Disinn tal-logo ta' Adrian Mamo
Ghall-Ewwel Pagna | To the First Page
|
Il-Progett "Ritmi"Id-drum circle workshops li qed jorganizzaw il-Grupp ghat-Tielet
Dinja u Renzo Spiteri huma parti minn “Ritmi”, progett ta’ sena li
beda f’April ta’ l-2001 u ghandu zewg ghanijiet ewlenin: l-ewwel,
li jipprezenta r-rikkezza tad-diversità kulturali permezz tal-muzika
ritmika ta’ l-Afrika, il-Mediterran u l-Amerika Latina u t-tieni, li
jigbor fondi ghall-progetti tal-Grupp ghat-Tielet Dinja b’mod kreattiv u
innovattiv. Il-Grupp
ghat-Tielet Dinja huwa organizzazzjoni mhux governattiva li ilha tahdem
b’mod volontarju fil-qasam socjali mill-1974. F’Malta l-Grupp jaghmel
xoghol dirett u regolari ma’ nies f’ambjenti meqjusin bhala “fqar”
billi jlaqqa’ t-tfal ghal attivitajiet rikreattivi u edukattivi u jzomm
kuntatt mal-familji taghhom u l-komunità lokali in generali. Il-Grupp
hadem ukoll ma’ nies fqar f’bosta pajjizi barranin, fosthom l-Italja,
l-Ingilterra, it-Tunezija, l-Egittu u Franza. Minbarra
d-drum circle workshops ma’ Renzo Spiteri hemm inizjattivi ohrajn
marbutin mal-progett “Ritmi”.
Ghal
aktar taghrif dwar il-progett “Ritmi” ara l-website http://ritmi2002.cjb.net
jew ikteb lil ritmi@mail.com (Tel.
376941) Dwar
il-Grupp ghat-Tielet Dinja u l-pro[getti tieghu ara l-website http://webgtd.cjb.net
jew ikteb
lil webgtd@email.com. Il-hanut dinji L-Arka jinsab 306, Triq San Pawl, il-Belt Valletta. Tel. 244865. Hemmhekk hemm numru ta’ djembes u strumenti etnici ohrajn ghall-bejgh. Ghall-website
tal-Koperattiva Kummerc Gust ara http://kkgmalta.cjb.net Adrian
Grima 15.10.01 |