Home

 

 

Lura L''fuq
Home
Artikli
Ritratti
Posters
Biljetti
Sponsors

 

 

 

 

Id-Dramm tal-Passjoni f'Haz-zebbug

"Pageant tal-Passjoni b' differenza"

 


Il-Pageant ta' Din is-Sena:
"Sibt Tezor" 
Il-Gimgha 26, Is-Sibt 27, u l-Hadd 28 ta' Marzu 2004 
fis-7.30pm 
fis-Sala Parrokjali Dun Mikiel Xerri, Haz-Zebbug

Issa kwazi dahlet fil-Kalendarju Zebbugi. Il-pageant tal-Passjoni li ser titella ghal darba ohra, fis-Sala Dun Mikiel Xerri. Din hija t-tieni sena konsekuttiva li ser titella l-pageant f' Haz-zebbug. Din l-attivita' hija migjuba lillkom bil-kollaborazzjoni, tac-centru taz-Zghazagh Ta' Warda, il-Parrocca ta' Haz-Zebbug, zghazagh minn Lourdes Pageant Group. Ta' kull sena l-awturi jew produtturi, ta' din il-pageant, ghalkemm wisq nahseb li l-kelma produtturi hija kelma superficjali meta titkellem fuq din il-Pageant, regghu hadu hsieb jibnu spettaklu iehor. Liema spettaklu, mhux talli huwa spettaklu imma wisq aktar minn hekk. L-applikazzjoni u sehem li l-awtur jew direttur ghandu fid-dinja tat-teatru, huwa li janima l-performance u johloq intra-kommunikazzjoni u interazzjoni bejn il-kitba tieghu, l-interpretatur (l-attur) u  l-udjenza.

Nahseb illi din il-pageant bhal ta' qabilha sejra 'tigearja' sew f'din it-tip ta' intra-relazzjoni. Barra minn dan, u barra l-aspett teatrali, bhala xoghol ta' arti, li jiehu sighat twal ta' preparazzjoni, f'dawn it-tip jew generu ta' performances, l-awturi u diretturi, hadu hsieb biex mhux biss ikunu leali ghall-fatti u ghall-bibja, izda wkoll biex japplikaw il-performance bhala mezz ta' xandir tal-"kelma t-tajba". Dan jghamluh, billi kemm il-darba jdawru l-kliem ta' Sidna Gesu` Kristu fid-dinja tal-llum, f'sitwazzjonijiet kurrenti, u b'hekk, permezz ta' evalwazzjonijiet ibazzati fuq l-udjenza, jgieghelu lill-udjenza tahseb. 

Mhux aktar fuq l-azzjoni, mhux aktar fuq l-ispettaklu, mhux aktar fuq il-kliem tal-attur, imma hsieb li jmur iktar lil hinn. Il-hsieb dwar il-mistoqsija li nsaqsu ta' kuljum lilna nfusna, ghaliex qed nghixu? Fejn f'dinja mimlija b`qerq, hazen u gwerrer, huwa facli li nintilfu, imma la tibzghux, Hu gie biex jifdikom; x'inhu l-prezz li hallas sabiex ksibna il-fidwa taghna? "Prezz il-Fidwa", fidwa li wara kollox, m'hix ghal kulhadd; hi biss ghal dawk li jriduha, hi biss ghal dawk qed ifittxuha.

 

 

 

 

 


[Ta Warda] [Parrocca San Filep

Ibaghat e-mail lill-tawarda@hotmail.com bil-mistoqsijiet, diffikultajiet jew kummenti .
Copyright © Zebbug Pageant Group. Kull dritt mizmum