Proġett Bla Millennju | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
lejla
ta' letteratura dwar iż-żmien |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Editur: Adrian Grima Disinn tal-Qoxra: Paula Callus Produzzjoni: Norbert Bugeja, Owen Bonnici Daħla ta' Adrian Grima
Werrej tal-Poeżija u l-Proża f'din il-ġabra:
Daħla:
Noti fuq
il-Pjanta tal-Proġett F'pajjiż
li fih "proġett" sikwit
ifisser il-bini ta' blokki bla ruħ
li fihom il-ġenerazzjonijiet
futuri għad iridu jfittxu
"r-ruħ" tagħna,
lejla letterarja dwar Proġett
Bla Millennju hija wkoll awgurju għal
millennju bla proġetti. Ilu
ħafna li spiċċa ż-żmien,
jekk qatt kien jeżisti, li
nifirdu l-kreattivitā ta' l-arti
mill-kreattivitā tan-natura. Iżda
dan il-punt jinħass ħafna
iktar fit-titlu milli fit-tmintax-il
xogħol li hawn miġburin
f'dan il-ktejjeb. Fi
żmien meta l-letteratura Maltija
qiegħda terġa' turi li
tinsab fil-qalba tar-ruħ ta'
pajjiżna billi tfittex forom
ġodda ta' ħsieb u
espressjoni, dan il-Proġett Bla Millennju jikkonferma l-universalitā ta' kitbiet
li filwaqt li jitilqu minn kuntest ta'
żmien u spazju definit ma jibqgħux
ikkakkmati miegħu. ķafna minn
dawn ix-xogħlijiet jistgħu
jinqraw minn nies li mhumiex Maltin u
jinftiehmu kemm bħala xogħlijiet
li jixħtu dawl fuq min huma
l-Maltin illum kif ukoll, u forsi
aktar, bħala xogħlijiet li
jistħarrġu l-esperjenzi li
aktarx jgħaddu minnhom il-bnedmin
ta' kull post u ta' kull żmien. Michel
Siffre Fl-1962
l-ispeleologu Franċiż Michel
Siffre ddeċieda li jqatta' ftit
ġimgħat ġo għar taħt
l-art mingħajr ebda strument jew
mezz ieħor kif jista' jkejjel iż-żmien.
Meta ħareġ minn ġo l-għar
xahrejn wara ntebaħ li kien għadda
ħafna iktar żmien milli kien
ħaseb. L-arloġġ ġewwieni
tiegħu kien qiegħed ikejjel
il-passaġġ taż-żmien
b'mod differenti ħafna mill-arloġġ
mekkaniku konvenzjonali, għax
l-inkonxju tal-bnedmin għandu kunċett
differenti taż-żmien: dan
jidher fil-ħolm u f'mumenti oħra
li fihom l-inkonxju jieħu
r-riegni f'idejh. Bil-letteratura
u bl-arti in ġenerali l-bnedmin
sikwit iwettqu l-ħolma tagħhom
li jinħallu mill-istraight
jacket tal-ħin u ż-żmien
konvenzjonali. Fil-ktieb tiegħu Man
and Time (Londra: Bloomsbury,
1964), J. B. Priestley isostni li
permezz tat-teknika tan-nixxiegħa
tal-kuxjenza r-rumanziera tas-seklu għoxrin
daħħlu lill-qarrejja fi
żmien differenti li jimxi bil-mod
ħafna, żmien li jiffoka fuq
l-affarijiet ċkejknin, żmien
privat imbiegħed sew mill-ġrajjiet
pubbliċi u mill-istorja. This
slow-motion and intensely private time
can be used to create a certain
strange beauty, as in some of Virginia
Woolf's novels, or a memorable comic
realism, as in Joyce's Ulysses.
And one reason why [this slow-motion
and intensely private time] seems to
represent our age is that it is a
revolt against the tyranny of passing
time. Skond
Priestley il-bnedmin jafu li biex
ikunu kuntenti u jirnexxu fil-ħajja
jridu jkunu kapaċi ma jagħtux
kas tal-ħin u ż-żmien. Il-Ħin
u ż-Żmien Fil-Malti
teżisti distinzjoni interessanti
bejn "il-ħin" u "ż-żmien".
Aktarx li l-ħin huwa iktar marbut
mal-preżent, ma' l-issa,
mat-temporanju, waqt li ż-żmien
għandu firxa iktar wiesgħa u
jagħti aktar sens ta' tul jew
anki ta' profonditā. Erin Serracino
Inglott jiddefinixxi l-ħin fost
l-oħrajn bħala "kejl taż-żmien
fil-qosor" u bħala
"kalkolu bl-arloġġ
tal-mument fil-jum, se binhar u sew
billejl". Iż-żmien,
fost l-oħrajn, huwa "fehma
fondamentali tan-natura li biha jingħaraf
u jingħażel dak li għadda,
dak li qegħdin fih u dak li
ġej (bħala wara jew qabel
xulxin)"; iż-żmien huwa
wkoll "dak li għandu bidu u
tmiem bħala kontrast mad-dwiem
jew eternitā, jew sehem minnu li
m'hux mill-bidu sat-tmiem."
Interessanti li fil-lingwa ta' kuljum
f'ċerti sitwazzjonijiet il-Maltin
jistgħu jużaw kemm ħin
u kemm żmien, bħal
fl-espressjonijiet, "ma fadallix
ħin/żmien" jew
"titlifx ħin/żmien".
Stħarriġ ta' dawn
il-varjanti jista' jixħet ftit
dawl fuq kif il-Maltin jikkonċepixxu
l-ħin u ż-żmien. Minħabba
l-wirt storiku fl-identitā kulturali
tiegħu, il-poplu Malti ma jistax
ma jkollux sens qawwi ta' żmien;
ma jistax ma jagħrafx il-qawwiet
kbar mistura u misterjużi taż-żmien.
It-tempji neolitiċi jfakkruna
kontinwament li jeżistu żminijiet
li jaħfnuna iżda ma jistgħux
jinħafnu, lanqas mill-idejn sodi
u kunfidenti tat-teknoloġija li
ħolqu l-bnedmin bl-idejn fraġli
tagħhom. U fiż-żmien li
hemm bejn il-Maltin tal-lum u
l-abitanti tal-Gżejjer preistoriċi
Maltin hemm baħar ta' ġrajjiet
u tibdil li mingħajrhom iż-żmien
ma jkunx żmien. Mingħajr
tibdil ma jistax ikun hemm iż-żmien.
Min-naħa l-oħra, biex ikun
hemm it-tibdil irid ikun hemm dak li
ma jinbidilx. Waħda
mid-definizzjonijiet taż-żmien
hija appuntu "dewmien ta' għemil",
"tul li tieħu biex issir xi
ħaġa". Millennji Sa
ċertu punt, it-tqassim taż-żmien,
li minnu nnifsu diġā mhuwiex
assolut, f'sekli u f'millennji huwa
"vojt" u irrilevanti.
It-tifsiriet jagħtuhom
il-bnedmin, bit-tradizzjonijiet u
t-twemmin tagħhom; il-bnedmin joħolqu
l-millennji għalihom infushom
biex imbagħad jogħxew bihom.
Il-millennji ma jeżistux minnhom
infushom. Kull persuna ġo fiha għandha
l-esperjenza tagħha tal-passaġġ
taż-żmien, esperjenza magħmula
minn ġrajjiet, emozzjonijiet u
ħsibijiet li ħallew il-bookmarks
tagħhom maħruġin 'il
barra biex ma jinqabżux.
Il-millennji jagħmluhom
il-bnedmin. Dan
il-Proġett L-għażla
ta' dawn it-tmintax-il xogħol
aktar tirrifletti lil min għamilha
minn kull ħaġa oħra.
L-idea oriġinali kienet li dawn
il-kitbiet jirriflettu dak li qiegħed
jinkiteb mill-awturi mhux daqstant
stabbiliti f'Malta fi tmiem is-seklu għoxrin;
f'dan is-sens, l-inklużjoni ta'
kittieba bħal Immanuel Mifsud u
Bernard Micallef, biex insemmu tnejn,
hija dibattibbli, għaliex
il-pubblikazzjonijiet tagħhom diġa'
ġibdu l-attenzjoni ta' għadd
ta' qarrejja Maltin. L-awturi
rappreżentati hawnhekk jinkludu
żgħażagħ ta' bejn
is-sittax u t-tmintax-il sena (Owen
Bonnici, Norbert Bugeja, Audrey Ann
Fava u Daniela Scerri), oħrajn taħt
il-ħamsa u għoxrin sena
(Kenneth Busuttil, Albert Gatt, Karl
Schembri u Karen Vella), u oħrajn
fuq il-ħamsa u għoxrin sena
(John Buttigieg, Mario Cassar, Doreen
Coleiro, Adrian Grima, Henry Holland,
Bernard Micallef, Immanuel Mifsud, Joe
Saliba, Patrick Sammut u Leslie
Vassallo). Uħud minn dawn
l-awturi ppubblikaw il-kitbiet tagħhom
waħedhom jew f'antoloġiji;
l-oħrajn ippubblikaw biss waħdiet
f'gazzetti jew f'rivisti. Dan
il-proġett bla millennju qed isir
fi żmien meta l-attivitā
letterarja fil-Gżejjer Maltin
ħadet ħajja ġdida. ķafna
mill-awturi miġburin hawnhekk,
flimkien ma' oħrajn li xandru
kitbiethom bnadi oħra, ħadu
sehem f'għadd kbir ta' rappreżentazzjonijiet
letterarji li wħud minnhom kienu
konvenzjonali u oħrajn fittxew
forom ġodda ta' espressjoni. Dan
il-Proġett huwa tentattiv biex
nagħtu ħjiel ta' dak li qiegħed
jinkiteb f'Malta llum mill-kittieba l-ġodda. Moviment
Ġdid? Jekk
norbtu t-tiġdid tal-letteratura
Maltija mat-twelid ta' għaqda jew
moviment letterarju "ġdid"
inkunu qegħdin ninqdew bl-imgħoddi,
fil-każ ta' Malta bis-snin sittin
tas-seklu għoxrin, biex nifhmu
s-snin disgħin. Akrobaziji bħal
dawn mhux dejjem jagħmlu sens,
anki jekk forsi jidhru sbieħ u saħansitra
neċessarji. Hemm min jgħid
li f'dinja postmodernista fejn
l-impenn ta' l-individwu ħa post
il-militanza fi grupp, tajjeb jew
ħażin m'għadux żmien
il-movimenti. Forsi għalhekk
illum il-proġetti bla ruħ li
bihom jogħxew il-politiċi u
l-ġurnalisti Maltin ma jsibux
l-oppożizzjoni awtentika li
jixirqilhom. Forsi għalhekk hemm
bżonn ta' millennju bla proġetti. Iż-żmien
jagħtini parir.
Š
Adrian Grima
Ġunju,
1998 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||