Ghid il-gdid.6, 14 Gw 1, 21+
6, 15 Mk 1, 34+
6, 15 warrab wahdu: Tr. "harab".
Gesu` jasal ghand id-dixxipli billi jimxi fuq il-bahar (6, 16-21)
6, 20 la tibzghux: x’uhud ihallu barra.
Kliem fis-sinagoga ta’ Kafarnahum (6, 22-66)
6, 22-64 Skond x’uhud, fir-rakkont u kliem li gejjin, iddahhal ukoll kliem dwar l-ewkaristija (6, 51-58: Gesu`, il-veru nutriment permezz tal-gisem u d-demm tieghu; ara 6, 51+). Lil-lhud li jkunu qed jitolbu "sinjal" l-istess bhal bhal dak tal-manna (vv 30-31; ara 1, 21+), Gesu` jwiegeb: bit-taghlim tal-Missier li jien inwassal lill-bnedmin (ara 3, 11+), jien hu l-hobz veru, li wiehed jiehu go fih permezz tal-fidi (v 32w). Il-lhud ma jifhmux (vv 60-66), hlief ghal Pietru u d-dixxipli (vv 67-71). Dwar din it-tema, ara Dt 8, 3; Prov 8, 22-24 u 9, 1-6; Sir 24, 3 u 24, 17-21; Lq 11, 29-32.
6, 23 wara li l-Mulej kien radd il-hajr: skond l-aktar xiehda; x’uhud ihallu barra.
6, 26 Gw 2, 11+
6, 27 Mt 8, 20+
6, 27 bis-sigill tieghu: is-sigill ta’ l-Ispirtu ricevut fil-maghmudija (Mt 3, 16+; ara Rum 4, 11+), hu l-qawwa ta’ Alla biex jitwettqu s-"sinjali" (ara Mt 12, 28; Atti 10, 38; Efes 1, 13; 4, 30; 2 Kor 1, 22).
6, 29 Mt 8, 10+
6, 29 L-opra ta’ Alla: B’kuntrast ma’ l-"opri" tal-lhud, Gesu` jsemmi l-fidi fil-mibghut minn Alla.
6, 30 Gw 1, 21+ Gw 2, 11+
6, 31 Ez 16, 4w+
6, 31 l-manna: il-manna ta’ Ez 16, 1+ kienet titqies bhala n-nutriment tal-poplu messjaniku (S 78, 23w; 105, 40; Gherf 16, 20-22+). L-insara raw fiha xbieha ta’ l-ikla ewkaristika (1 Kor 10, 3-4+). Gesu` hawn jitkellem minnha bhala xbieha ta’ l-ikel veru tal-fidi ( 6, 35-50), il-gisem u d-demm tieghu, nixxiegha ta’ hajja ta’ dejjem (6, 51-58; ara Mt 4, 4; 14, 13-21).
6, 34 Gw 2, 19+
6, 35 Gw 4, 10+
6, 35 Jiena hu: l-espressjoni grg. ego eimi tfakkar l-isem divin rivelat lil Mose` (Ez 3, 14+, ara Gw 8, 24+); izda sew hawnhekk sew f’bosta siltiet ohra, tintroduci wkoll it-tifsira ta’ parabbola esprezza f’gesti jew kliem: hawn Gesu` qed juri lilu nnifsu bhala l-veru hobz, raffigurat mill-manna u mill-hobz li ghadu kemm gie mkattar (ara 6, 41.48.51; 8, 12; 10, 7-11; 11, 25; 15, 1). - Min jigi ghandi ma jiehdu qatt il-guh: bhal l-Gherf (Prov 9, 1w), Gesu` jistiedem lill-bnedmin ghall-ikla. Ghal Gwanni, Gesu` hu l-Gherf ta’ Alla li r-rivelazzjoni biblika kienet ittendi tippersonifika (ara 1, 1+). Din il-konvinzjoni kienet tistrieh fuq it-taghlim ta’ Kristu, kif hemm qabel fis-sinottici (Mt 11, 19; Lq 11, 31p), izda hawn isir bilwisq iktar enfasi` fuqha: l-origni taghha hija wahda misterjuza (Gw 7, 27-29; 8, 14.19; ara Gb 28, 20-28); hu biss jaf x’inhuma l-misteri ta’ Alla u jirrivelhom lill-bnedmin (3, 11w.31w; ara Mt 11, 25-27p; Gherf 9, 13-18; Bar 3, 29-38); huwa l-hobz haj li jaqta’ l-guh (6, 35; ara Prov 9, 1-6; Sir 24, 19-22; Mt 4, 4p; ara Dt 8, 3).
6, 36 Gw 2, 11+
6, 37 min jigi ghandi: li tigi ghand Gesu` jiswa daqs li temmen.
6, 38 Gw 12, 27+
6, 39 Gw 3, 35+
6, 40 kull min jara lill-Iben: li "tara" lill-Iben hu li tiddixxerni u taghraf li huwa tabilhaqq l-Iben il-mibghut mill-Missier (ara 12, 45; 14, 9; 17, 6+).
6, 41 Il-Lghud bdew igergru fuqu: bhal-lhud fid-dezert (ara Ez 16, 2w; 17, 3; Num 11, 1; 14, 27; 1 Kor 10, 10).
6, 46 Ez 33, 20+
6, 51 huwa gismi ghall-hajja tad-dinja: tinftiehem ukoll il-kelma "moghti" jew "kunsinnat" (kif jipprecizaw bosta mss.). Din l-espressjoni konciza tfakkar f’1 Kor 11, 24: "dan huwa gismi moghti ghalikom" (ara Lq 22, 19). Riferenza ghall-Passjoni.
6,53 Gw 1, 14+ Mt 8, 20+
6, 54 Min jiekol gismi u jixrob demmi ghandu l-hajja ta’ dejjem: Gesu` huwa l-veru hobz, bhala l-Kelma ta’ Alla (v 32w) u bhala vittma offruta b’sagrificcju, permezz ta’ gismu w demmu, ghall-hajja tad-dinja (vv 51-58; ara 6, 22+). Il-kelma "gisem" tissuggerixxi ir-rabta li hemm bejn l-ewkaristija u l-inkarnazzjoni: il-bniedem jiekol il-Kelma li sar gisem (1, 14).
6, 56 jibqa’ fija u jiena fih: il-kelmiet "tkun fi" u iktar minn hekk ukoll "tibqa’ fi", b’diversi varjanti fis-suggetti u kliem iehor mizjud, huma karatteristici tal-lingwagg li juza Gwanni. Ir-relazzjoni ta’ prezenza gewwinija, li hekk tesprimi ruhha, tigi bid-deher stabbilita mix-xorta tar-realta` jew tal-persuni involuti: wahda hi dejjem ikbar mill-ohra, fuqkollox jekk din tittratta persuna divina. Dan jigi osservat b’mod partikolari jekk ir-relazzjoni tkun wahda reciproka, bhalma hi hawnhekk (10, 38; 14, 10,20; 15, 4-7; 17, 21-23.26; 1 Gw 2, 24; 3, 24; 4, 12-16).
6, 57 min jiekol lili, hu wkoll jghix bija: l-ewkaristija tikkomunika lill-fidili l-hajja li l-Iben ghandu minghand il-Missier.
6, 58 kielu: hemm zewg zjidiet: "il-manna" jew "fid-dezert". - missirijietkom: skond vulg., bosta mss. grg. u ohrajn; xi kodicijiet tal-vetus latina, sirjak u ohrajn minflok igibu: "missirijietna"; il-kodici vatikan (IV seklu) u l-bicca l-kbira tax-xiehda jgibu: "il-missirijiet".
6, 60 Gw 3, 11+
6, 61 Gw 1, 48+
6, 62 Mt 8, 20+ Gw 12, 32+
6, 63 Gw 1, 33+ Gw 3, 11+
6, 63 Il-kliem li jiena ghedtilkom huwa spirtu u hajja: kliem Gesu` fuq il-hobz tas-sema jirrivelaw realta` divina li hi nixxiegha ta’ hajja ghall-bniedem. Huwa l-Ispirtu biss (ara 1, 33+) li jista’ jaghti l-gharfien (ara 14, 26+).
6, 64 Gw 1, 48+
L-istqarrija ta’ Pietru (6, 67-71)
6, 68 Gw 1, 21+
6, 69 Atti 3, 14+
6, 69 l-Qaddis ta’ Alla: il-mibghut u l-maghzul ta’ Alla, kkonsagrat u haga wahda mieghu b’mod eminenti, il-Messija ((ara 10, 36; 17, 19; Mk 1, 24+). Xiehda ohra jgibu: "inti Kristu, l-Iben ta’ Alla""; jew inkella "Bin Alla l-haj" (ara Mt 16, 16); jew ukoll : "inti Kristu, l-Iben il-qaddis ta’ Alla".
4. IL-FESTA TA’ L-GHEREJJEX
(IR-RIVELAZZJONI L-KBIRA MESSJANIKA.
IR-RIFJUT TOTALI)
Gesu` jitla’ Gerusalemm ghall-festa u jghallem (7, 1-24)
7
7, 1 ma riedx: Tr. "ma setax".7, 2 Ez 23, 14+
7, 3 Gw 2, 11+
7.3 hutu: fis-sens wiesgha ta’ kugini, qraba (Mt 12, 46+). - id-dixxipli tieghek: dawk ta’ Gerusalemm u tal-Lhudija (ara 2, 23; 3, 26; 4, 1).
7, 6 Gw 2, 4+
7, 6 Ghalija... iz-zmien: Tr. "(Ghadu ma wasalx) iz-zmien tieghi", jigifieri: "is-siegha tieghi" (ara 2, 4+).
7, 8 Gw 8, 12+
7, 8 jiena ma nitlax ghaliha: Tr. "jiena ma nitlax ghalissa ghaliha".
7, 12 kien hemm hafna ghajdut fuqu: Tr. "kienu jitkellmu fuqu".
7, 14-52 Din is-silta hi maghmula minn diversi bicciet, ilkoll marbutin flimkien b’tema komuni. Hemm nuqqas ta’ ftehim fuq "nisel" Gesu`: 1. l-origni tieghu umana tahbi lil dik divina: kif jaf dan kollu jekk qatt ma mar skola tar-rabbini? (vv 14-18); jafu tfulitu, ma jistax ikun Kristu (vv 25-30); 2. jahsbu li twieled f’Nazaret, ma jistax ikun Kristu (vv 40-52). - It-tema tat-"tluq" ta’ Gesu` (vv 33-36; ara 8, 21-23) tinghaqad ma’ dik ta’ l-origni divina: Kristu bniedem se jmur hemm fejn dejjem kien (bid-divinita` tieghu, ara vv 29 u 34). - Il-vv 19-24, li huma l-gheluq ta’ 5, 1-16, johorgu barra mill-kuntest.
7, 16 Gw 3, 11+
7, 22 Gen 17, 10+
7, 23 Gesu` jargumenta skond il-metodu rabbiniku: kienu jqisu c-cirkoncizjoni bhala l-"fejqan" ta’ membru wiehed tal-gisem: jekk kien permess li tfejjaq (taghmel circoncizjoni) membru wiehed f’jum is-Sibt, kemm iktar kellu jkun permess li tfejjaq lill-bniedem shih.
Tahdit in-nies fuq nisel Kristu (7, 25-30)
7, 26 l-kbarat: skond kwazi x-xiehda kollha; skond kodici Sinajtiku (IV seklu) u ohrajn: "il-qassisin il-kbar"; x’uhud igibu "x-xjuh" jew "huma".
7, 27 il-Messija... hadd ma jkun jaf minn fejn ikun gej: kien maghruf sew li kellu jitwieled f’Betlehe(ara v. 42; Mt 2, 5w), izda skond fehma komuni huwa kellu jibqa’ mistohbi f’imkien mhux maghruf (ara Mt 24, 26), li ghal x’uhud kien is-smewwiet, sa jum il-migja tieghu. Gesu` jwiegeb ghal din il-fehma bit-tnissil smewwi tieghu, izda minghajr ma jifhmuh dawk li jkunu qeghdin ihaqquha mieghu.
7, 28 Gw 19, 9+
7, 28 hemm wiehed tassew li baghatni: litt.; skoond kwazi x-xiehda kollha: "min baghatni hu wiehed tassew"; tr. "qed jibghatni tassew min baghatni".
7, 29 Gw 1, 1+
7, 29 jien minn ghandu gej: skond kwazi mss. kollha u vulg.; tr. "jien qieghed magenbu".
7, 30 Gw 2, 4+
Gesu` jhabbar it-tluq tieghu fil-qrib (7, 31-36)
7, 31 Gw 2, 11+
7, 32 huma (il-Farizej) u l-qassisin il-kbar: skond kwazi kull ms. u vulg.; tr. "il-Farizej u l-qassisin il-kbar" u "huma".
7, 33 Gw 1,1+
7, 34 Hos 5, 6+
7, 34 Ghad tfittxuni u ma ssibunix: bhal Alla nnifsu, Gesu` ghandu jigi mfittex "sakemm huwa jkun ghadu jista’ jinstab". Fil-fatt, il-lhud se jhallu z-"zmien" jghaddi, u l-pagani (l-griegi) se jircievu s-salvazzjoni minflokhom (ara 12, 20w; 12, 35+; 19, 37+).
7, 36 Gw 2, 19+
Il-weghda ta’ l-ilma haj (7, 37-39)
7, 37 Gw 4, 1+
7, 37 Fl-ahhar jum tal-festa, il-jum l-aktar solenni: dan x’aktasrx hu s-seba’ jew it-tmien jum, dak tal-festa ta’ l-gheluq. - ghandi: xi xiehda jhallu barra. Gesu` jsejjah ghal ghandu, kif jaghmel l-gherf (ara 6, 35+).
7, 38 Gw 2, 21+ 1 Kor 10, 4+
7, 38 minnu: jigifieri minn hdan min "jemmen" f’Gesu`, skond tradizzjoni li hemm; izda tr. skond tradizzjoni ohra, "ha jixrob min jemmen fija", li b’hekk l-ghajn ta’ ilma haj hi Gesu`. - johorgu xmajjar ta’ ilma haj: din il-weghda messjanika jinghad li saret waqt il-liturgija tal-Festa ta’ l-Gherejjex. F’din il-festa kien isir talb ghax-xita, riti ta’ tifkira tal-miraklu ta’ l-ilma (Ez 17, 1-7; ara 1 Kor 10, 4), qari mill-profeziji li kienu jhabbru l-ghajn li kellha taghti l-hajja mill-gdid lil Sijon (Zak 14, 8; Ezek 47, 1w; ara Gw 4, 1+).
7, 39 Gw 1, 33+
7, 39 l-Ispirtu kien ghad ma nghatalhomx: skond vetus latina, sirjak u ohrajn; verzjoni korrenti, ta’ kwazi kull ms., iggib: "kien ghad m’hemmx l-Ispirtu".
Iktar tahdit fuq nisel Kristu (7, 40-52)
7, 40 Gw 1, 21+
7, 42 2 Sam 7, 1-17+
7, 42 Hadd ma kien jaf li Gesu` kien twieled f’Betlehem hlief dawk li kienu l-aktar qribu.
7, 44 Mt 9, 27+
7, 46 Gw 3, 11+
7, 50 Gw 3, 1+
7, 52 Mt 16, 14+
Il-mara adultera (7, 53 - 8, 11)
7, 53 - 8, 11 Din is-silta, li tithalla barra mill-iktar xiehda qodma (mss, verzjonijiet, Patres), jew li tigi rakkontata band’ohra minn ohrajn, mill-istil ta’ lew sinottiku, ma jistqax ikun li hi ta’ Gwanni nnifsu. Tista’ tigi attribwita lil Luqa (ara Lq 21, 38+). X’uhud jiddibattu wkoll il-kanonicita` tas-silta, ix-xorta mnebbha u l-valur storiku taghha.
8
8, 6 beda jikteb b’sebghu fit-trab: jibqa’ mhux car xi tfisser din il-mossa.Gesu` d-dawl tad-dinja (8, 12)
8, 12 Gherf 7, 26+
8, 12 Fit-TG, it-tema dawl tizviluppa fi tlitt oqsma principali, ftit jew wisq distinti: 1. Kif ix-xemx iddawwal triq, hekk ukoll hu "dawl" dak kollu li jdawwal it-triq lejn Alla: ghal xi zmien dawn kienu l-Ligi, l-Gherf u l-Kelma ta’ Alla (Koh 2, 13; Prov 4, 18-19; 6, 23; S 119, 105); issa huwa Kristu (Gw 1, 9; 9, 1-39; 12, 35; 1 Gw 2, 8-11; ara Mt 17, 2; 2 Kor, 4, 6), b’xebh mas-shaba mdawla ta’ l-ezodu (Gw 18, 12; ara Ez 13, 21w; Gherf 18, 3w), u ma’ kull nisrani, li juri ’l Alla f’ghajnejn id-dinja (Mt 5, 14-16; Lq 8, 16; Rum 2, 19; Fil 2, 15; Apk 21, 24). 2. Id-dawl hu simbolu ta’ hajja, hena u ferh; id-dlamijiet huma simbolu ta’ mewt, xorti hazina u dmugh (Gob 30, 26; Is 45, 7; S 17, 15+). Fid-dlamijiet tat-tjassir jispikka ghaldaqstant id-dawl tal-helsien u tas-salvazzjoni messjanika (Is 8, 22 - 9, 1; Mt 4, 16; Lq 1, 79; Rum 13, 11-12). Dan jasal ukoll ghand il-gnus pagani (Lq 2, 32; Atti 13, 47), permezz ta’ Kristu-Dawl (Gw: ara s-siltiet ikkwotati qabel; Ef 5, 14), biex jitwettaq fis-saltna tas-smewwiet (Mt 8, 12; 22, 13; 25, 30; Apk 22, 5; ara 21, 3-4). 3. Id-duwalizmu "dawl-dlam" hekk jikkaratterizza z-zewg oqsma opposti tat-tajjeb u l-hazin (ara t-testi esseni ta’ Qumran). Fit-TG jidhru ghalhekk zewg "imperi", taht il-hakma rispettiva: dik ta’ Kristu u dik tax-Xitan (2 Kor 6, 14-15; Kol 1, 12-13; Atti 26, 18; 1 Pt 2, 9); wiehed ifittex li jirbah fuq l-iehor (Lq 22, 53; Gw 13, 27-30). Il-bnedmin jinqasmu u jkunu "ulied id-dawl" u "ulied id-dlam" (Lq 16, 8; 1 Tes 5, 4-5; Efes 5, 7-8; Gw 12, 36), skond ma jkunu qed jghixu taht l-influwenza tad-dawl (Kristu) jew tad-dlamijiet (ix-Xitan) (Mt 6, 23; 1 Tes 5, 4w; 1 Gw 1, 6-7; 2, 9-10), u se jingharfu mill-opri taghhom (Rum 13, 12-14; Efes 5, 8-11). Din il-firda (haqq) bejn il-bnedmin intweriet bil-migja tad-Dawl, li jobbliga lil kull bniedem li jistqarr ruhu favurih jew kontrih (Gw 3, 19-21; 7, 7; 9, 39; 12, 46; ara Efes 5, 12-13). Dak li ghad irid jigri jnissel ottimizmu: id-dlamijiet ghandhom xi darba jghibu quddiem id-dawl (Gw 1, 5; 1 Gw 2, 8; Rum 13, 12).
Tahdit fuq ix-xhieda li Gesu` jaghti dwaru nnifsu (8, 13-30)
8, 14 Gw 3, 11+
8, 14 jiena naf minn fejn gej u fejn sejjer: il-veru xhud ta’ l-Iben huwa hu nnifsu ghax hu biss jaf x’inhu l-misteru tas-sema dwar l-esseri tieghu (ara Mt 11, 27p).
8, 15 Intom il-haqq taghkom taghmluh ta’ bnedmin li intom: il-lhud jiggudikaw lil Gesu` skond dak li jidher li hu, jigifieri bniedem komuni; "huma ma jarawx jiddi fil-gisem il-glorja ta’ l-Iben ta’ Alla" (Santu Wistin). - jien ma naghmel haqq minn hadd: jigifieri, ma "nikkundannax", skond l-uzu semitiku tal-kelma.
8, 16 Gw 10, 30+
8, 20 Mk 12, 41+ Gw 2, 4+
8, 21 Gw 7, 34+
8, 21 ghad tmutu fid-dnub taghkom: meta jwarrbu lil Gesu`, il-lhud ikunu qed jintilfu minghajr ebda tama; ikunu qeghdin jidinbu kontra s-sewwa (vv 40, 45w). Huwa d-dnub kontra l-Ispirtu (Mt 12, 31p; ara Gw 7, 34+).
8, 23 Gw 1, 10+
8, 24 Gw 1, 1+ Ez 3, 14+
8, 24 jiena hu: dan huwa l-isem divin rivelat lil Mose` (Ez 3, 14+) u jfisser li Alla ta’ Izrael huwa l-uniku veru Alla (Dt 32, 39). Meta ha fuqu dan l-isem, Gesu` kien qed jaghti ruhu bhala s-salvatur uniku u wahdieni, li lejh kienu jwasslu kull fidi u tama li kellu Izrael (ara 8, 28.58; 13, 19 kif ukoll 6, 35; 18, 5.8).
8, 25 Dak li ili nghidilkom sa mill-bidu: test difficli hafna, tr. b’diversi modi: "qabelxejn ghaliex qed inkellimkom?"; "ghaliex se nkellimkom?"; "assolutament dak li qed nghidilkom". Kif hawn tradott ("sa mill-bidu") jaghti idea ta’ zmien li thejji ghat-tieni "mbaghad" fil-v. 28. Il-lhud issa ghandhom ix-xorti li jaghrfu lil Gesu` permezz tal-kelma tieghu; meta jaghrfuh ghax ikun "mgholli", se jkun tard wisq. Tr. mill-vulg. "(jiena hu) il-Princep li qed ikellimkom", izda din mhix daqstant grammatikament tajba.
8, 28 Gw 12, 32+ Mt 8, 20+ Gw 8, 24+ Gw 3, 11+
8, 28 taghrfu li jiena hu: Fit-TQ, il-formola "taghrfu li jiena hu" jew "li jien hu Jahwe`" tafferma l-qawwa divina (ara 8, 24+) jew thabbar intervent kollu hsejjes ta’ Jahwe` (Ez 10, 2; Ezek 6, 7.10.13w, ecc; ara Is 43, 10 li joqrob b’mod tal-ghageb lejn Gwanni). Hawn tithabbar il-glorifikazzjoni ta’ Gesu` meta huwa "jitgholla" fuq is-salib (12, 32+). Din l-elevazzjoni se twiegeb ghad-domanda tal-lhud (v 25), izda se tikkundanna n-nuqqas ta’ twemmin taghhom (ara 19, 37; Apk 1, 7; Mt 26, 64p; 1 Kor 2, 8).
8, 29 Gw 10, 30+
Gesu` u Abraham (8, 31-59)
8, 31 Gw 3, 11+
8, 32 taghrfu l-verita`: Gesu` hu l-verita`, ir-realta` totali tar-rigal tal-Missier u tal-pjan tieghu ta’ salvazzjoni (14, 6; 17, 17; ara Apk 3, 7; 19, 11). Fih sehhew ir-realtajiet imhabbra mil-Ligi (1, 17). Huwa jipproklama il-kliem li sema’ minghand il-Missier li baghtu (3, 11+; 8, 26.40; ecc), jgharrafna dak li huwa jaf (1, 18), u jistedinna nemmnu fih bil-fidi (3, 12+; 8, 45-47). Huwa d-dawl veru (1, 9); huwa jista’ jghid: "jiena l-hobz veru", ecc (6, 35+). Wara l-glorifikazzjoni tieghu (12, 32+), l-Ispirtu tal-verita` (14, 17+) se jmexxi lil min jemmen fil-verita` totali (16, 13). Min jemmen, li "hu mis-sewwa" (18, 37; 1 Gw 3, 19+; ara 2 Tes 2, 10-12), jitqaddes bis-sewwa (17, 17-19), jghix fih (8, 31), jimxi bih (2 Gw 4; 3 Gw 4), jaghmlu (3, 21), jahdem id f’id mieghu (3 Gw 8). Iqim lill-Missier fl-ispirtu u fis-sewwa (4, 23-24). Jinsab mehlus mill-gideb (8, 44+).
8, 34 Gw 2, 19+
8, 34 tad-dnub: skond kwazi x-xiehda kollha; kodici Beza (VI seklu) u ohrajn ihallu barra.
8, 38 Gw 3, 11+
8, 39 Kieku kontu wlied Abraham, kontu taghmlu bhalma ghamel Abraham: Tr. IV seklu: "Jekk intom ulied Abraham, kontu taghmlu bhalma ghamel Abraham". Il-lhud m’humiex "ulied" Abraham (bhal Izakk) ghaliex ma jemmnux; huma biss min-"nisel" Abraham (bhal Ismael, bin l-ilsira, li tkecca, ara 34-35). Fuq dan id-diskors, ara Gal 4, 30w. U tabilhaqq li mhumiex ulied Alla ghax ma jemmnux f’Gesu` (1, 12+; 3, 7-9; ecc).
8, 41 Ahna m’ahniex ulied iz-zina: iz-zina (prostituzzjoni) ghall-profeti jfisser l-infedelta` religjuza (ara Hos 1, 2+). Hawn ghaldaqstant il-lhud qeghdin jghidu li huma fidili lejn Alla tal-patt.
8, 42 Mk 1, 38+ Gw 1, 1+
8, 43 intom kelmti ma tifilhux ghaliha: billi kienu jiddependu mix-xitan, l-ghadu tas-sewwa (ara 18, 37).
8, 44 Mt 4, 1+
8, 44 qatt ma zamm: Tr. "ma qaghadx". - missier il-gideb jew "missier il-giddieb". - Il-gidba, bil-maqlub tal-kelma (1, 1+) u tas-sewwa (8, 31+), hi marbuta max-xejn u mal-hazin (ara Rum 1, 25; 2 Tes 2, 9-12; ecc). Il-lhud li jichdu l-verita` li hu Gesu` (v 40; ara 1 Pt 2, 22), jinsabu lsiera tal-kap ta’ l-ghedewwa kollha tal-verita` (ara 12, 31+; 13, 2+; 1 Gw 2, 14).
8, 46 Min minnkom jipprova li jien ghandi xi dnub?: jigifieri ta’ infedelta` lejn Alla fil-missjoni minnu ricevuta.
8, 47 Gw 10, 26+
8, 48 Gw 4, 9+ Gw 7, 20+
8, 51 Gw 3, 11+
8, 52 Gw 7, 20+
8, 56 Gw 5, 39+
8, 56 qabez bil-ferh ghall-hsieb li kien se jara l-jum tieghi: il-migja ta’ Gesu`. Hawn Gesu` jerga’ jaghmel tieghu espressjoni riservata ghal Alla fit-TQ: "Jum il-Mulej" (ara Gham 5, 18+). - rah u ferah: Abraham ra "jum" Gesu` (bhalma Isaija "ra sebhu": 12, 41), "mill-boghod" (ara Lhud 11, 13; Num 24, 17), fi grajja profetika: it-twelid ta’ Izakk, li gabet id-"dahka" ta’ Abraham (Gen 17, 17+). Gesu` jaghti lilu nnifsu bhala l-vera suggett tal-weghda li saret lil Abraham, il-kagun veru tal-ferh tieghu, Izakk spiritwali (ara Gen 12, 1+).
8, 58 Gw 1, 1+ Gw 8, 24+
8, 59 qabdu l-gebel biex iwaddbuhulu: il-pretenzjoni ta’ Gesu` li jezisti b’mod divin tiftiehem mil-lhud bhala daghwa li haqqha t-thaggir (Lev 24, 16).
Il-fejqan ta’ l-aghma mit-twelid (9, 1-41)
9
9, 2 Gw 5, 14+9, 3 l-ghemil ta’ Alla: is-sinjali (ara 2, 11+).
9, 4 jehtigilna: skond kitbiet IV seklu u bosta xiehda; vulg., vetus latina, sirjak u ohrajn igibu: "jehtiegli". - jasal il-lejl meta hadd ma jkun jista’ jahdem: il-hajja ta’ Gesu` qisha jum ta’ xoghol (5, 17), mitmuma mil-lejl tal-mewt (ara Lq 13, 32).
9, 5 Gw 8, 12+
9, 5 jiena hu d-dawl tad-dinja: din id-dikjarazzjoni tanticipa s-sens tal-miraklu (ara 9, 37).
9, 7 fil-menqgha ta’ Silwam: minnha kien jittella’ l-ilma, simbolu tal-barkiet messjanici, waqt il-Festa ta’ l-Gherejjex. Kull barka tigi tabilhaqq minghand Gesu`. - ‘il-Mibghut’: wiehed mit-titli ta’ Gesu` li huma karatteristici ta’ Gw (ara 4, 34+).
9, 14 ghamel it-tajn: xoghol projbit nhar ta’ sibt.
9, 17 Mt 16, 14+
9, 18 li hu kien aghma u ha d-dawl: skond il-bicca l-kbira tax-xiehda; x’uhud ihallu barra. Ohrajn ihallu barra "u ha d-dawl".
9, 21 Staqsu lilu: skond il-bicca l-kbira tal-mss; xiehda ohra jhallu barra.
9, 22 Gw 7, 13+
9, 24 Aghti glorja lil Alla! Formula biblika biex iggieghel lil xi hadd jghid is-sewwa u jaghmel tajjeb ghal xi offiza li jkun ghamel lill-maesta` divina (ara Goz 7, 19; 1 Sam 6, 5).
9, 32 Il-miraklu ta’ l-aghma mit-twelid x’aktarx hu, ghall-evangelista, simbolu tal-maghmudija, twelid gdid permezz ta’ l-ilma u ta’ l-Ispirtu (3, 3-7). Hemm ghadd sew ta’ tixbiehat bejn 3, 1-21 u k 9.
9, 35 Mt 8, 20+
9, 37 Gw 9, 5+
9, 38 Mt 8, 10+
9, 38 Hemm min ihalli barra v 38 kollu u l-bidu tal-v 39.
9, 39 Gw 1, 1+ Gw 8, 12+
9, 39 min jara: l-awtosufficjenti, li jafdaw f’hilthom (ara vv 24.29.34), ghall-kuntrarju ta’ l-umli, li l-aghma hu t-tip taghhom (ara Dt 29, 3; Is 6, 9w; Ger 5, 21; Ezek 12, 2).
Ir-raghaj it-tajjeb (10, 1-21)
10
10, 1-21 Ezek 34, 1w+10, 3 wahda wahda b’isimhom jew tr. "wada wara l-ohra".
10, 6 qalilhom: lill-Farizej ghomja (9, 40). Huma ma jifhmux li l-parabbola tolqot lilhom ukoll.
10, 7 l-bieb tan-naghag: li jdahhal sa hdejn in-naghag. Biex tmexxi b’mod legittimu l-merhla, jehtieg li tghaddi minn Gesu` (21, 15-17).
10, 8 qabli: xi xiehda jhallu barra. - X’aktarx qed jghid ghall-Farizej (ara Mt 23, 1-36; Lq 11, 39-52 u Mt 9, 36; Mk 6, 34).
10, 10 biex ikollkom il-hajja: Gesu` jaghti l-hajja ta’ dejjem (3, 16.36; 5, 40; 6, 33.35.48.51; 14, 6; 20, 31) bil-kotra (ara Apk 7, 17; Mt 25, 29; Lq 6, 38).
10, 11 Ezek 34, 1+
10, 11 Jiena r-raghaj it-tajjeb: Alla, hu nnifsu r-raghaj tal-poplu tieghu, fiz-zminijiet messjanici kellu jaghtih raghaj skond l-ghazla tieghu (ara Ezek 34, 1+). Meta jkun qed isejjah lilu nnifsu r-raghaj it-tajjeb, Gesu` jkun qed ilissen tismija b’setgha messjanika.
10, 14 n-naghag tieghi jaghrfu lili: fil-Bibbja (ara Hos 2, 22+), l-"gharfien" jinkiseb mhux minn xi process ghalkollox intellettwali, izda minn "esperjenza", minn prezenza (qabbel Gw 10, 14-15 u 14, 20; 17, 21-22; ara 14, 17; 17, 3; 2 Gw 1-2); din tabilhaqq tissejjes fuq l-imhabba (ara Hos 6, 6+ u 1 Gw 1, 3+).
10, 16 merhla: vulg. ggib: "maqjel".
10, 18 jien naghtiha minn rajja: Kristu ghandu l-hajja fih innifsu (3, 35+) u hadd ma jista’ jehodielu (7, 30.44; 8, 20; 10, 39): huwa jaghtiha bla ebda xkiel (10, 18; 14, 30; 19, 11). Minn hawn gejja l-maesta` serena tieghu, il-helsien shih tieghu quddiem il-mewt (12, 27; 13, 1-3; 17, 19; 18, 4-6; 19, 28).
10, 19 regghu: x’uhud ihallu barra.
10, 20 Gw 3, 11+ Gw 7, 20+
5. IL-FESTA TAD-DEDIKAZZJONI
(ID-DECIZJONI LI JOQTLU ’L GESU`)
Gesu` jistqarr lilu nnifsu Bin Alla (10, 22-39)
10, 22 1 Mak 4, 36+
10, 23 Atti 3, 11+
10, 24 car u tond: u mhux iktar fil-lingwagg enigmatiku tal-parabbola (ara v 6; 16, 25.29). Il-lhud, iktar insistenti milli fi 2, 18; 5, 16; 6, 30; 8, 25, jaghmlu lil Gesu` l-mistoqsija messjanika li, fil-vangeli sinottici, jkun il-qassis il-kbir li jaghmilha qabel il-Passjoni (Mt 26, 63p).
10, 25 Gw 2, 11+
10, 25 Ghedtilkom: l-istqarrijiet li Gesu` ghamel wara zgur li urewh b’mod car hafna bhala l-mibghut ta’ Alla (ara 2, 19; 5, 17w.39; 6, 32w; 8, 24.28w.56w; 9, 37).
10, 26 Biex temmen f’Gesu`, trid tkun haga wahda mieghu fil-gewwieni tieghek: li tkun "gej mill-gholi" (8, 23), "minn Alla" (8, 47), "mill-verita`" (18, 37), min-naghag tieghu (10, 14). Il-fidi tabilhaqq tehtieg rabta spiritwali mal-verita` (3, 17-21; ara Atti 13, 48+; Rum 8, 29w).
10, 29 Gw 3, 35+
10, 29 Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulhadd: skond xi xiehda; vulg. u ohrajn igibu: "Missieri, dak li tani hu wisq ikbar minn kollox", u tr. "Missieri, f’dak li huwa tani, hu wisq ikbar minn kulhadd". - hadd ma jista’ jahtafhom: varjanti ggib: "hadd ma jista’ jahtaf xejn".
10, 30 Skond il-kuntest, din l-affermazzjoni tirrigwarda fl-ewwel post il-qawwa komuni ta’ Gesu` u l-Missier; izda, ghal ta’ l-apposta indeterminata, thallina naraw misteru ta’ ghaqda iktar shih u iktar profond. Il-lhud, li fiha jaraw il-pretensjoni ta’ Gesu` li huwa Alla, ma jigux ingannati (v 33; ara 1, 1; 8, 16.29; 10, 38; 14, 9-10; 17, 11.21 u 2, 11+).
10, 34 Rum 3, 19+
10, 34 Intom allat? Din il-frazi hi indirizzata lejn l-imhallfin, imsejhin "allat" b’tixbiha minhabba fil-kariga taghhom, ghaliex "il-haqq f’idejn Alla" (Dt 1, 17; 19, 17; Ez 21, 6; S 58). B’argument a fortiori tipiku tar-rabbin, Gesu` jikkonkludi li hu tassew stramb li tghid li kien qed jidghi meta l-Qaddis u l-Mibghut ta’ Alla kien qed isejjah lilu nnifsu Bin Alla. - Huwa minhabba f’dan it-titlu ta’ "Bin Alla" (v. 36; ara 5, 25; 11, 4.27; 20, 17.31), li issa se jinqata’ d-destin ta’ Gesu` (ara 19, 7; Mt 4, 3+).
10, 36 Gw 1, 1+
10, 38 Gw 2, 11+
10, 39 Ghal darb’ohra: x’uhud ihallu barra.
Gesu` jirtira ’l hinn mill-Gordan (10, 40-42)
Il-qawmien ta’ Lazzru (11, 1-44)
11
11, 2 Marija kienet dik... : wisq probabbli li din ma kienetx il-midinba li hemm f’Lq 7, 37.11, 4 Gw 1, 14+ Gw 10, 34+
11, 4 biex biha tinghata glorja lill-Iben ta’ Alla: espressjoni b’zewg tifsiriet: Gesu se jkun glorifikat permezz tal-miraklu nnifsu (ara 1, 14+); izda dan il-miraklu se jipprovoka (11, 46-54) l-mewt tieghu, li se tkun ukoll il-glorifikazzjoni tieghu (12, 32+).
11, 7 nergghu: Kodici Sinaj (IV seklu) u xiehda ohra jhallu barra.
11, 9 Gw 8, 12+
11, 11 Gw 2, 19+
11, 15 Gw 2, 11+
11, 15 halli temmnu: il-mewt ta’ Lazzru taghti lok ghall-miraklu li se jqawwilhom il-fidi.
11, 21 Mulej: Kodici Vatikan (IV seklu) u ohrajn ihallu barra.
11, 22 Marta ghandh fidi f’Gesu`; izda tieqaf, bhallikieku fuq l-ghatba ta’ xi talba impossibbli.
11, 24 Gw 2, 19+
11, 25 Mt 22, 23+ Gw 3, 35+
11, 25 u l-hajja: skond bosta xiehda; ohrajn ihallu barra.
11, 26 kull min jghix u jemmen fija, dan ma jmut qatt: min jemmen ittrijonfa ghal dejjem fuq il-mewt. Il-qawmien mill-imwiet ta’ Lazzru huwa s-sinjal ta’ din ir-rebha (ara 3, 11+).
11, 27 Gw 10, 34+ Gw 1, 9-10+
11, 39 oht il-mejjet: skond il-vulg. u kwazi x-xiehda kollha; vetus latina u ohrajn ihallu barra.
11, 40 Gw 2, 11+ Gw 1, 14+
11, 41 rafa’ ghajnejh ’l fuq: skond bosta xiehda u l-vulg.; ohrajn izidu "lejn is-sema", ohrajn "fil-gholi".
11, 42 Gw 1, 1+
Il-kapijiet tal-lhud jaqtghuha fuq li joqtlu lil Gesu` (11, 45-54)
11, 48 it-tempju: Tr. "il-post qaddis taghna" u litt. "postna": Gerusalemm u l-pajjiz kollu tal-Lhudija jew, iktar probabbli, il-post qaddis fuq kull post iehor, it-tempju (Mt 24, 15. Ara Is 60, 13; 2 Mak 1, 29; 2, 18; Atti 6, 13).
11, 49 Lq 3, 2+
11, 50 li jaqblilkom: skond bosta; sirjak igib: "ikun fl-interess taghkom".
11, 51 inzerta kien il-qassis il-kbir: vulg. u bosta ohrajn izidu "f’dik is-sena" - Gesu` kellu jmut ghall-gens tieghu: skond Qajfa, kien jenhtieg li Gesu` jigi sagrifikat sabiex il-gens jithares mill-periklu politiku immaginarju li bhallikieku huwa kien qed igib; fil-hsieb divin, Gesu` kellu jmut ghas-salvazzjoni tal-bnedmin (ara 1, 29+).
11, 52 Gw 4, 42+
11, 53 Gw 5, 18+
11, 53 bdew jiftiehmu bejniethom biex joqtluh: skond kodici occidentali (VI seklu); hemm recenzjoni li ggib: "ftehmu kif se joqtluh".
6. TMIEM IL-MINISTERU PUBBLIKU
U T-THEJJIJIET GHALL-AHHAR GHID
L-Ghid dejjem joqrob (11, 55-57)
11, 55 Kien wasal l-Ghid tal-Lhud: Gw ma jieqafx jishaq fuq ir-rabta bejn il-mewt ta’ Gesu` u l-Ghid (13, 1; 18, 28; 19, 14.42). - qabel l-Ghid: skond ghadd kbir ta’ mss; bosta xiehda jhallu barra.
Id-dilka f’Betanja (12, 1-11)
12
12, 1 Sitt ijiem qabel il-festa ta’ l-Ghid: l-ahhar gimegha tal-hajja pubblika ta’ Gesu`, li tigi segwita b’tant ghozza (12, 12; 13, 1; 18, 28; 19, 31) l-istess bhall-ewwel gimgha (2, 1+). Sew wahda sew l-ohra jintemmu bil-wirja tal-glorja ta’ Gesu`. Izda dan ma jkunx iktar bhalma gara f’Kana fi zmien is-"sinjali" (2, 4.11); "waslet is-siegha li Bin il-bniedem ikun igglorifikat" (12, 23; 13, 31w; 17, 1.5).12, 3 Gw 11, 2+
12, 7 Gesu` ra fil-gest ta’ Marija qima moghtija bil-quddiem lill-katavru tieghu. Ma’ dan il-gest simboliku se tikkorrispondi (19, 38w) d-difna tabilhaqq ta’ Gesu`.
Id-dahla messjanika ta’ Gesu` f’Gerusalemm (12, 12-19)
12, 13 is-sultan ta’ Izrael: is-sultan messjaniku.
12, 16 Mk 4, 13+ Gw 14, 26+ Gw 5, 39+
Gesu` jhabbar il-glorifikazzjoni tieghu permezz tal-mewt (12, 19-36)
12, 20 Jigifieri li mhumiex lhud, mirbuhin ghall-monoteismu ta’ Izrael u f’certu qies ghall-osservanza skond il-Ligi ta’ Mose`; "dawk li jibzghu minn Alla" skond Atti 10, 2+.
12, 22 Gw 7, 34+ Gw 12, 32+
12, 23 Gw 2, 4+ Gw 3, 14+ Mt 8, 20+
12, 25 Gw 1, 10+
12, 26 fejn inkun jien: fil-glorja tal-Missier (ara 14, 3; 17, 24).
12, 27 Issa qieghed inhoss ruhi mhawwda: din hija xena li f’hafna aspetti taghha tfakkar fil-Getsemani: djieqa quddiem is-"siegha" li qeghda toqrob, karba ghall-hniena tal-Missier, accettazzjoni tas-sagrificcju, wens li gej mis-sema (ara Lq). Hemm, madankollu, differenzi x’jigu nnutati: Kristu jibqa’ bilwieqfa, il-karba tieghu ghall-hniena tibqa’ biss fi stat ta’ taqbida gewwinija (Gw); "qaghad gharkobbtejh" (Lq); "intefa’ wiccu ma’ l-art" (Mt, Mk). Ara Gw 18, 4-6; 10, 18+.
12, 28 Gw 2, 11+ Gw 1, 14+ Gw 17, 5+
12, 28 lil ismek: skond vulg. u ghadd kbir ta’ xiehda; ohrajn igibu: "lill-Ibnek". "Ismek" tfisser il-persuna nnifisha tal-Missier. Gesu` joffri ruhu ghall-mewt biex iwettaq l-opra li se tigglorifika lill-Missier fil-wiri ta’ mhabbtu ghad-dinja (17, 6+).
12, 30 Il-grajja qisha sigill divin li jitqieghed bil-quddiem fuq il-mewt ta’ Gesu`.
12, 31 Gw 1, 10+
12, 31 se jitkecca: "... ’l barra" skond l-akbar ghadd ta’ mss.; "... ’l isfel" skond xiehda ohra. - Ix-xitan (ara 8, 12+; 14, 30; 16, 11; 2 Kor 4, 4; Efes 2, 2; 6, 12) kien jahkem lid-dinja (1 Gw 5, 19); il-mewt ta’ Gesu` tehles lill-bnedmin mit-tirannija tax-xitan (ara Gw 3, 35+; Mt 4, 1+; 8, 29+; Lq 8, 31+; Rum 8, 3; Kol 1, 12-13).
12, 32 Gw 3, 35+
12, 32 meta nintrefa’ ’l fuq mill-art: kif jinqara’ issa: xi xhud ihalli barra "mill-art". Riferenza ghall-irfigh ta’ Kristu fuq is-salib (v 33), fl-istess hin bhalma hi ghat-"tlugh" tieghu fis-sema (3, 13.14+; 8, 28; ara 6, 62) f’jum il-qawmien tieghu (20, 17+), ghax iz-zewg grajjiet huma zewg aspetti ta’ l-istess misteru (13, 1+). Mtella’ fl-gholi fuq il-lemin tal-Missier, fil-glorja (12, 23; 17, 5+), Kristu se jibghat l-Ispirtu (7, 39) u bih se jifrex dejjem aktar il-hakma fuq id-dinja (16, 14; ara 3, 35+). - il-bnedmin kollha: Xi test jgibu: "kollox", "kulhadd", "kull bniedem". - Mtella’ fl-gholi fuq is-salib, Gesu` se jidher f’ghajnejn kulhadd bhala s-salvatur tad-dinja (ara 19, 37). Din hi t-twegiba li tinghata lill-Griegi fidili li xtaqu "jarawh" (ara 6, 40+).
12, 34 Rum 3, 19+
12, 35 Gw 2, 19+ Mt 8, 20+ Gw 8, 12+
12, 35 ibqghu miexja sakemm ghandkom id-dawl: Gesu` jheggeg lil-lhud li jemmnu fih qabel ma jkun tard wisq (ara 7, 34+).
Gheluq: in-nuqqas ta’ twemmin tal-lhud (12, 37-50)
12, 37 Gw 2, 11+
12, 39 Mt 13, 13+
12, 40 Is 6, 9w+
12, 41 Gw 5, 39+
12, 41 ghax ra l-glorja tieghu: skond kodicijiet IV seklu; tr. minn vetus latina u ohrajn: "meta ra l-glorja tieghu". - Riferenza ghad-dehra li Isaia kellu fit-tempju (Is 6, 1-4+), li titfisser bhala dehra profetika tal-glorja ta’ Kristu (ara 8, 56+).
12, 46 Gw 8, 12+ Gw 1, 1+
12, 47 Gw 3, 11+
12, 49 Gw 1, 1+ Gw 3, 11+
IS-SIEGHA TA’ GESU`
L-GHID TAL-HARUF TA’ ALLA
1. L-AHHAR CENA TA’ GESU` MAD-DIXXIPLI TIEGHU
Hasil is-saqajn (13, 1-20)
13
13, 1 Mt 26, 17+ Gw 1, 48+ Gw 2, 4+ Gw 10, 18+ Gw 1, 10+13, 1 waslet is-siegha tieghu biex jghaddi minn din id-dinja ghal ghand il-Missier: tradizzjoni gudajka kienet tfisser il-kelma "Ghid", grg. pascha (ara Ez 12, 11+) fis-sens ta’ "passagg", b’riferiment ghall-moghdija mill-Bahar l-Ahmar (Ez 14). Kristu (u ahna mieghu) wasal biex "jghaddi" minn din l-art, imjassra mid-dnub, ghalghand il-Missier, l-art imweghda (ara 1, 21+; 11, 55+). - hu, li kien habb lil tieghu: ghall-ewwel darba, Gwanni jqieghed b’mod esplicitu l-hajja u l-mewt ta’ Gesu` taht is-sinjal ta’ l-imhabba tieghu ghall-bnedmin. Qiesu sigriet li r-rivelazzjoni shiha tieghu tithalla ghall-ahhar mumenti (13, 34; 15, 9.13; 17, 23; 1 Gw 3, 16; Rum 8, 35; Gal 2, 20; Efes 3, 19; 5, 2.25). - habbhom ghall-ahhar: sa l-ahhar estremita` ta’ l-imhabba.
13, 2 Mt 4, 1+
13, 2 Kienu qeghdin ghall-ikel: skond kodicijiet IV seklu u ohrajn; vetus latina, vulg. u ohrajn igibu: "wara l-ikla".
13, 2 Ix-Xitan kien ga webbel lil Guda... l-Iskarjota... li jittradih: skond kodicijiet IV seklu u vulg.; vetus latina, sirjak u ohrajn igibu: "ix-Xitan kien ga webbel li Guda Iskarjota jittradih". Tr. "billi x-Xitan kien dahal f’qalb Guda biex jittradih" jew ukoll "billi dahallu f’qalbu... ". - Il-Passjoni hija dramm li fih tiehu sehem ewlieni d-dinja li ma tidhirx: wara l-bnedmin tkun qed tahdem is-setgha tax-Xitan (ara 6, 70w; 8, 44; 12, 31; 13, 27; 16, 11; Apk 12, 4.17; 13, 2; Lq 22, 3; 1 Kor 2, 8).
13, 3 Gw 3, 35+ Gw 1, 1+
13, 5 beda jahsel saqajn id-dixxipli: pozizzjoni u hidma li soltu jaghmel ilsir (ara 1 Sam 25, 41).
13, 7 Gw 14, 26+
13, 8 Gw 2, 19+
13, 8 ma jkollokx x’taqsam mieghi: semitizmu; billi ma fehemx l-ispirtu ta’ dak li kien qed jaghmel l-imghallem, Pietru hareg lilu nnifsu minn kull komunikazzjoni mieghu, minn kull sehem fl-opra tieghu u fil-glorja tieghu.
13, 10 hlief saqajh: skond ghadd kbir ta’ xiehda; ohrajn ihallu barra. - ghax hu kollu kemm hu nadif: Pietru fehem it-twegiba ta’ Gesu` (v 8) f’sens materjali, bhallikieku kien qed iniedi rit ta’ tisfija. Gesu` jwiegeb li din it-tisfija nkisbet bis-sahha tas-sagrificcju tieghu (ara 15, 2-3; 1 Gw 1, 7; Lhud 10, 22). Huwa jaghti s-sens ta’ dan il-gest t’issa fil-vv 12-15. - intom indaf: l-istess kelma tfisser bil-grg: nadif u safi.
13, 11 Gw 1, 48+
13, 14 ghandkom tahslu saqajn xulxin: taghmlu s-servizzi ta’ karita` umli.
13, 19 Gw 8, 24+
13, 19 It-tradiment ta’ Guda u l-mewt ta’ Gesu` ghandhom isahhu l-fidi tad-dixxipli, billi juru l-gharfien divin li kellu Gesu` u l-verita` ta’ l-Iskrittura.
Thabbira tat-tradiment ta’ Guda (13, 21-30)
13, 24 Lq 8, 51+
13, 26 "Dak li ghalih se nbill din il-loqma hobz fil-platt u naghtihielu": hawn is-suggett mhux l-ewkaristija. Madankollu, t-tqabbil bejn 13, 2.18 u 6, 64 jidher li qed jindika rabta bejn it-twaqqif taghha u t-tradiment ta’ Guda (ara Lq 22, 21).
13, 27 Gw 13, 2+
13, 28 Gw 1, 48+
13, 30 Gw 8, 12+
L-ahhar tislima (13, 31 - 14, 31)
13, 31ww L-episodju ta’ hasil is-saqajn u d-diskorsi li jsiehbuh qeghdin hemm bhala preludju ghat-tahditiet twal ta’ Gesu` mad-dixxipli tieghu. Fl-ghamla attwali, il-kap 13-17 jigbru flimkien taghlimiet li x’aktarx gew moghtija drabi ohra. Forsi l-kap 16, li hu komplikat hafna, ma jaghtix verzjoni gdida lil kliem Gesu` kif inhuma fil-kap 14? Meta jsemmihom hawnhekk, Gw ghandu l-hsieb li juri s-sens profond tal-hajja kollha ta’ Gesu` fil-waqt li huwa jghaddi mill-ezistenza tieghu fuq din l-art ghal dik fis-sema.
13, 31 Mt 8, 20+
13, 31 issa: il-Passjoni diga’ bdiet, sa mill-waqt li Guda, mbuttat mix-Xitan, hareg ’il barra: sa minn issa Gesu` se jiccelebra t-trijonf tieghu bhallikieku ga` mwettaq (ara 16, 33).
13, 32 Gw 1, 14+
13, 32 Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem: kliem imholli barra mix-xiehda l-iktar qodma. - permezz tieghu nnifsu: Alla, l-Missier, se jigglorifika lil Bin il-bniedem billi jiehdu mieghu fil-glorja (ara 17, 5.22.24).
13, 33 Gw 1, 1+
13, 33 bhalma ghedt lil-Lhud: il-glorifikazzjoni ta’ Gesu` hi marbuta mat-tluq tieghu. Ghal-lhud, il-firda se tkun wahda definittiva (8, 21); ghad-dixxipli, ghal ftit zmien (14, 2-3). - Fejn sejjer jien, intom ma tistghux tigu: jekk mhux minhabba l-mewt (ara v 36: 21, 19.22w).
13, 34 Naghtikom kmandament gdid: ara Mt 25, 31-46. Mal-hsieb tat-"tluq" ta’ Kristu (v 33), li jhejji ghat-thabbira tac-cahda ta’ Pietru (vv 36-38), l-evangelista jghaqqad il-precett ta’ l-imhabba (vv 34-35) li hu t-testment ta’ Kristu. Dan il-precett, diga` prezenti fil-Ligi ta’ Mose`, huwa wiehed "gdid" bis-sahha tal-perfezzjoni li Gesu` jwasslu fiha, u ghax hu s-sinjal distintiv taz-zminijiet il-godda mnedija u rrivelati permezz tal-mewt ta’ Gesu`.
13, 36 Gw 2, 19+
13, 36 tigi warajja aktar tard: thabbira mistohbija dwar il-martirju ta’ Pietru.
13, 37 Mulej: vulg. u ohrajn ihallu barra.
14
14, 1 Thallux qalbkom tithawwad: it-thabbira tat-tradiment ta’ Guda, tat-tluq ta’ Gesu`, tac-cahda ta’ Pietru, hawwad lill-appostli. Gesu` jrid isahhahhom fil-fidi: dan hu l-qofol kollu ta’ dan il-kapitlu.14, 2 li ma kienx hekk kont nghidilkom: Tr. "jekk le, kont nghidilkom (li sejjer...)?.
14, 3 nerga’ nigi biex nehodkom mieghi: il-mistennija kollha tal-Knisja tissejjes fuq din il-weghda (ara 1 Tess 4, 16w; 1 Kor 4, 5; 11, 26; 16, 22; Apk 22, 17.20; 1 Gw 2, 28).
14, 6 Jiena hu t-Triq, il-Verita` u l-Hajja: Gesu` huwa t-triq, billi jirrivela lill-Missier (12, 45; 14, 9); huwa jgharrafna it-triq (Atti 9, 2+) lejn il-Missier; huwa hu stess l-uniku dhul ghalghand il-Missier (1, 18; 14, 4-7); huwa gej minghand il-Missier u sejjer ghand il-Missier (7, 29.33; 13, 3; 16, 28; ecc) u madankollu huwa haga wahda mieghu (10, 30; 12, 45; 14, 9; 17, 22). Huwa l-verita` (8, 32+), il-hajja (3, 15+).
14, 7 Ez 33, 18+
14, 7 Kieku gharaftu: skond vetus latina u ohrajn; tr. minn ghadd kbir ta’ mss: "jekk taghrfu".
14, 9 Gw 17, 6+
14, 10 Gw 10, 30+ Gw 1, 1+ Gw 2, 11+
14, 10 Ma temminx... : Hi biss il-fidi li tiddixxerni l-prezenza ta’ l-Iben fil-Missier u tal-Missier fl-Iben. Filippu jaqa’ fi zball meta huwa jitlob dehra kollha qawwa tal-Missier.
14, 12 Mt 8, 10+
14, 12 Il-ministeru ta’ rivelazzjoni u ta’ salvazzjoni, li taghhom il-mirakli kienu sinjali (2, 11+), se jtul sa fl-opri tad-dixxipli. L-Ispirtu, il-bidu tal-karismi li minnhom se jibbenefikaw, se jintbaghat minn Kristu igglorifikat fuq il-lemin tal-Missier (7, 39; 16, 7).
14, 14 Atti 3, 16+
14, 15 harsu l-kmandamenti tieghi: Tr. "se tharsu l-kmandamenti tieghi". Gesu` jafferma, bhala Alla, d-dritt li jkun mahbub u obdut.
14, 16 hu jaghtikom Difensur iehor: isir enfasi` qawwi fuq il-personalita` ta’ l-Ispirtu b’dan il-parallel bejn l-azzjoni tieghu mal-fidili u dik ta’ Kristu (ara 14, 26+; 1 Gw 2, 1).
14, 17 Gw 1, 10+
14, 17 l-Ispirtu tal-verita`: rivelatur u bidu tal-fidi tassew (4, 23w), bil-maqlub tal-Princep ta’ din id-dinja, li hu "missier il-gideb" (8, 44; 15, 26; 16, 13; 1 Gw 4, 5w). - huwa fikom: skond vetus latina u ohrajn; tr. "se jkun fikom".
14, 19 Ghad-dinja, Gesu` mhux se jkun iktar fiha (ara 7, 34; 8, 21). Izda d-dixxipli, bil-maqlub, se jarawh haj, imqajjem, f’dehra li ma tinhassx bis-sensi, izda wahda spiritwali u gewwinija, permezz tal-fidi (20, 29).
14, 20 Gw 10, 30+
14, 20 F’dak il-jum: hekk kienu l-profeti jsejhu z-zmien ta’ l-interventi divini l-kbar (ara Is 2, 17; 4, 1w, ecc). Il-"jum" jista’ hawn ifisser iz-zmien kollu li se jigi wara l-qawmien mill-imwiet ta’ Gesu`. - jiena fikom: ir-rabtiet bejn Gesu` u d-dixxipli tieghu huma l-istess bhal dawk li jghaqqdu lil Gesu` mal-Missier (6, 57; 10, 14-15; 15, 9 ecc).
14, 21 nurih lili nnifsi: billi nigi nghix fih, flimkien mal-Missier.
14, 22 Gw 2, 19+
14, 22 Guda: Guda, hu Gakbu, ta’ Lq 6, 16 u Atti 1, 13; Taddew ta’ Mt 10, 3 u Mk 3, 18.
14, 23 Gw 3, 11+
14, 23 ihares kelmti: dak li ma taghmilx id-dinja (8, 37.43.47).
14, 24 Gw 3, 11+ Gw 1, 1+
14, 24 l-kelma li qeghdin tisimghu: skond l-akbar ghadd ta’ xiehda; tr. "il-kelma tieghi".
14, 26 Wara li Gesu` jitlaq minn fuq din l-art, jidhol minfloku fost dawk li jemmnu, l-Ispirtu (14, 16w; 16, 7; ara 1, 33+). Huwa "d-Difensur", l-avukat li jintercedi quddiem il-Missier (ara 1 Gw 2, 1) jew li jixhed quddiem il-qrati tal-bnedmin (15, 26w; ara Lq 12, 11w; Mt 10, 19w; Atti 5, 32); huwa l-Ispirtu tal-verita` (8, 32+) li jwassal ghall-verita` kollha kemm hi (16, 13). Huwa jifthilna mohhna dwar il-personalita` misterjuza ta’ Kristu: kif huwa jewettaq l-Iskrittura (5, 39+), x’inhu s-sens ta’ kliemu (2, 19+), ta’ l-atti tieghu, tas-"sinjali" tieghu (14, 16; 16, 13; 1 Gw 2, 20w.27; Rum 8, 16), li d-dixxipli ma kienux fehmu qabel (2, 22; 12, 16; 13, 7; 20, 9). B’dan kollu, l-Ispirtu jixhed dwar min hu Kristu (15, 26; 1 Gw 5, 6-7) u jhawwad lid-dinja li ma temminx (16, 8-11; ara Lq 24, 49+; Rum 5, 5+).
14, 27 is-sliem: tislija li soltu jaghtu l-lhud lil xulxin meta jiltaqghu u meta jinfirdu (ara Lq 10, 5p); tfisser is-shuhija tal-gisem, izda wkoll l-hena perfetta u l-helsien li l-Messija jgib mieghu. Dan kollu jinghata minn Gesu`.
14, 28 il-Missier hu akbar minni: daqs il-Missier (10, 30+; 8, 24+), l-Iben ghandu l-glorja tieghu, mistohbija ghalissa (1, 14+); ir-ritorn tieghu ghalghand il-Missier se juriha mill-gdid (17, 5+; ara Fil 2, 6-9; Lhud 1, 3).
14, 30 Gw 1, 10+ Gw 12, 31+ Gw 13, 2+ Gw 10, 18+
14, 30 M’iniex se nkellimkom izjed fit-tul: skond kwazi x-xiehda kollha; tr. minn xi xiehda: "m’iniex se ndum iktar fit-tul maghkom".
14, 31 Gw 6, 38+
Id-dielja vera (15, 1-17)
15
15, 1 Is 5, 1+15, 1 Jiena d-dielja vera: fuq ix-xbiha tad-dielja, ara Ger 2, 21; Is 5, 1+. Fis-sinottici, Gesu` juza d-dielja bhala parabbola tas-saltna tas-sema (Mt 20, 1-8; 21, 28-31.33-41p) u jaghmel minn "frott id-dielja" l-ewkaristija tal-patt il-gdid (Mt 26, 29p). Hawnhekk, huwa stess jipproklama lilu nnifsu bhala d-dielja vera, li l-frott taghha, Izrael tassew, mhux se jqarraq bil-mistennija divina.
15, 2 Kull fergha fija li ma taghmilx frott: il-frott huwa l-qdusija ta’ dielja fidila ghall-kmandamenti, specjalment dak ta’ l-imhabba (vv 12-17; ara Is 5, 7; Ger 2, 21).
15, 3 Gw 3, 11+
15, 3 Intom ga ndaf jew "imnaddfin". L-istess gherq ifisser bil-grg. sew l-indafa sew is-safa (ara 13, 10).
15, 7 Gw 14, 13+
15, 8 u tkunu dixxipli tieghi: Tr. skond l-akbar ghadd ta’ xiehda: "u ssiru dixxipli tieghi". Il-Missier hu ghaldaqstant igglorifikat f’Ibnu (14, 13; ara 21, 9).
15, 9 Gw 3, 35+ Gw 10, 14w+ Gw 13, 1+
15, 10 Gw 6, 38+
15, 11 il-ferh tieghi: il-ferh kbir messjaniku, dak ta’ Bin Alla.
15, 16 Dt 7, 6+ Gw 15, 2+ Gw 14, 13+
Id-dixxipli u d-dinja (15, 18 - 16, 4)
15, 18 - 16, 4 Ma’ l-imhabba reciproka tad-dixxipli, Gesu` jqabbel il-mibeghda li d-dinja se jkollha ghalihom. Xortihom se tkun l-istess bhal dik ta’ l-Imghallem taghhom. Fihom id-dinja se tippersegwita lil Gesu nnifsu (ara Atti 9, 5; Kol 1, 24).
15, 19 Gw 1, 10+
15, 20 1 Tess 2, 14+
15, 22 Gw 8, 21-24+
15, 23 Gw 10, 30+
15, 24 Gw 2, 11+
15, 25 Rum 3, 19+
15, 26 Gw 14, 26+ Atti 2, 33+
15, 26 id-Difensur, li se nibaghtilkom minghand il-Missier: il-"missjoni" ta’ l-Ispirtu fid-dinja, iktar milli l-"processjoni" tieghu mill-Missier fi hdan it-Trinita`.
15, 27 Atti 1, 8+
16 16, 1 titfixklux: tfixkil jew skandlu, li fis-sens litt. tal-kelma grg. tfisser gebla li titfixkel fiha (Mt 16, 22+). Gesu` javza lill-appostli biex iharsu lilhom infushom mit-tigrib li hemm imhejji ghalihom, sabiex il-fidi taghhom ma titharrikx (ara 13, 19).
Il-migja tal-Paraklitu (16, 5-15)
16, 4 Gw 1,1+
16, 7 Gw 1, 33+ Gw 14, 26+
16, 8 Gw 1, 10+
16, 8 juri lid-dinja li ghandha zball dwar id-dnub: l-Ispirtu s-Santu, li Gesu` glorifikat se jibghat, se jghaqqad ix-xhieda tieghu ma’ dik ta’ Gesu` (3, 11+), biex il-haqq ta’ dak li jkun qed jaghmel is-Salvatur jkun jista’ jidher car f’ghajnejn dawk li jemmnu.
16, 9 Id-dnub tad-dinja hu n-nuqqas ta’ twemmin taghha (8, 21.24.46; 15, 22). Il-Paraklitu se jgib ghad-dawl dan id-dnub quddiem kulhadd.
16, 10 Il-Paraklitu se juri b’liema dritt Gesu` sejjah lilu nnifsu "Bin Alla" (ara 10, 33; 19, 7). Il-prova se tkun il-"moghdija" ta’ Gesu` ghalghand il-Missier (13, 1; 20, 17), li se turi kemm l-origni tieghu kemm li hu esseri tas-sema (6, 62).
16, 11 Gw 12, 31+
16, 11 Il-Paraklitu se juri s-sens tal-mewt ta’ Gesu`: biha jixxejjen u jigi kkundannat il-Princep ta’ din id-dinja
16, 13 Gw 14, 26+
16, 13 jhabbrilkom il-gejjieni: l-ordni l-gdid ta’ kollox, li jinkiseb mill-mewt u l-qawmien ta’ Kristu.
16, 15 jiehu minn dak li hu tieghi u jhabbru lilkom: l-Ispirtu se jigglorifika lil Gesu` billi juri l-ghana kollu tal-misteru tieghu. Gesu` nnifsu jigglorifika lill-Missier (14, 13; 17, 4). Ir-rivelazzjoni hi ghaldaqstant perfettament haga wahda: ghandha l-origni taghha fil-Missier u filwaqt li ssehh bl-Iben, titwettaq fl-Ispirtu, ghall-glorja ta’ l-Iben u tal-Missier.
It-thabbira tal-migja lura li se tigri dalwaqt (16, 16-33)
16, 16 Thabbira mistohbija tal-mewt u l-qawmien tieghu. Il-vulg. u bosta ohrajn izidu: "ghaliex jien sejjer ghand il-Missier".
16, 18 li hu qieghed jghid: skond kodici vatikan (IV seklu); vetus latina u ohrajn ihallu barra.
16, 19 Gw 1, 48+
16, 20 n-niket taghkom ghad jitbiddel f’hena: id-djieqa tal-Passjoni, l-hena w ferh f’li jaraw lil Kristu mqajjem mill-mewt (ara 20, 20).
16, 21 Il-mara, meta tkun se tiled thossha mdejjqa: xbiha biblika tradizzjonali, li tfisser il-migja kollha ugigh tad-dinja gdida, messjanika (ara Mt 24, 8+).
16, 23 Gw 14, 13+
16, 24 Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi: ghaliex Gesu` kien ghadu ma giex glorifikat (ara 14, 13w).
16, 25 bil-miftuh inhabbrilkom dwar il-Missier: bil-qawmien u bil-migja ta’ l-Ispirtu jibda d-dhul perfett, li jintemm bil-wiri ta’ Alla meta "narawh kif inhu" (1 Gw 3, 2).
16, 26 ma nghidilkomx li jien nitlob lill-Missier ghalikom: kif kienu maghrufin l-affarijiet dak iz-zmien; xi xiehda jghidu: "ma nitlobx lill-Missier". – Gesu` jibqa’ l-uniku medjatur (ara 10, 9; 14, 6; 15, 5; Lhud 8, 6), imma d-dixxipli, billi huma huma haga wahda mieghu permezz tal-fidi u l-imhabba, se jkunu mahbubin mill-Missier: il-medjazzjoni ta’ Gesu` tkun hekk lahqet l-effett shih taghha.
16, 28 Gw 1, 1+
16, 30 Gw 1, 48+
16, 33 Gw 14, 27+ Gw 1, 10+ 1 Gw 2, 14+
It-talba ta’ Gesu` (17, 1-26)
17
17 Din hija t-talba l-kbira ta’ oblazzjoni u intercessjoni tal-feddej fil-waqt tas-sagrificcju.17, 1 Gw 2, 4+
17, 1 Ukoll jekk jitlob il-glorifikazzjoni tieghu, Gesu` ma jfittixx is-sebh li veru jixraqlu (ara 7, 18; 8, 50). Is-sebh tieghu u s-sebh tal-Missier huma l-istess haga (ara 12, 28; 13, 31).
17, 2 Gw 3, 35+
17, 2 fuq kull bniedem: litteralment: "fuq kull gisem", jigifieri kulhadd (ara 1,14).
17, 3 Gw 1, 1+
17, 3 li jaghrfu: gharfien f’sens bibliku (ara 10. 14+). – Ir-rivelazzjoni, marbuta sa dal-waqt mal-ligi ta’ Mosé, tasal issa ghand il-bnedmin kif iwassalha Kristu.
17, 4 Gw 4, 34+
17, 5 Gw 1, 14+
17, 5 bil-glorja li kelli mieghek: kif jaqrawha bhalissa x-xiehda kollha. Kien hemm diversi patres li uzaw qari iqsar. X’uhud igibu: "il-glorja li kienet mieghek" jew "il-glorja li hrigt minnha" jew "il-glorja magenbek". - qabel ma kienet id-dinja: il-glorja li Gesú kellu fl-ezistenza divina tieghu ta’ qabel jew inkellali l-Missier jirriservalu sa mill-eternitá kollha (1,14+).
17, 6 Gw 3, 35+ Gw 3, 11+
17, 6 Jiena gharraft ismek: Kristu intbaghat biex jirrivela lill-bnedmin l-isem, jigifieri l-persuna tal-Missier (17, 3-6.26; 12, 28+; 14, 7-11; ara 3, 11+; izda jappartjeni proprju lill-Missier li jhobb (1Gw 4, 8.16), u Huwa jaghti prova ta’ din l-imhabba tieghu meta jaghti ghalina l-Iben wahdieni tieghu (3, 16-18; 1Gw 4, 9.10.14.16; ara Rum 8, 32). Ghaldaqstant sabiex tingharaf din l-imhabba (ara 1 Gw 2, 23; Gw 20, 31) jenhtieg li jitwemmen li Gesú hu l-Iben (3,18).
17, 8 Gw 3, 11+
17, 8 huma laqghuh u gharfu tabilhaqq li jiena hrigt minnek: jigi tradott ukoll "huma laqghuhom ukoll ghaliex jiena hrigt minnek".
17, 9 Gw 1, 10+
17, 11 Gw 1,1+ Gw 3, 35+
(s’issa s’hawn)
Nisga