Sħubija Li Ssaħħaħ |
||
|
Hemm
mod ieħor kif isir il-kummerċ – mod ġust – u inti
tista’ tkun parti minnu. Inti tista’ tissieħeb fil-Koperattiva
Kummerċ Ġust u fl-istess ħin tgħinna nsaħħu
u nkabbru l-inizjattivi tal-kummerċ ġust f’Malta permezz
tal-kapital li inti tinvesti fil-koperattiva. Jekk ‘il quddiem, għal
xi raġuni, ikollok bżonnhom tista’ teħodhom lura. Bil-flus tiegħek, li fl-aħħar mill-aħħar jibqgħu tiegħek, u bil-konvinzjoni li l-kummerċ ġust verament kapaċi jtejjeb ħafna l-ħajja tal-foqra, tista’ tieħu sehem f’inizjattiva li minn mindu bdiet kibret b’rata mgħaġġla u għad trid tikber iżjed filwaqt li ssaħħaħ l-appoġġ konkret tagħha lin-nies iż-żgħar tad-dinja. Għal formola tas-sħubija jew għal aktar informazzjoni tista':
26.9.02
|
|
|
||